- Nhar it-Tnejn il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal li jattendu id-duttrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Dakinhar lit-tfal se ntuhom il-karus ta’ mħabba u l-flus li se jinġabru se jingħataw lid-Dar tal-Providenza. Wara l-quddiesa ikun hawn il-Via Sagra. Fis-7.00 pm, fiċ-Ċentru ta’ l-irgiel ikun hawn laqgħa ghal-kulhadd mill-kooperaturi tal-Museum.
- Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7:00 pm fil-kappella tal-Adorazzjoni.
- Nhar l-Erbgħa se nagħtu bidu għat-tberik tal-Familji ta’ Triq Ġuże’ Pace u Triq Pace Forno. Nibdew fl-4.30 pm.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
- Minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu, se jkun hawn l-eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun Fr Karm Debattista. MSSP.
- L-Uffiċċju Missio ser jorganizza Maratona ta’ ġbir ta’ fondi fuq il-mezzi tax-xandir biex jgħin lill-knejjes li jinsabu fl-artijiet tal-missjoni fi proġetti għall-foqra tagħhom, nhar is-Sibt, 16 ta’ Marzu 2019 bejn nofs-in-nhar u nofs-il-lejl. Nuru s-solidarjeta’ ma’ dawn ħutna billi nkunu ġenerużi fl-offerta tagħna.
- L-ewwel ġabra bl-envelops għall-Festa Parrokkjali tammonta għal €2,000. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li tawna d-donazzjonijiet.
- Nixtiequ navżaw li sakemm jitlesta x-xogħol ta’ manutenzjoni u tibjid tas-saqaf u l-ġnub tal-knisja, il-quddies matul il-ġimgħa filgħodu se jkun f’dawn il-ħinijiet: 6.15 am, 7.00 am u 7.45 am.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Maria Mintoff, Olimpia Schembri u Tessie Laus, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 3 ta’ Marzu – It-Tmien Ħadd matul is-Sena Ċ
A
- Nhar it-Tlieta se jiltaqgħa il-Kunsill Parrokkjali fis-7 pm fis-Sala Dun Manwel.
- Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittiekilx laħam) / sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm toħroġ il-quddiesa.
- Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
- Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30 pm se jkun hemm Ċelebrazzjoni Penitenzjali mmexxija mill-Grupp ‘Footprints’.
- Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta Ġesu Kurċifiss. Nitilqu fis-6.00 pm. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm ikollna l-quddiesa.
- Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm ikun hemm Via Sagra, fis-6.10 pm ċelebrazzjoni tal–għasar Kantat u fis-6.30 pm quddiesa.
- Nhar is-Sibt, fil-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex se ssir l-Adorazzjoni ta’ bil-lejl għall-qdusija tal-Kleru. Il-laqgħa tibda bil-quddiesa fid-9 pm u tibqa sejra bl-Adorazzjoni sal-11 pm. Ikollna trasport li jitlaq minn fejn il-knisja fit-8.15 pm.
- Infakkru lil dawk li għadhom ma ġabux l-envelop għall-ewwel ġabra tal-festa sabiex iġibuh fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
- Nixtiequ ninfurmawkom li se jibda’ x-xoghol ta’ manutenzjoni u tibjid tas-saqaf tal-knisja li se jiġi jiswa 7,000 euro. Matul il-gimgħa ninfurmawkom iktar kif se jeffettwa l-ħinijiet tal-quddies ta’ matul il-ġimgħa.
- Nitolbu għal ruħ Alfred Gerada li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 24 ta’ Frar 2019 – Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena Ċ
A
- Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u jkollna adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Ġużeppi Sacco, Bernardette Agius u Jane Cuschieri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
- Ħdejn il-bieb ta’ barra qed norganizzaw lotterija b’risq il-Festa Parrokkjali.
Il-Ħadd 17 ta’ Frar 2019 – Is-Sitt Ħadd matul is-sena Ċ
- Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa tas-Social Club tal-anzjani wara il-quddiesa tat-8.15 am.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2019 – Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl fi Gżiritna
- Fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid ta’ Dun Edgar Vella nhar il-Ħamis 14 ta’ Frar, din il-ġimgħa se issir ġimgħa ta’attivitajiet. Għalhekk nhar it-Tnejn ser issir quddiesa għat–tfal fil-5.30 pm li fiha jkun hawn mima u slides fuq il-ħajja ta’ Dun Edgar u l-istorja tal-bidu tal-parroċċa. Fis-6.30 pm jingħad ir-rużarju.
- Nhar it-Tlieta il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun animata miż-żgħażagħ tal-mixja neo katekumenali. Wara l-quddiesa nkomplu bit-talba ta’ l-Għasar u barka sagramentali.
- Nhar il-Ħamis huwa proprju l-100 anniversarju mit-twelid ta’ Dun Edgar Vella. Fis-6.30 pm ser jkollna quddiesa solenni
mmexxija minn Mons. Vigarju, l-Eċċ. Tiegħu Mons. Joseph Galea Curmi, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Tkun ħaġa sabiħa jekk f’dan il-jum ningħaqdu flimkien għat-talb għal dan il-benefattur tal-Knisja tagħna.
- IL-Ġimgħa se jkun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm għall-vokazzjonijiet.
Il-Ħadd 3 ta’ Frar – Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ
v
- Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ħadd hija l-Festa ta’ Missierna San Pawl. Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl .
- Fl-14 ta’ Frar jaħbat il-100 sena mit-twelid ta’ Dun Edgar Vella. Għaldaqstant it-Tnejn 11 ta’ Frar ser issir quddiesa apposta għat-tfal. F’din il-quddiesa ser ikollna mima żgħira fuq il-ħajja ta’ Dun Edgar. Dawk it-tfal li jixtiequ jieħdu sehem f’din il-mima jiġu nhar is-Sibt 9 ta’ Frar fl-10.30 am fil-Knisja Parrokkjali. Nispiċċaw għall-ħabta ta’ 11.30 am. It-tfal li jiġu jingħataw xi ħaġa tajba x’jieħdu magħhom.
- Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn skejjel tal-gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-kurja.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Joseph Ferro’ u Maria Dalli li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2019 – It-Tielet Ħadd matul is-Sena C
- Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, jkollna Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm
- Nhar is-Sibt niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej (il-Kandlora). Fit-8.15 am ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa .
- Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Frar se ssir ħarġa għall-Knisja Santa Marija tal-Anġli Baħar ic-Ċagħaq, organizzata mis-Social Club tal-anzjani. Biljetti mingħand il-helpers.
- Navżaw li mal-ħarġa tal-Flimkien ta’ Frar qed inqassmu envelop sabiex nibdew nilqgħu d-donazzjonijiet għall-Festa ta’ din is-sena; fih issibu r-rendikont finanzjarju tal-Festa li għaddiet. Napprezzaw ħafna l-ġenerożita’ tagħkom.
- Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar 2019 – It-Tieni Ħadd matul is-Sena C
1. Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa tas-Social Club tal-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am fis-sala Dun Manwel.
2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018 – Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
1. Ix-xahar t’ Ottubru huwa ix-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa minn għada t-Tnejn ir-rużarju jibda jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.15 am u wara l-quddiesa tas-6.30 pm għal matul ix-xahar ta’ Ottubru.
2. Nhar l-Erbgħa se ssir l-ewwel laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
3. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lil membri tal-Kummissjonijiet u għaqdiet tal-parroċċa u lajċi impenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla fuq il-ħidma pastorali li se nwettqu matul din is-sena. Wara se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-Sala Dun Manwel. Ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm.
4. Nhar il- Ġimgħa il-Caritas se torganizza quddiesa għall-anzjani fil-knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru ta’ l-anzjani tal-parroċċa se jorganizzaw trasport għal din il-quddiesa u wara ssir attivita’ soċjali. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.30 am.
5. Nhar il-Ġimgħa hija wkoll il-Festa ta’ Santa Faustina, ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm. Wara l-quddiesa se ssir adorazzjoni animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
6. Minn din il-ġimgħa se jibda jsir il-ġbir tal-preserves għall-bazaar tal-parroċċa li se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru. Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.
7. Il-Ġabra għall-Art Imqaddsa ammontat għal € 735. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
8. Bħalissa qed jinħass nuqqas ta’ volontiera għat-tindif tal-knisja. Infakkru li t-tindif isir il-Ġimgha fid-9.00 am u napprezzaw ħafna jekk hawn min jista joffri xi ftit tal-ħin fil-ġimgħa.
9. Nitolbu għal ruħ Alfred Borg li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
10 Matul din is-sena sa Marzu li ġej il-Papa nieda sena tal-Ġublew ta’ San Alwigi Gonzaga f’għeluq l-450 sena mit-twelid tiegħu, fejn f’Malta tista’ tintrebaħ l-Indulgenza Plenarja fil-Kappella tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, fil-Knisja ta’ Sarria, Floriana u l-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija.
Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018 – It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
- Nhar it-Tnejn fis-7:00 pm fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel ikun hawn laqgħa għal kulħadd minn ko-operatur tal-Museum.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej 15 u 16 ta’ Settembru ser tiġi ċċelebrata ġurnata ta’ talb u ta’ għajnuna għall-Art Imqaddsa. Nitolbu lil Alla biex idawwal l-imħuħ u jmexxi l-qlub tal-bnedmin biex ikun hemm il-paċi fl-Art Imqaddsa. Il-ġabra tal-weekend li ġej tkun għall-Art Imqaddsa. Bl-Offerta tagħna nkunu qed ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u wkoll inkunu ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.
- Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Oscar Zammit.
- Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera fid-9:00 pm. Ikollna trasport li jitlaq fit-8:15 pm.
- Minn nhar l-Erbgħa se jerġa’ jibda jiltaqgħu l-Kor Parrokkjali. Nixtiequ nistiednu kemm irġiel u kemm nisa biex jidħlu fil-Kor. Il-Kor jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa għar-rehearsals u dawk li huma interessati jagħtu servizz lill-parroċċa jistgħu jibdew minn nhar l-Erbgħa li ġejjin.