Il-Ħamrun kien beda jikber b’rata pjuttost mgħaġġla tant li l-Knejjes tas-Samra u dik ta’ Nuzzo kienu saru zgħar wisq għall-ammont ta’ nies fil-lokal. Kien għalhekk li ġie deciz li tinbena knisja gdida dedikata lil San Guzepp fuq pjanta tal-Perit Dr. Gorġ Schinas. Kien fit-18 ta’ Lulju 1869 li tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ din il-Knisja u ġiet mbierka mill-Isqof Gejtanu Pace Forno. Kien bit-talba ta’ dan l-isqof li l-knisja l-ġdida hadet l-isem ta’ San Gejtanu il-qaddis protettur ta’ dan l-isqof. Fil-11 ta’ Lulju 1875, il-knisja ġiet miftuhha u mbierka mill-Isqof Konti Karmenu Scicluna, sabiex fit-2 ta’ Dicembru 1881, din il-Knisja saret parrocca, bil-limiti mehudin minn dawk ta’ Birkirkara, l-Furjana u Ħal Qormi.

Sadattant l-Ħamrun baqa jikber u jizdied fl-ammont ta’ abitanti. Kienet drawwa komuni hafna fost il-familji Maltin li wasslet għall-bidu ta’ l-istorja tat-tieni parrocca tal-Ħamrun. Bosta kienu jzommu fid-dar tagħhom rokna ddedikata lill-Madonna jew xi qaddis, biex fiha jitolbu u jirrikorru għand Alla għall-bzonnijiet tagħhom. Fost dawn, kien hemm il-familja ta’ Pawlu Burlo li kellhom kappella zgħira ddedikata lil Marija Immakulata fid-dar tagħhom stess. Hu flimkien ma’ martu Carmelina, li kienu joqogħdu fi Triq Vitale numru 20, kienu jiehdu hsieb din il-kappella ckejkna billi jarmaw l-artal bl-ahjar mod possibli għall-festa, u jinġabru bhala familja sabiex jgħidu r-ruzarju kuljum.

Kien f’ Mejju ta’ l-1920, meta Pawlu Burlo, ġietu l-ideja li jistieden lit-tfal ta’ l-inhawi sabiex flimkien miegħu, ma martu u ma’ l-erba’ uliedu jinġabru fil-kappella ta’ daru biex jgħidu r-ruzarju. Għal xahar shih t-tfal ikkonkorrew bil-kbir u għalhekk Pawlu fl-ahhar jum tax-xahar għamlilhom festin zgħir. Anke fis-sena ta’ wara, Pawlu reġa għamel l-istess stedina. Din id-darba l-partecipazzjoni tan-nies kienet akbar u bosta mit-tfal ġabu magħhom lill-ġenituri u l-hbieb tagħhom.

L-ammont ta’ nies li marru fid-dar ta’ Pawlu tant kien kbir li meta ra li n-nies ma setgħux joqogħdu aktar fid-dar ckejkna tiegħu, Pawlu kera’ terran fl-istess triq sabiex juzah biss għal dan il-għan. Fix-xhur ta’ wara Mejju, in-nies baqgħu imorru għandu għar-ruzarju. Kien għalhekk, li Pawlu għaraf l-bzonn li jitqabbad xi hadd sabiex jibda jagħmel hsieb spiritwali ta’ kuljum lin-nies. Din ukoll kienet drawwa ta’ dak iz-zmien peress li quddies filgħaxija ma kien isir mkien. Għal dan il-għan tqabbad il-Kjeriku Karmenu Gatt, li ġie mahtur specifikament biex jiehu hsieb il-htiġijiet spiritwali tan-nies ta’ l-inhawi.

Fl-ahhar tax-xahar ta’ Mejju ta’ l-1920, s-sur Burlo wera x-xewqa li jagħmel festa f’ġieh l-Immakulata Kuncizzjoni. Sabiex jagħmel dan kien mehtieġ jitlob il-permess lill-Kappillan tal-Knisja ta’ San Gejtanu, li f’dak iz-zmien kien certu Dun Guzepp Muscat. Peress li din il-festa kienet se tkun xi haġa pubblika, Pawlu qabbad lil certu Sur Campbell sabiex iġib l-permessi mehtieġa mill-Kurja. Minbarra l-permess għal din il-festa, l-Isqof Portelli heġġeġ lis-sur Burlo, sabiex izomm miftuh ta’ kuljum din il-kappella. Meta il-kappillan tal-parrocca ta’ San Gejtanu sar jaf b’dan, mar hu stess fuq il-post u sejjah l-post bhala l-Oratorju ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni. Id-devozzjoni lejn l-Immakulata baqgħet tikber tant li fl-1 ta’ Gunju ta’ 1924 l-Isqof Portelli qaddes fuq l-artal ta’ l-Oratorju.