Nilqgħek fil-paġna elettronika tal-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, l-Ħamrun. Permezz ta' dan is-sit tista’ tinforma ruħek dwar l-attivitajiet u l-inizjattivi tal-Parroċċa u ssib riżorsi oħra sabiex titħeġġeġ u tidħol f’esperjenza ta’ talb u tifħir lil Alla. Marija Immakulata hija l-mudell tad-Dixxiplu l-aktar perfett ta’ Ġesù Kristu. Hi tkompli tidderiġina kif għamlet fit-Tieġ ta’ Kana u tgħidilna: “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu”.
Il-paġna elettronika ġiet iddisinjata sabiex tinforma u toffri diversita’ ta’ interess għal persuni f’kull stat tal-ħajja għax fi triqatna lkoll neħtieġu għajnuniet spiritwali. Għalhekk merħba tassew u nittama li ssib mezz kif dak li jidher fiha jgħinek tiżviluppa t-twemmin tiegħek u tagħti glorja lil Alla, l-Għajn ta’ kull ġid.
Nixtieq ukoll li l-paġna elettronika tal-Parroċċa ma tkunx biss għal dan li semmejt, iżda li tmur lilhinn u sservi sabiex min jidħol fiha jagħti kontribut permezz ta’ suġġerimenti siewja li jagħmlu l-inizjattivi pastorali aktar miftuħa b’firxa akbar ta’ kontributuri u ideat ġodda. Dan huwa mitlub minn kull nisrani attiv għat-tixrid tal-Bxara t-Tajba u l-glorja t’Alla.
Nitlob lil Mulej ibierek lilek u jseddaq ix-xewqat tajba tiegħek.
Merħba fis-sit tal-Parroċċa
Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun
Fr. Franco Fenech
Kappillan
Proset Fr jina min san Gwan kont nisma il quddiesa. Tal
Mensija kont tamila inti ilu naqra din.il.ghima gejt furanal ta omm ta ħabib tana u rajtek u vera Proset
God bless.you