Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2026

It-Tletin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nhar it-Tnejn se jibdew il-Katekeżi mill-Aħwa tal-Mixja Neokatekumenali. Dawn ikunu nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis fis-7.30pm. Kulħadd huwa mistieden biex japprofondixxi it-tifsir tal-magħmudija li rċevejna.

2. Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa għall-ġenituri, Parrini u adoloxxenti li se jagħmlu l-Griżma din is-sena f’Novembru li ġej. Din hi laqgħa obbligatorja u fiha jittellgħu il-poloz biex kulħadd ikun jaf kif se jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni. Il-laqgħa se ssir fis-6.30pm fil-Museum tas-subien Barth Street.

3. Nhar il-Ġimgħa ser isir l-ewwel ftira night b’risq il-festa. Din tkun fis-7pm fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers sa nhar l-Erbgħa.

4. Nhar is-Sibt, fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin kollha l-Għaqda Mużikali Imm. Kunċizzjoni flimkien mal-Parroċċa, se torganizza attivita’ għat-tfal biex imorru jżuru l-anzjani ta’ Little Sisters of the Poor. It-tfal huma mħeġġa li jilbsu ta’ xi qaddis favorit tagħhom biex inferrħu lill-anzjani. Niltaqghu ħdejn il-Knisja Parrokkjali fl-10.00am

5. Nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru, it-Tifkira tal-mejtin. Il-quddies ikun fis-6.15am, 6.45am, 7.15am, 8.00am u dik tas-6.30pm li tkun għar-ruħ il-mejtin tal-Parroċċa li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra ‘l hawn. Inħeġġeġ biex ma ninsewx id-dover tagħna li nitolbu għall-għeżież tagħna mejtin u nżuru ċ-ċimterji fejn huma midfunin. Niftakru wkoll li nistgħu niksbu l-indulgenzja plenarja u napplikawha għalihom. L-Indulgenzja tista’ tinkiseb billi bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru nżuru ċ-ċimiterju u nitolbu għall-mejtin, flimkien mal-qrar u t-tqarbin u talb skont l-intenzjoni tal-Papa.

6. F’nofs Novembru li ġej se jsir il-Bazaar tal-Parroċċa. Min għandu xi affarijiet li jistgħu jinbiegħu fil-Bazaar, nitlobkom iġġibuhom fil-qfief ta’ ġol-Knisja, fis-sagristija jew l-Uffiċċju Parrokkjali. Grazzi lil dawk fostkom li diġa’ tajtu l-għajnuna tagħkom u lil helpers li qegħdin jgħinu fil-ġbir tal-oġġetti.

7. Matul din il-ġimgħa se jitqassam f’kull dar, il-programm tal-Parroċċa sa Diċembru. Nitlobkom biex iżżommuh u tiffolowjaw dak kollu li jkun qed isir fil-Komunita’ tagħna. Fosthom hemm il-programm tal-festa liturġika ta’ Marija Immakulata u wkoll taż-żmien tal-Avvent u l-Milied. Mal-fuljett se jitqassam ukoll l-envelop għall-istrina tal-Parroċċa. Grazzi ta’ kull għajnuna li dejjem tajtuna. Nitolbu lil dawk li jqassmulna il-fuljett biex jigu jiġbruh fil-ħin tal-uffiċċju.

8. Nitolbu għal ruħ Alfred Calleja, Joseph Muscat, u Maria Steer li mietu matul dawn il ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 11 ta’ Ottubru 2026

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nhar il-Ħadd fil-quddiesa tad-9.30am ser ikollna magħna delegazzjoni minn Termini Imerese u minn Carpineto. Dawn se jiġu biex jieħdu sehem fil-festival taċ-ċikkulata b’ikel tradizzjonali tagħhom. Se jieħdu sehem magħna fil-quddiesa u janimaw il-quddiesa huma stess. Wara l-quddiesa se jagħmlu manifestazzjoni bil-bnadar quddiem il-Knisja Parrokkjali. Fil-quddiesa tad-9.30am wkoll se namministraw is-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof lil persuna adulta.

2. L-għaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni se tagħmel ikla fi Pjazza Kappillan Muscat sabiex nilqgħu lil ħbieb tagħna Taljani. Din se tkun il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru. Fis-7.00pm ikun hemm it-tombla u wara l-ikla. Biex tibbukkjaw ċemplu 99881876 jew 79000490.

3. Ser jsir Buffet Breakfast, nhar il-Erbgħa 21 ta’ Ottubru f’lukanda il-Qawra. Dawk interessati jibbukkjaw mill-uffiċċju Parrokkjali jew mingħand il-helpers.

4. F’Novembru li ġej se jsir il-Bazaar tal-Parroċċa. Min għandu xi affarijiet li jistgħu jinbiegħu fil-Bazaar, nitlobkom iġġibuhom is-sagristija jew l-Uffiċċju Parrokkjali.

5. Minn hawn u ftit ieħor se jibda’ jitqassam f’kull dar, il-programm tal-Parroċċa sa Diċembru. Nitlobkom biex izzommuh u tiffolowjaw dak kollu li jkun qed isir fil-Komunita’ tagħna. Fosthom hemm il-programm tal-festa liturġika ta’ Marija Immakulata u wkoll taz-zmien tal-Avvent u l-Milied. Mal-fuljett se jitqassam ukoll l-envelope għall-istrina tal-Parroċċa. Grazzi ta’ kull għajnuna li dejjem tajtuna.

6. Nhar il-Ħadd li ġej huwa JUM IL-MISSJONI u għalhekk il-ġbir imur kollu għall-bżonnijiet tal-Missjoni.

Avviżi – Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru 2026

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Infakkrukom li matul Ottubru, kuljum, fis-6.00pm jintalab ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali qabel il-quddiesa.

2. Nhar l-Erbgħa 7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Noffru dan ix-xahar skont ix-xewqa tal-Papa biex nitolbu kuljum ir-rużarju u noffruh għall-Paci fid-dinja.

3. Nhar il-Ġimgħa se tiġi organizzata Pasta Night fil-pjazza mis-7.30pm ‘il quddiem mill-Grupp Armar. Se jkun hemm ukoll it tombla . Aktar dettalji fil-poster fin-noticeboard.

4. Nhar is-Sibt, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun prezenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr.Vella Baldacchino.

5. F’Novembru li ġej se jsir il-Bazaar tal-Parroċċa. Min għandu xi affarijiet li jistgħu jinbiegħu fil-Bazaar, nitlobkom iġġibuhom is-sagristija jew l-Uffiċċju Parrokkjali. U minn nhar it-Tnejn li ġej, il-helpers se jkunu qegħdin iduru d-djar biex jiġbru xi preserve. Grazzi tal-għajnuna li dejjem tajtuna.

6. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se se jibdew id-duttrina għall- preċett is-sena d-dieħla u li se jagħmlu l-Grizma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parrocca tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimġħa mill-4.30pm u 5.45pm .

Infakkrukom li l- Museum Subien u tal- Bniet se jibdew minn nhar it-Tnejn li ġej.

7. Nitolbu għal ruħ Giovanni Farrugia, Paul Bugeja, Cristino Attard, Joan Vella u Raymond Zammit li mietu matul dawn il ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 27 ta’ Settembru 2026

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Illum il-Ħadd, fil-quddiesa tad-9.30am se nagħmlu ċelebrazzjoni li fiha se nbierku l-istudenti, għalliema, LSE’s, flimkien mal-basktijiet tal-iskola. Għalhekk nistiednu l-istudenti biex jingħaqdu magħna għal din iċ-ċelebrazzjoni. Wara l-quddiesa, il-banda tagħna se takkumpanjana sa Pjazza Kappillan Muscat fejn se jsir logħob, ikel u divertiment għal kulħadd. Se niċċelebraw ukoll is-47 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda tagħna. Għalħekk nifirħu lill-President, Kumitat u membri tal-Banda u nirringrazzjawhom għas-servizzi kollha li tagħti kemm fil-Parroċċa tagħna, kemm barra l-Parroċċa u kemm barra minn xtutna.

2. Nhar it-Tlieta, hija l-festa ta’ 3 Arkanġli: Mikiel, Gabriel u Rafel. Għalhekk se ssir ċelebrazzjoni biex nitolbu l-protezzjoni ta’ San Mikiel Arkanġlu. Fis-6.00pm nitolbu l-kuruna Anġelika, fis-6.30pm Quddiesa li fiha se nbierku l-ilma, ritratti u oġġetti li intom iġġibu magħkom u wara nagħtu l-barka Sagramentali.

3. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk minn nhar il-Ħamis 1 t’Ottubru, kuljum, fis-6.00pm jintalab ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali qabel il-quddiesa.

4. Infakkru lil dawk li ġejjin nhar il-Ħamis, għall-quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum l-anzjani, fil-Knisja ta’ Raħal il-Ġdid li nitilqu minn quddiem il-knisja fid-9:00 am

5. Nhar l-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, se nagħtu bidu għas-sena Pastorali tal-Parroċċa, għalhekk nistiednukom li tingħaqdu magħna fis-6.00pm rużarju, imbagħad ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u ikollna ftit ħin t’Adorazzjoni Ewkaristika fi Pjazza Kappillan Muscat.

6. Nhar is-Sibt 10 t’Ottubru, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun preżenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr.Vella Baldacchino.

7. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk il-ġbir ikun għall-ispejjez tal-Parroċċa.

8. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se se jibdew id-duttrina għall-preċett is-sena d-dieħla u li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parrocca tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30pm u 5.45pm .

Infakkrukom li l- Museum Subien u tal- Bniet jibdew mit-Tnejn 5 ta’ Ottubru .

Avviżi – Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2026

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Għada t-Tnejn peress li hi festa pubblika l-uffiċċju mhux se jkun miftuħ. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Nhar Il-Ġimgħa se nagħmlu pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra. Bookings mill-uffiċċju sa nhar il Erbgħa li ġej. Nistednukom tingħaqdu magħna biex nieħdu gost flimkien u nkunu qed ngħinu fl-ispejjez tal-Parroċċa.

4. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30am ser isir it-tberik tat tfal u l basktijiet. Għalhekk qed nagħmel sejħa lit-tfal, żgħażagħ, LSE’s u għalliema biex tingħaqdu magħna.Wara, il-banda se takkumpanjana sa Pjazza Kappillan Muscat fejn ser ikun hemm attiivitajiet, ikel, logħob u divertiment għat -tfal u għal kulħadd organiżata mill-Għaqda Mużikali Imm. Kunc.

5. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Ottubru, il-Caritas qed torganizza quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum l-anzjani, fil-Knisja ta’ Raħal il-Ġdid. Se jiġi organizzat transport mill-Parroċċa fid-9.00 am minn quddiem il-knisja.

6. Is-Sibt 10 t’Ottubru, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun preżenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr. Vella Baldacchino.

7. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se se jibdew id-duttrina għall- preċett is-sena d-dieħla u li se jagħmlu l-Grizma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali.Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parrocca tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30pm u 5.45pm.

8. Nitolbu għal ruħ Josephine Ellul, Dolores Zerafa u Giovanni Farrugia li mietu matul dawn il -ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 13 ta’ Settembru 2026

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

2. Nhar l-Erbgħa u l-Ħamis li ġej, 16 u 17 ta’ Settembru, il-Patrijiet Franġiskani se jiċċelebraw il-festa tal-għoti tal-pjagi ta’ San Franġisk t’Assisi. Għalhekk l-Erbgħa fis-5.30pm issir translazzjoni tar-relikwija u fis-6.00pm quddiesa. U l-Ħamis, jum il-festa, fis-6.00pm quddiesa tal-festa mmexxija mill-W.Rev. Provinċjal u wara jkun hemm riċeviment.

3. Is-Superjur tal -Mużew jixtieq javża li mit-5 t’Ottubru , Il-Muzew tas-subien ser jibda il-klassijiet tal-katekizmu b ‘dawn bil-ġranet u ħinijiet. Mil -1 sal 4 sena (yr 2 sa yr 5 ta’ l-iskola) it-Tlieta u l-Ġimgħa, mil -5.15pm sas 6pm. Jkollhom kwarta logħob qabel. Mil- 5 sena sas- 6 sena.(yr 6 -yr 7) Logħob mis 6.15pm sas 6.45pm ,mis 6.45pm sas 7.15pm laqgħa.

Magħżulin u Asperanti. ( yr 8 il-fuq) Laqgha fis -6.15pm wara logħob sas 7.15pm. Javżaw ukoll li qed jibdew isiru r-reġistrazzjoni għat-tfal fil-museum Subien li ser jagħmlu il-preċett fit-2027 u li twieldu fis-sena 2020.

Din ir-reġistrazzjoni trid isir kemm fil-museum subien u l-uffiċċju parrokkjali

4. Infakkar lil dawk fostkom li għandkom it-tfal se jibdew id-duttrina għall-preċett jew li se jaghmlu l-Grizma din is-sena fil-Parrocca taghna, biex tiġu tirreġistraw it-tfal subien u bniet. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tal-magħmudija ( jekk ma jkunux tghammdu fil-parroċċa tagħna) u ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir.

5. Il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru se nagħmlu pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra. Bookings mill-uffiċċju.

6. Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru fil-quddiesa tad-9.30am ser isir it-tberik tat tfal u l basktijiet. Għalhekk qed nagħmel sejħa lit-tfal, żgħażagħ, LSE’s u għalliema biex tingħaqdu magħna.Wara, il-banda se takkumpanjana sa Pjazza Kappillan Muscat fejn ser ikun hemm attiivitajiet, ikel, logħob u divertiment għat -tfal u għal kulħadd organiżata mill Għaqda Mużikali Imm. Kunc.

7. Is-Sibt 10 t’Ottubru, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun prezenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr.Vella Baldacchino.

8. Fil-weekend li ġej se nagħmlu ġbir biex ngħinu lill-Patrijiet Franġiskani iżommu il-postijiet qaddisa ġewwa l-Art Imqaddsa. Bl-offerta tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa l-postijiet u ħidmiet reliġjuzi.

9. Nitolbu għar-ruħ Carmena Spiteri li mietet matul dawn il -ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .

Avviżi – Il-Ħadd 6 ta’ Settembru 2026

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nhar it-Tlieta niċċelebraw is-Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix ġurnata ta’ l-obbligu tal-quddies, nħeġġu lil kulħadd sabiex inqaddsu dan il-Jum bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Is-Superjur tal -Mużew jixtieq javża li mill-5 t’Ottubru , Il-Muzew tas-subien ser jibda il-klassijiet tal-katekizmu b ‘dawn bil-ġranet u ħinijiet.

Mill-1 sena ( tal-precett) sal 4 sena (yr 2 sa yr 5 ta’ l-iskola) it-Tlieta u l-Ġimgħa, mil -5.15pm sas 6pm. inkluz kwarta logħob .

Preparatorja 1 u 2 .(yr 6 -yr 7 ta’ l-iskola ) kuljum barra l-Erbgħa. Logħob mis 6.30pm sas 7.00pm , u laqgħa mis -7.00pm sa 7.30pm

Magħżulin u Asperanti. ( yr 8 il-fuq) kuljum barra l-Erbgha Laqgha fis -6.30pm sa 7.00pm wara logħob sas 7.30pm.

Javżaw ukoll li qed jibdew isiru r-reġistrazzjoni għat-tfal fil-museum Subien li ser jagħmlu il-preċett fit-2027 u li twieldu fis-sena 2020.

Din ir-reġistrazzjoni trid isir kemm fil-museum subien u l-uffiċċju parrokkjali

4. Infakkar lil dawk fostkom li għandkom it-tfal se jibdew id-duttrina għall- preċett u dawk li se jaghmlu l-Grizma tal-Isqof fil-Parrocca taghna, biex tiġu tirreġistraw it-tfal subien u bniet. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tal-magħmudija ( jekk ma jkunux tghammdu fil-parroċċa tagħna) u ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir.

5. Il-Quality of Life Grants Scheme immexxi mill-Ministeru ghall-Inkluzjoni u s-Settur tal-Volontarjat, ghogbu jaghti lill-Knisja taghna, apparat li jista’ jigi uzat meta jkun hemm xi hadd li ghandu problemi tal-qalb fil-Knisja taghna. Dan se jkun available ghal kull emergenza (forsi nnutajtu il-kaxxa li twahhlet wara l-bieb ta’ barra). Dan l-apparat jista’ jsalva hajja ta’ persuna. Ghal dan il-ghan se jsir taghlim ta’ siegha kif ghandu jintuza. Huwa fl-interess ta’ kulhadd li jkun jaf dwaru. Ghalhekk qed jistedinnkom ghal-laqgha ta’ siegha nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru fis-1.00pm. dawk interessati jistghu jirregistraw fuq [email protected] jew iccemplu fuq 79222253.

6. Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru se nagħmlu pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra. Ikollna t-transport . Bookings mill-uffiċċju.

7. Nitolbu għar-ruħ Mary Spiteri li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .

Avviżi – Il-Ħadd 30 t’Awwissu 2026

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

2. Il-weekend li ġej huwa l-ewwel weekend tax-xahar u għalhekk il-ġbir ikun għall-bżonnijiet tal-Knisja. Bħalissa għandna l-konsum tad-dawl minħabba l-AC’s u wkoll il-lift tas-sala. Grazzi tal-għajnuna tagħkom.

3. Infakkar lil dawk fostkom li għandkom it-tfal se jibdew id-duttrina għall-preċett biex tiġu tirreġistraw it-tfal subien u bniet. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-parroċċa tagħna) u ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir.

4. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30pm u 5,45pm

5. L-Għaqda tal-armar tal-Parroċċa se jagħmlu Grill by delivery, il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru mis-7.30pm il quddiem. Fin-Notice Board hemm in-numru biex tkunu tistgħu tordnaw, kif ukoll il-menu. Nistedinnkom sabiex tieħdu sehem u tkunu qed tgħinu lill-Grupp Armar biex ikun jista’ jkompli l-ħidma tiegħu b’rizq il-festa tagħna.

6. Nitolbu għal ruħ Agnese Hili u Vincent Custo’ li mietu matul dawn il -ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .

Avviżi – Il-Ħadd 23 t’Awwissu 2026

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

2. L-Għaqda tal-armar tal-Parroċċa se jagħmlu Grill by delivery, il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru mis-7.30pm il quddiem. Fin-Notice Board hemm in-numru biex tkunu tistgħu tordnaw, kif ukoll il-menu. Nistedinnkom sabiex tieħdu sehem u tkunu qed tgħinu lill-Grupp Armar biex ikun jista’ jkompli l-ħidma tiegħu b’rizq il-festa tagħna.

3. Nixtieq navża li din il-ġimgħa, minix se nkun l-uffiċċju Parrokkjali. L-uffiċċju xorta jkun miftuħ it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu mid-9.00am sa 10.30am

4. Navżaw li wasal Kliem il-Ħajja ta’ Settembru – Diċembru . Nitolbu lid-distributturi biex jiġu għalihom l-uffiċċju il-ġimgħa d-dieħla filgħodu.

5. Nitolbu għal ruħ Anna Cassar u Frances Borg li l-Mulej sejħilhom għal għandu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .

 

Avviżi – Il-Ħadd 16 t’Awwissu 2026

L-Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Illum il-Ħadd jaħbat it-63 sena minn mindu infetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-ET Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-Knisja matul is-snin u nitolbu li l-Parroċċa tagħna tkun komunita’ ħajja ta’ fidi.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. L-Għaqda tal-armar tal-Parroċċa se jagħmlu Grill by delivery, il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru mis-7.30pm l’ quddiem. Fin-Notice Board hemm in-numru biex tkunu tistgħu tordnaw, kif ukoll il-menu. Nistedinkom sabiex tieħdu sehem u tkunu qed tgħinu lill-Grupp Armar biex ikun jista’ jkompli l-ħidma tiegħu b’rizq il-festa tagħna.

4. Nixtieq navża li t-Tnejn 24 u l-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu, jien minix se nkun l-uffiċċju Parrokkjali. L-uffiċċju xorta jkun miftuħ it-Tnejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu mid-9.00am ‘il quddiem.

5. Fuq in-noticeboards għandkom issibu l-ħinijiet u l-ġranet tal-Museum tal-bniet li se jibdew it-Tnejn 5 t’Ottubru. Dawk li se jibdew l-ewwel sena tal-preċett nitlobhom jiġu l-uffiċju biex jirreġistraw lit-tfal. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir. Grazzi.