Avviżi – Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2024

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum hija l-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes. Nitolbu lill-Madonna biex tbierek u żżomm taħt il-ħarsien tagħha il-Parroċċa tagħna u nitolbu mod speċjali għall-morda kollha f’dan il-jum iddedikat lilhom.

  2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna biex dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. F’kull quddiesa ssir ċ-ċerimonja tat-tberik u tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, nitolbu l-Via Sagra u fis-6:30pm niċċelebraw quddiesa kantata. Wara ser jsir pellegrinaġġ ċkejken mill-parroċċa sa Pjazza Kappillan Muscat bil-Kurċifiss il-kbir li għandna fil-Knisja tagħna.  Hemmhekk nagħmlu ħin ta’ talb quddiem il-Kurċifiss.   Nixtiequ li min jista’ jġib xemgħa ħamra biex nagħmluha mal-Kurċifiss fil-pjazza.

  3. Nhar l-Erbgħa ukoll ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am.

  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30pm.

  5. Nhar il-Ġimgħa l-quddiesa se tkun fis-6:00 pm bis-sehem tat-tfal. Dakinhar jitqassam il-karus ta’ mħabba lit-tfal. Għalhekk il-Via Sagra tkun fil-5:30pm.

  6. Kull nhar ta’ Sibt matul ir-Randan, qabel il-quddiesa ta’ filghaxija nitolbu bis-Salmi. Għalhekk nhar ta’ Sibt, fis-5:45 pm jingħad ir-Rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-Salmi u fis-6:30pm quddiesa.

  7. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd Via Sagra fis-6:00 pm.

  8. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru bħas-sena l-oħra , KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan,  fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru tal-MUSEUM, u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew mill-Ġimgħa 23 ta’ Frar.

  9. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam  l-envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelop bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.

  10. Nhar it-Tlieta se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  11. Il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur għall-bzonnijiet tas-Seminarju. Hemmhekk issir il-formazzjoni ta’ saċerdoti futuri u għalhekk tajjeb li nagħtu l-għajnuna tagħna.

Avviżi – Il-Ħadd 4 ta’ Frar 2024

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1.  Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6:30 pm.

  2. Nhar is-Sibt  hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Hemm l-obbligu tal-quddies.  Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9:30 am  mistiedna b’mod speċjali l-parruċċani li jisimhom għal San Pawl.

  3. Kull tieni Sibt tax-xahar fis-6 pm qed issir il-quddiesa u adorazzjoni b’talb specċali għall-vokazzjonijiet fil-kappella tas-Seminarju ir-Rabat. Għalhekk nhar is-Sibt 10 ta’ Frar ser ikun hemm rużarju fil-5:30 pm u fis-6:00 pm quddiesa, Fis-6:45 pm adorazzjoni u barka. Wara ikun hemm ħin ta’ komunjoni. Tajjeb li nagħfru l-bżonn li nitolbu lill-Mulej biex jibgħat aktar ħaddiema fl-għalqa tiegħu.

  4. Nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  5. Is-Superjur jixtieq javza li se jsiru 2 laqgħat għall-ġenituri tat-tfal subien. Waħda nhar il-Ħamis 8 ta’ Frar (il-Ħamis li ġej).  Din se tkun għall-ġenituri tat-tfal minn year 2 sa year 5 tal-iskola.  U laqgħa oħra il-Ġimgħa 9 ta’ Frar għall-ġenituri tat-tfal minn year 6 sa year 8.  Dawn se jkunu fis-7:00 pm fil-Museum tas-subien.

  6. Inħeġġeġ sabiex inżommu l-indafa fil-Knisja. Grazzi għall-helpers, il-Knisja tagħna hi waħda nadifa.  Imma issa rridu nkunu aħna li nibżgħu għaliha.  Qed insibu tissues, chewing gum u karti tal-ħelu f’ħafna bankijiet.  Daqxejn attenzjoni u għajnuna minn naħa ta’ kulħadd, tgħin biex inżommu ambjent nadif u xieraq għad-Dar ta’ Alla. 

Avviżi – Il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2024

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9:00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra.  Ma nħallux għal aħħar.

  2. Nhar il-Ħamis jiltaqgħa il-KPP fis-7 pm fis-Sala Dun Manwel.

  3. Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6:30 pm.

  4. Nhar il-Ġimgħa ukoll ser isir pasta night b’risq il-festa organizzata mill-għaqdiet li jaħdmu għall-festa. Biljetti mingħand il-helpers tal-għaqdiet jew fis-sagristija. Aktar dettalji fin-notice board .

  5. Is-sena l-oħra, kulħadd apprezza il-pelleġrinaġġ li għamilna mal-Ħamrun kollu bil-kurċifiss sabiħ li għandna fil-Parroċċa tagħna. Din is-sena se nerġgħu nagħmluha l-Ħadd 17 ta’ Marzu fil-5:00 pm.  Din id-darba se ssir biss mat-toroq tal-Parroċċa tagħna.  Għaldaqstant, f’isem l-Għaqda Mużikali tagħna, qed nagħmel sejħa biex dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jiġu jiġbru formola mis-sagristija, jimlewha u jwassluha fl-uffiċċju Parrokkjali sal-Ħadd 17 ta’ Frar.  Inħeġġiġkom sabiex min jista’ mhux biss jattendi imma jagħti sehmu biex din l-attivita’ tkompli tkun okkażjoni sabiħa għalina lkoll.

  6. Fl-okkazjoni tal-170 sena mid-domma tal-Immakulata u l-45 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta’ Mużikali, il-Banda tagħna ġiet mistiedna biex tagħmel zjara u ddoqq ġewwa Lourdes. Din hija okkażjoni unika li ebda banda qatt ma għamlet.  Iż-żjara se ssir bejn is-Sibt 27 t’April u l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju li ġej. Se jkun hemm okkażjoni li niċċelebraw quddiesa fil-Grotta ta’ Lourdes bil-Malti, bis-sehem tal-Banda u wkoll li l-Banda ddoqq kemm waqt il-purċissjoni bis-Sagrament u kemm waqt l-Aux flembeux bil-Madonna.  Hija okkażjoni li m’għandkomx titilfu żgur.  Aktar dettalji fin-notice boards.

  7. Nerġa’ nħeġġeġ sabiex min jista’ jagħti daqqa ta’ id fil-kor ikellem lili jew lis-Surmast is-Sur Frans Pace.

  8. Nagħmel appell ukoll għat-tfal biex jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-Parroċċa. Naf li t-tfal illum huma mpenjati mhux ħażin imma f’mumenti ta’ ċelebrazzjoni jagħtu l-kontribut tagħhom fil-liturġija.  Wara kollox dawn huma l-futur tal-Parroċċa tagħna.

  9. Nitolbu għal ruħ Rita Magri  li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

  10.  

Avviżi – Il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2024

  It-Tielet Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9:00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra.  Ma nħallux għal aħħar.

  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6:30 pm.

  3. Is-sena l-oħra, kulħadd apprezza l-pelleġrinaġġ li għamilna mal-Ħamrun kollu bil-kurċifiss sabiħ li għandna fil-Parroċċa tagħna. Din is-sena se nerġgħu nagħmluha il-Ħadd 17 ta’ Marzu fil-5:00 pm.  Din id-darba se ssir biss mat-toroq tal-Parroċċa tagħna.  Għaldaqstant, f’isem l-Għaqda Mużikali tagħna, qed nagħmel sejħa biex dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jiġu jiġbru formola mis-sagristija, jimlewha u jwassluha fl-uffiċċju Parrokkjali sal-Ħadd 17 ta’ Frar.  Inħeġġiġkom sabiex min jista’ mhux biss jattendi imma jagħti sehmu biex din l-attivita’ tkompli tkun okkażjoni sabiħa għalina lkoll.

  4. Fl-okkazjoni tal-170 sena mid-domma tal-Immakulata u l-45 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta’ Mużikali, il-Banda tagħna ġiet mistiedna biex tagħmel żjara u ddoqq ġewwa Lourdes. Din hija okkażjoni unika li ebda banda qatt ma għamlet.  Iż-żjara se ssir bejn is-Sibt 27 t’April u l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju li ġej. Se jkun hemm okkażjoni li niċċelebraw quddiesa fil-Grotta ta’ Lourdes bil-Malti, bis-sehem tal-Banda u wkoll li l-Banda ddoqq kemm waqt il-purċissjoji bis-Sagrament u kemm waqt l-Aux flembeux bil-Madonna.  Hija okkażjoni li m’għandkomx titilfu żgur.  Aktar dettalji fin-notice boards.

  5. Filwaqt li nirringrazzjaw lis-Surmast, lil Richard u lill-Kor tal-Parroċċa li dejjem taw kontribut siewi lill-Parroċċa, qed nagħmel sejħa sabiex oħrajn jingħaqdu mal-Kor tagħna. Huwa dispjaċir li tara li għandna persuni kapaċi għal diversi servizzi fil-Knisja u jibqgħu lura milli jagħmlu dan.  Nitlobkom ma tibqgħux lura u tinvolvu ruħkom fid-diversi ħidmiet li jsawwru l-komunita’ tagħna.  Min jixtieq jista’ javviċina lili jew lis-Surmast is-Sur Frans Pace.

  6. Nitolbu għal ruħ Roġer Tirazona u John Farruġia li mietu  matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2024

    Il-Magħmudija tal-Mulej 

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Minn għada t-Tnejn, se jibdew il-Katekeżi mill-Mixja Neokatekumenali fil-Katekumenju fis-7:30 pm. Kulħadd huwa mistieden.  Dawn ikunu dartejn fil-ġimgħa u jgħinuna niskopru u ngħixu il-magħmudija li lkoll irċevejna. Il-Mixja Neokatekumenali għalqet 50 sena ġewwa l-Parroċċa tagħna u ġo pajjiżna u bħalissa fil-Parroċċa tagħna biss hawn 11-il Komunita’.

  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6:30 pm.

  3.  Nhar l-Erbgħa ser ikun hawn il-laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani fid-8:45 am. Se jmexxi l-laqgħa soċju tal-Museum.  Ser isir ukoll ħarġa għall-anzjani għand is-Sorijiet ta’ Ġesu Nażżarenu taż-Żejtun nhar il-Erbgħa 31 ta’ Jannar. Aktar dettalji l-quddiem.

  4.  Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar se ssir il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-Knejjes. Għalhekk il-Ġimgha 19 ta’ Jannar se jsir servizz Ekumeniku fis-Saint Andrew Scots Church, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, fis-6:30 pm. Kulħadd huwa mistieden għax huwa dover tagħna li nitolbu għall-Għaqda fost il-Knejjes mifrudin, kif hija anki x-xewqa ta’  Ġesu’ nnifsu.

  5. Fl-istess ħin nixtieq f’isem il-Parruċċani kollha, nifraħ lil Mons. Hector Scerri li s-Santa Sede ħatritu bħala membru tal-Kummissjoni Internazzjonali għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa.  Prosit u nitolbu għalih.

  6. Nhar il-Ġimgħa se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali . Biljetti mingħand il-helpers.

  7. Nitolbu għal ruħ Costantino Galea u  John Mercieca  li mietu  matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024

Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hemm it-talb tal-Ħniena Divina fid-9:15 am fil-kappella u jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar ikollna ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  3. Fuq in-notice board ta’ wara l-antiporta hemm xi ritratti tal-ħsara li hemm fuq il-bejt u l-koppla. Ix-xogħol qiegħed isir u miexi ġmielu.  Ġie ukoll il-perit biex isegwi kif qed isir ix-xogħol. Nitlobkom sabiex tgħinuna għax jekk ma nieħdux ħsieb barra, żgur li ma nistgħux nagħmlu xogħol fuq ġewwa.  Grazzi mill-qalb.

  4.  Fuq in-notice board hemm ukoll l-irċevuta tas-somma li tajna bħala Parroċċa lid-Dar tal-Providenza. Is-somma kienet ta’ €1500 u mort jiena personalment biex ngħaddihielhom.  Irrid nesprimi l-gratitudni ta’  Dun Martin Micallef għall-ġenerożita tagħkom.

  5. Nitolbu għal ruħ Doris Borg u Mario Farrugia li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2023

Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illejla l-Quddiesa tas-6:30 pm se tkun bit-Te Deum (innu ta’ tifħir lill-Mulej) bħala ringrazzjament lil Alla. Imbagħad, nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa biex issir adorazzjoni fis-skiet.  Fl-10:15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11:15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.

  2. Għada t-Tnejn l-Ewwel tas-sena il-quddies ikun bħal tal-Ħadd u nfakkrukom li l-ġabra se tmur kollha għad-dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Dakinhar  huwa wkoll il-56 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa.  Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  3. Peres li din is-sena ħabtet it-800 anniversarju minn meta San Franġisk għamel l-ewwel presepju ħaj, il-Papa Franġisku ta Indulġenza Plenarja (maħfra) lil dawk kollha li jżuru u jitolbu quddiem il-presepju f’xi Knisja Franġiskana. Għalhekk nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar se niltaqgħu fil-5:30 pm u nitilqu f’pellegrinaġġ lejn il-Knisja tal-Franġiskani bit-talba tar-rużarju, fis-6:00 pm niċċelebraw il-quddiesa u wara nitolbu quddiem il-presepju biex niksbu l-indulġenza.

  4. Nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar, se jkollna iż-żjara tat-3 slaten Maġi fil-Knisja tagħna, fi triqthom lejn il-presepju ta’ Għajnsielem ġewwa Għawdex. Din se tkun għal ħabta tas-7:15 pm, jiġifieri, hekk kif tispiċċa l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġiġkom sabiex tibqgħu ftit mumenti magħna għal dan l-avveniment.

  5. Nitolbu għal ruħ Josette Sultana, Maggie Spiteri, Frans Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2023

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Għada l-Ħadd huwa lejliet il-Milied.    Fis-6:00 pm is-superjuri tal-mużew jistiednu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom jieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu  fejn jittellgħa programm żgħir ta’ kant u poeziji.

  2. Imbagħad fil-10:45 pm tibda’ l-velja a u f’nofs il-lejl il-quddiesa tal-Milied. Għall-velja se jkollna kant ta’ għanjiet tal-Milied mill-Kor tal-Parroċċa, drama u priedka tat-tifla. Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin u nieħdu xi ħaġa sħuna li għamlulna s-sorijiet tal-Karita’.

  3. Għada It-Tnejn Jum il-Milied il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.

  4. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9:30 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

  5. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

  6. Infakkar li l-ġbir ta’ nhar l-Ewwel tas-sena se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġeneruzi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom.

  7. Infakkar ukoll li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru, l-għaqda mużikali tal-Parroċċa tagħna se żżur lit-tfal li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei. Huma tfal li ma setgħux jgħaddu l-Milied fil-familja tagħhom.  Inferrħuhom u nuruhom imħabba.  Bħalissa qalulna li fil-Wards li se nżuru hemm xi 30. Min jixtieq iġib xi rigali għat-tfal, jista’ jagħmel dan sas-26 ta’ Diċembru.

  8. Fl-1 ta’ Jannar huwa wkoll il-56 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  9. Nitolbu għal ruħ Carmen Demanuele u Alfred Curmi li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2023

It-Tielet Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

      1. Din il-ġimgħa nkomplu bin-novena tal-Milied, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nkantaw il-kurunella tal-Bambin Ġesu’. Inħeġġukom biex tattendu għan-novena ħalli nagħmlu mill-Milied, festa spiritwali.

      2. Minn mindu il-Mulej sejjaħ għal għandu lil Patri Elija Vella, il-quddiesa ta’ Liberazjoni li kienet issir San Pawl il-Baħar kull xahar, aħna bħala eżorċisti, ddeċidejna li nibdew nagħmluha fi knejjes differenti. Għalhekk propju nhar il-Erbgħa fis-6:30 pm ser issir quddiesa bit-talb ta’ liberazzjoni fil-knisja Parrokkjali tagħna.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex niġu nitolbu u nfaħħru lil Alla, filwaqt li nitolbu l-protezzjoni tiegħu mit-tfixkil tax-xitan.

      3. Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6:00 pm bis-sehem tat-tfal. Inħeġġu tfal iġibu magħhom bambin jew presepju żgħir biex inberkihom. Ir-rużarju ikun fil-5:30 pm.

      4. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9:30 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

      5. Matul dawn il-ġranet tal-avvent ġew impoġġija qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei.  L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Nitolbukom tkunu ġenerużi ma’ dawn it-tfal li mhux se jqattgħu il-Milied mal-familji tagħhom.

      6. Nhar is-Sibt ir-raba Ħadd ta’ l-Avvent. Fil-5:45 pm ir-rużarju, 6:10 pm talb tas-Salmi u wara quddiesa.

      7. Is-Superjur tal-Museum jixtieq javża li l-Museum tagħna ġie mistieden biex jieħu sehem fil-Purċissjoni Nazzjonali fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru fis-6:00 pm. Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ biex nakkumpanjaw il-Purċissjoni.  Għalhekk se jiġi pprovdut trasport minn quddiem il-Knisja tagħna fil-5:15 pm.  Jekk tkunu tixtiequ tistgħu tkellmu lis-Superjur jew iċċemplu fuq in-numru li hemm fin-notice board.

      8. Nhar il-Ħadd huwa lejliet il-Milied. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.  Imbagħad fil-10:45 pm tibda’ l-velja u f’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Għal velja se jkollna kant, drama u se jkollna sorpriża sabiħa.  Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin u nieħdu xi ħaġa sħuna.

      9. Se jiġi organizzat party għat-tfal fis-Sala Dun Manwel nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru bejn 4:00 pm – 6:00 pm. Għal booking u aktar dettalji fin-notice board tal-knisja.

      10. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

        1.  

Avviżi – Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2023

It-Tieni Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

    1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni.

    2. Matul il-ġranet ta’ l-avvent se jkun hemm qfief apposta biex niġbru  ikel  biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei.  L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Nitolbukom tkunu ġenerużi.

    3. Nhar is-Sibt it-tielet Ħadd tal-Avvent fis-5:45 pm rużarju u fis-6:10 pm nitolbu bis-Salmi.  

    4. Is-Sibt ukoll il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun bis-sehem tat-tfal li fiha se nagħmlu l-mixegħla tad-dawl tal-Milied fil-Knisja. Il-quddiesa se tkun waħda ferriħija u se tkun animata mill-Joy Gospel   Wara  l-quddiesa  se nkomplu b’kunċert sabiħ biex nagħtu bidu għan-novena tal-Milied mill-Joy Gospel Singers . Dħul b’xejn.

    5. Wasal Kliem il-Ħajja, nitolbu dawk li soltu jqassmuh jiġu għalih fil-ħinijiet tal-uffiċċju filgħodu.

    6. Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal. Għalhekk  fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom barra mill-ĦamrunFit -23 ta’ Diċembru jqassam ir-rigali fil-Ħamrun. Min jixtieq jista’ jġib ir-rigali fis-sala Dun Manwel bejn id-9 u s-16 ta’ Diċembru bejn il-5:30 pm u s- 7:30 pm u sibtijiet u Ħdud filgħodu bejn id-9:30 am u 11:30 am . Fit-13 ta’ Diċembru mhux se jkunu miftuħin.

    7. Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.

    8. Suppost li minn din il-ġimgħa se jibda’ jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bjut tal-Knisja, speċjalment fuq it-twieqi tal-koppla. L-għajnuna tagħkom hija  meħtieġa u apprezzata ħafna.  Grazzi.