Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Marzu 2023

It-Tieni Ħadd tar-Randan -Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ġimgħa,  inkomplu bit-2 laqgħa tal-eżerċizzi  fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  2. Kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  3. Nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu, is-Soċjeta’ tal-MUSEUM se tfakkar l-anniversarju mill-mewt tal-Qaddej t’Alla Eugenio Borg, li hu l-ewwel Superjur Ġenerali.  Din se ssir fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakoluża nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu fis-6.00 pm u l-Hadd 12 ta’ Marzu fit-8.00 am.  Kulħadd mistieden biex jieħu sehem.
  4. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu ċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Sejrin ninviżtaw ir-Rendentur l-Isla. Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu  se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7.45pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
  6. Il-Parrocca se torganizza pellegrinaġġ ghal-Lourdes bejn 18 – 22 ta’ Lulju.  Dawk li huma nteressati jieħdu programm bid-dettalji mill-uffiċċju parrokkjali jew mis-Sagristija.
  7. Nhar is-Sibt 1 ta’ April, se ssir l-ikla Lhudija.  Din issir ghaliex hija l-ikla li fiha l-Mulej Ġesu’ waqqaf l-Ewkaristija.  Meta niċċelebrawha nifhmu aħjar il-kuntest li fih Ġesu’ offra lilu nnifsu fl-Ewkaristija.  Inħeġġiġkom biex nieħdu sehem għax ikun bidu tajjeb għall-Ġimgħa Mqaddsa.  Din se tkun fis-sala Parrokkjali fis-7.30 pm.
  8. L-Għaqda Mużikali, Marija Immakulata se torganizza kors tal-ewwel għajnuna: first aid course u wkoll se jkun hemm tagħlim ta’ kif jaħdem id-defribilator.  Dan huwa apparat li jintuża f’każ li jkun hemm problemi fil-qalb.  Huwa apparat importanti li huwa uniku fiz-zona tagħna.  Il-Kumitat tal-Banda ġentilment għoġobhom jagħtu wkoll iċ-ċavetta tal-Kazin lill-Parroċċa f’każ li jkun hemm bżonn jintuża dan l-apparat.  Il-Kors se jsir il-Ħamis 16 ta’ Marzu, fi Pjazza Kappillan Muscat fis-6.00 pm.  Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u nifhmu x’għandna nagħmlu f’każ ta’ bżonn.
  9. Nitolbu għal ruħ, George Ciappara, Anthony Dimech u Carmen Schembri li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Frar 2023

L-Ewwel Ħadd tar-Randan -Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tnejn fis-6.00 pm (minflok fis-6.30 pm) se jkun hawn Quddiesa għat-Tfal kollha fejn se nqassmu il-Karus ta’ Mħabba u Kalendarju tat-Tfal għal matul ir-Randan.
  2. Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd ikollna l-Via Sagra fis-6.00 pm.  Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.
  3. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jieħdu forma differenti fil-Parroċċa. Se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan.  Għalhekk  nibdew nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu. Fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  4. Kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm  jingħad ir-Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir.
  6. Qed jitqassam ukoll l-Envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelops bl-offerta tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.
  7. L-Għaqda Mużikali, Marija Immakulata se torganizza kors tal-ewwel għajnuna: first aid course, u wkoll se jkun hemm tagħlim ta’ kif jaħdem id-defribilator.  Dan huwa apparat li jintuża f’każ li jkun hemm problemi fil-qalb.  Huwa apparat importanti li huwa uniku fiż-żona tagħna. Il-Kumitat tal-Banda ġentilment għoġobhom jagħtu wkoll iċ-ċavetta tal-Każin lill-Parroċċa f’każ li jkun hemm bżonn jintuża dan l-apparat.  Il-Kors se jsir il-Ħamis 16 ta’ Marzu, fi Pjazza Kappillan Muscat fis-6.00 pm.  Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u nkunu konxji x’għandna nagħtu f’każ ta’ bżonn.
  8. Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar is-26 ta’ Marzu.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fil-Ħamrun.  Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm.  Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa.  Min jixtieq li jilbes ta’ xi personaġġ bibliku, jikkuntattja lill-Każin.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 19 ta’ Frar 2023

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna li dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6:00 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm Quddiesa Kantata. Wara se jsir pellegrinaġġ ċkejken mill-knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn miġburin isir talb quddiem il-Kurċifiss.   Nixtiequ li min jista’ jġib xemgħa ħamra biex nagħmluha mal-Kurċifiss fil-pjazza. Nixtiequ ninformawkom li l-pellgrinaġġ ser isir l-Erbgħa tal-Irmied u mhux il-Ġimgha ta’ wara kif jidher fil-fuljett Parrokkali.
  2. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgha u l-Ħadd nitolbu l-Via Sagra fis-6.00 pm. 
  3. Is-Sibt, fis-5.45 pm Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jieħdu forma differenti fil-Parroċċa. Mhux se jkunu kollha f’ġimgħa waħda imma se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan.  Se jibdew mill-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara isir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  6. Matul din il-ġimgħa  qed inqassmu l-fuljett parrokkjali għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam l-Envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelop bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita’ tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lil Ommna Marija Immakulata.
  7. Nixtiequ navżaw li l-coffee morning li kien se jsir nhar it-Tlieta mhux ser isir. 
  8. Nitolbu għal ruħ, Alfred Galea li miet matul din il-ġimgħa.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 12 ta’ Frar 2023

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn  Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Infakkru lil dawk li ġejjin il-ħarġa għall-Manikata nhar l-Erbgħa biex ikunu hawn fid-8.45 am biex fid-9 am nitilqu.
  3. Nhar il-Ġimgħa se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa, fis-7 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljett mingħand il-helpers sa nhar l-Erbgħa.
  4. Nitolbu għal ruħ, Carmela Zammit li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Frar 2023

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn  Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nhar  il-Ġimgħa hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fuq gżiritna. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30 am ġew mistiedna l-membri tal-Parroċċa li jisimhom għal San Pawl.
  3. Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċelebrat nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna u għadhom ma rregistrawx lit-tfal tagħhom jiġu jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  4. Nhar l-Erbgħa  15 ta’ Frar iċ-Ċentru ta’ l-anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani. Sejrin il-Manikata. Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
  6. Infakkrukom li bħalissa qed isir bazaar fis-sala Dun Manwel. Issibu għall-bejgħ preserve u pjanti u ħwejjeg oħra. Għalhekk inħeġġukom biex tiġu tixtru u b’hekk tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa.
  7. Nitolbu għal ruħ, Bruno Mifsud li miet matul din il-ġimgħa.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 29 ta’ Jannar 2023

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar il-Ħamis niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Minn nhar is-Sibt li ġej se niftħu l-bazaar fis-sala Dun Manwel. Se jkun hemm preserve u pjanti u ħwejjeg oħra. Għalhekk  inħeġġukom biex tiġu tixtru u b’hekk tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa. Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min ġab xi affarijiet għall-bazaar, se nibqgħu nilqgħu preserve u pjanti sa nhar l-Erbgħa.
  4. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  5. Navżaw lil-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna u għadhom ma rregistrawx lit-tfal tagħhom, jiġu jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  6. Is-Sibt 4 ta’ Frar se ssir attivita’ fil-Pjazza tal-Każin tal-Banda bl-isem ta’ MEET ME HALF WAY.  Din hija serata ta’ mużika minn persuni ta’ Nazzjonalita’ barranija.  Din l-attivita’ tibda mis-7.00 pm ‘il quddiem.
  7. Is-Sibt 4 ta’ Frar ukoll, fis-sala tal-Parroċċa se ssir ribs night u tombla.  Lejla ta’ ikel u divertiment. Min jixtieq jieħu sehem icempel in-numru 79820728
  8. Il-Ħadd 26 ta’ Marzu se ssir attivita’ kbira mal-Ħamrun kollu bl-isem: KRISTU FI TRIQATNA.  Din se ssir b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, Għaqda Mużikali San Gejtanu, Għaqda Mużikali San Ġużepp, Għaqda Mużikali Ħad-Dingli u banda Scouts tal-Ħamrun, iż-żewg Parroċċi u l-Knisja tal-Franġiskani, il-Kunsill Lokali,  u tant entitajiet oħrajn. Min jixtieq jieħu sehem għandu jagħmel kuntatt fuq 99881876 jew jibghat email: bandakuncizzjoni@hotmail.com
  9. Nitolbu għal ruħ Carmel Muscat u Vanni Laus li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il -mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2023

It-Tielet Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Infakkrukom li llejla wara l-quddiesa l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ttella’ serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jibqa’ hawn għal din is-serata. 
  2.  Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’riżq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Il-Ħadd 26 ta’ Marzu se ssir attivita’ kbira mal-Ħamrun kollu bl-isem: KRISTU FI TRIQATNA.  Din se ssir b’kollaborazzjoni mal-Ghaqda Mużikali Marija Immakulata, Għaqda Mużikali San Gejtanu, Għaqda Mużikali San Ġużepp, Għaqda Mużikali Ħad-Dingli u banda Scouts tal-Ħamrun, iż-żewġ Parroċċi u l-Knisja tal-Franġiskani, il-Kunsill Lokali u tant entitajiet oħrajn. Min jixtieq jieħu sehem għandu jagħmel kuntatt fuq 99881876 jew jibghat email: bandakuncizzjoni@hotmail.com
  6. Nitolbu għalruħ Joseph Scerri, Rose Mifsud, u Alfred Xerxen li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2023

It-Tieni Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar se ssir FTIRA NIGHT b’risq il-festa.  Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
  3. Nhar is-Sibt, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’risq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Fl-okkażjoni tat-talb li jsir kull sena għall-għaqda tal-knejjes se jsir servizz ekumeniku il-Ġimgħa 20 ta Jannar fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Nikola (ta’ l-erwieh), Triq il-Merkanti, il-Belt. L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jieħu sehem. Kulħadd huwa mistieden.

 

Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023

L-Epifanija tal-Mulej


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Illum il-Ħadd fid-9.30 am, quddiesa għat-tfal bit-tema: Fejn se nsibuh? X’se noffrulu?  Nistedinkom biex iġġibu lit-tfal biex nagħmlu festa flimkien fil-festa tat-Tre Re.
  2. Nhar it-Tnejn se jiltaqgħa il-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7pm fis-sala Dun Manwel.
  3. Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  5. Nhar il-Ħadd li ġej  fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud, ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed  jistiedinkom biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkajoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna mportanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  6. Fr.Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qalli biex nesprimi l-gratitudni tiegħu, tal-istaff u tar-residenti tad-dar għall-ġabra sabiħa mill-Parroċċa tagħna li laħqet is-somma ta’ €1,700.  Nirringrazzjawkom għal-ġenerożita’ tagħkom.
  7. Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 Anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu l-preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.

 

Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Issa wara l-quddiesa, se nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa l-ħin kollu.  Fl-10.15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11.15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.
  2. Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa ta’ filgħaxija. Janima l-Kappillan.
  3. Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, għal 4.00 pm se jkollna żjara mis-Slaten maġi li se jagħmlu waqfa huma u sejrin Għajnsielem.  Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu quddiem il-knisja tagħna, speċjalment tkun okkażjoni li fiha jieħdu pjaċir it-tfal.
  4. Nhar il-Ħadd li ġej festa ta’ l-Epifanija, quddiesa bit-tema: FEJN SE NSIBUH? X’SE NOFFRULU? Din se tkun speċjali għat-tfal fid-9.30 am. Inħeggukom iġġibu t-tfal biex nagħmlu festa flimkien.
  5. Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden  lil dawk il-koppji li żżewwġu matul din is-sena biex jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles Scicluna.  Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt, Mons. Arċisqof se jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira. Kif ukoll is-Sibt ta’ wara fl-14 ta’ Jannar, se ssir il-quddiesa għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2023. Din ukoll tkun fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.
  6. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed jistieden lilkom Parruċċani biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkażjoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna importanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  7. Kif tafu il-ġbir kollu ta’ dan il-weekend se jiġi mogħti bħala għajnuna f’isem il-Parroċċa lid-Dar tal-Providenza, li hija sinjal ċar tal-Providenza ta’ Alla u tal-ġenerożita’ tal-Maltin.  Għalhekk bħalissa il-ġbir qed jiġi magħdud u (għada wara l-quddiesa ta’ filgħaxija) jien personalment ma’ rappreżentanti mill-Parroċċa se mmorru s-Siġġiewi biex f’isimkom ilkoll ngħaddi l-flus lid-Dar.  Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.
  8. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Jannar se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.