Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2023

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Peres li nhar il-Ħamis li ġej hija festa pubblika, l-Adorazzjoni Ewkaristika se ssir il-Ġimgħa minflok. Din se tkun immexxija minn Fr. Norbert Bonavia tas-Soċjeta Missjunarja ta’  San Pawl.  Din se tkun bħala parti minn ġimgħa ddedikata lil Mons. Giuseppi Depiro, il-fundatur tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

  2.   Din il-ġimgħa komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari: kellna  donazzjoni ta’ €1000, 2 ta’ €100, 2 ta’ €50 u 3 ta’ €20.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’  €8,470.   Grazzi mill-qalb għall-ġenerożita’ tagħkom.  Baqa biss madwar €530 x’jinġabru.

  3. Bħal ma diġa avżajna nhar il-Ħadd li għadda, mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru il-quddies tat-8.15 am matul il-ġimgħa u tal-11 am nhar ta’ Ħadd mhux se jibqgħu isiru. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddies se jkunu 6.15 am -7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am – 9.30 am – 6.30pm . Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru f‘tat- 8.15 am se navżawhom meta se jsiru.

  4. Din il-gimgha se jkun hawn Fr. Norbert Bonavia tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl li se jipprovdi materjal dwar il-Fundatur tas-Soċjeta’ , Mons. Giuseppi DePiro. Din se tkun bl-iskop li aħna nsiru nafu aktar dwaru u fl-istess ħin isir talb għall-Beatifikazzjoni tiegħu.  Għalhekk wara l-bieb għandkom issibu materjal dwaru.  Fr. Bonavia se jkun qed imexxi wkoll l-Adorazzjoni Ewkaristika ta’ nhar il-Ġimgħa u l-quddiesa tat-8 am nhar il-Ħadd li ġej.

  5. Se jsir Coffee Morning fis-Sala Parrokkjali nhar it-Tlieta 26 ta’ Settembru. Min jixtieq jista’ jkellem lil Tessie Brown jew lil Marianne.  Nibdew fid-9.00 am.

  6. Nitolbu għal ruħ Rose Sammut u Vincenza Schembri li mietu matul din il-ġimgħa.  Aghtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 10 ta’ Settembru 2023

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Din il-ġimgha komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari: kellna 2 ta’ €50, 2 ta’ €40, 2 ta’ €10 u 1 ta’ €5.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €7,110.  Grazzi mill-qalb għall-ġenerożita’ tagħkom.  Baqa’ biss madwar €1,890 x’jinġabru. Kuraġġ!

  3. Jidher li se jkollna tibdil ukoll fil-Museum tas-subien. Is-superjur Raymond  D’Amato u s-soċju Mario se jieqfu jagħtu servizz fil-Museum tal-Parroċċa, imma ġew imsejjħa sabiex jagħtu s-servizz tagħhom fil-Museum tal-Qrendi u Mqabba u Pembroke.  Ikollna ċans li nsellmulhom u nirringrazzjawhom għal dak kollu li għamlu mat-tfal permezz tal-formazzjoni spiritwali u umana.  Nagħtu merħba lis-Superjur Gwido li huwa mill-Parroċċa tagħna u lil Gejtu Caruana li issa se jibdew jagħtu servizz fil-Museum tal-Parroċċa.  Nitolbu għalihom u naħdmu flimkien għall-ġid ta’ uliedkom.

  4. Fil-weekend li ġej, il-ġbir kollu se jmur għand il-Patrijiet Franġiskani tal-Art Imqaddsa. Nippruvaw ngħinu minn qalbna biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u nkunu ta’ għajnuna għal ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.

  5. Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru se ssir Pasta night fil-Euroclub Hotel ħdejn il-pool.  Nistedinkom biex tieħdu sehem f’lejla sabiħa fejn se jkollna live music, 4 kwalitajiet ta’ għaġin u ambjent rilassanti.  Tistgħu tkellmu lili jew l-uffiċċju Parrokkjali sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru.  Hekk tkunu qed tgħinu wkoll lil Parroċċa fl-ispejjeż li jkollna.

  6. Bħalma diġa avżajna nhar il-Ħadd li għadda, mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru l-quddies tat-8.15 am matul il-ġimgħa u tal-11 am nhar ta’ Ħadd mhux se jibqgħu isiru. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddies se jkunu 6.15 am -7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am- 9.30 am – 6.30 pm. Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru fil- quddiesa tat- 8.15 am se navżawhom meta se jsiru.

  7. Nitolbu għal ruħ Rose Sammut li mietet matul din il-ġimgħa . Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Settembru 2023

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix ġurnata tal-obbligu tal-quddies, inħeġġu lil kulħadd biex inqaddsu dan il-Jum bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.
  3. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Se jkollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil kappillan jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  4. Din il-gimgħa kellna aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari. Kellna donazzjoni ta’ $300, 1 ta’ €250, 3 ta’ €100, 1 ta’ €70, 5 ta’ €50, 3 ta’ €20, 2 ta’ €10.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €6,855.  Prosit u grazzi mill-qalb.  Ftit ieħor u naslu!
  5. Nitolbu għar-ruħ Gina Mifsud u JosephScicluna li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta dejjem. 

AVVIŻ MILL-KAPPILLAN:

  1. Huwa dover tagħna bħala Kappillan u Saċerdoti, li nagħtu servizz lilkom, għeziez Parruċċani, mill-aħjar li nistgħu.  U ibqgħu ċerti li  kull wieħed minna, dan jagħmlu bi mpenn u bil-ferħ.  Izda dejjem irridu nżommu f’moħħna li ċ-ċirkostanzi u l-impenji mhux dejjem jagħtuna l-possibilita’ li nagħmlu kemm nixtiequ.

Iċ-ċirkostanzi fil-preżent huma dawn:

  1. Dun Ġużepp illum huwa raġel kbir u għalkemm għad għandu rieda qawwija li jservi lil Parroċċa, imma saħħtu mhix tippermettilu.  Għaldaqstant, filwaqt li kull meta jkun jixtieq u jista’, aħna nilqgħuh bil-ferħ fil-Parroċċa tagħna, imma ma tkunx ħaġa ġusta miegħu li nibqgħu ngħabbuh bl-obbligu li jiġi jqaddes minħabba s-sitwazzjoni ta’ saħħtu.
  2. Is-saċerdoti l-oħra li għandna fil-Parroċċa jagħmlu kull ma jistgħu biex joffru servizz mill-qalb u mill-aħjar.  Izda lkoll għandhom impenji oħra fid-Djoċesi, impenji fil-Kurja, Tribunal tal-Knisja, Tagħlim ġewwa l-Universita’ ta’ Malta u tant oħrajn.  Dan jillimita mħux ħazin il-ħin li jistgħu jinvestu fil-Parroċċa.  Minn qalbi ngħidilhom grazzi li dejjem għamlu kull ma setgħu u kienu ta’ bastun għalija.
  3. Jiena bħala Kappillan, għalkemm qiegħed full time fil-Parroċċa, imma għandi wkoll impenji li jridu jsiru: Uffiċċju Parrokkjali, counselling, tqarbin u qrar tal-morda, funerali (li mhumiex ftit) u sagramenti oħra, maintenance, involviment fil-Fondazzjoni RISe u fil-Mission Fund, Kummissjoni Eżorċisti eċċ.
  4. Fid-dawl ta’ dan kollu, aħna tkellimna u wasalna għal deċiżjoni li titnaqqas quddiesa waħda matul il-ġimgħa u waħda il-Ħadd.  

Għalhekk il-ħin tal-quddies sa mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru se jkun hekk:

Matul il-ġimgħa: 6.15 am, 7.15 am u 6.30 pm

Il-Ħadd u Festi: 6.30 am, 8.00 am, 9.30 am u 6.30 pm.

Il-Funerali se jibqgħu isiru f’quddiesa filgħodu apparti jew wara nofs in-nhar.

Naf li din id-deċiżjoni tista’ tolqot ħażin lil xi wħud, imma nitolbukom biex tifhmu li aħna nixtiequ nagħmlu dak kollu li hu possibli li nagħmlu għalikom u li dan mhux qed isir biex inkunu komdi aħna, imma għax iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk. Minn qalbi ngħidilkom grazzi u nwegħdkom li se nkomplu naħdmu kemm nifilħu għal ġid tal-komunita’ Parrokkjali tagħna.

 

Avviżi – Il-Ħadd 27 t’Awwissu 2023

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta huwa l-44 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni. Għalhekk ser issir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin fis-7 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx.  Dak in-nhar se jiġu inawgurati wkoll opri ġodda fil-Każin. Wara jkun hemm ukoll reception.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali b’risq il-parroċċa.
  4. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel, il-Qawra, nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru. Se jkollna t-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil Kappillan jew jiġu fl-uffiċċju parrokkjali. Aktar dettalji fin-notice board tal-knisja.
  5. Din il-gimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna 1 ta’ €250,  2 ta’ €200, 2 ta’ €20,  1 ta’ €10.  Is-somma li nġabret sa issa hija ta’ €5,505.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd. Ejjew nagħmlu l-aħħar sforz biex inkopru l-ispejjeż ta’ dan il-proġett delikat u bżonnjuż biex nippreservaw bl-aħjar mod ix-xbieha tant għażiħa ta’ Marija Immakulata.
  6. Minn Settembru li ġej se jkollna tibdil fil-Museum tal-bniet . Is-Superjura Odette Scerri u s-Soċja Caroline Dye mhux se jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fil-qasam tal-Ħamrun imma ġew imsejjħa sabiex jagħtu servizz post ieżor. Għaldaqstant qed nistieden lilkom u speċjalment lit-tfal li jattendu l-Museum tal-bniet sabiex nhar il-Ħadd li ġej 3 ta’ Settembru ningħaqdu flimkien għall-quddiesa tad-9.30 am biex ngħidlulhom grazzi għall-ħidma li huma wettqu fil-qasam tagħna. Fl-istess waqt nawguraw u nagħtu merħba lis-superjura ġdida Anna Briffa u lis-soċja Jospehine Cilia li issa se jibdew joffru s-servizz tagħhom fil-qasam tal-Museum tal-bniet tagħna. Niltaqgħu il-Ħadd 3 ta’ Settembru fid-9.30 am.
  7. Nitolbu għal ruħ Francesca Saveria Borg, Karmenu Calleja u George Tonna li mietu matul dawn il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
  8.  

Avviżi – Il-Ħadd 20 t’Awwissu 2023

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Se jkollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja.  Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil-kappillan jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Din il-ġimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna 3 ta’ €100,  3 ta’ €50, 2 ta’ €20,  6 ta’ €10 u waħda ta’ €5.  Is-somma li nġabret sa issa hija ta’ €4,905.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex ikollu sehem minn dan ix-xogħol bżonnjuż li qed isir fuq din ix-xbieha għażiża.
  1. F’għeluq l-44 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni, se ssir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin nhar id-29 ta’ Awwissu fis-7 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx.  Dak in-nhar se jiġu nawgurati wkoll opri ġodda fil-Każin. U wara jkun hemm ukoll reception.
  1. Nitolbu għal ruħ Ġużeppi Cascun  li miet matul din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. 
  1.  

 

 

Avviżi – Il-Ħadd 13 t’Awwissu 2023

Id-Dsatax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Illum qed tigi ċċelebrata l-festa ta’ San Gejtanu. Nawguraw minn qalbna li din il-festa tħalli ġid spiritwali fil-Parruċċani u l-Ħamruniżi kollha.  Bħala sinjal ta’ għaqda u kollaborazzjoni, il-Parroċċa tagħna se toffri bukkett lil San Gejtan waqt il-Purċissjoni.  Għalhekk qiegħed nistieden lil dawk kollha li se jkunu preżenti għall-festa ta’ San Gejtanu u oħrajn li jixtiequ jingħaqdu magħna, biex ghas-7.30 pm niltaqgħu ilkoll ħdejn il-Bank of Valletta biex f’isem il-Parruċċani kollha noffru l-bukkett lil vara ta’ San Gejtanu.
  2. Nhar It-Tlieta  hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies.  Il-Quddiesa tat-Tnejn filghaxija u l-gurnata tat-Tlieta jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
  3. Nhar l-Erbgħa jaħbat is-60 anniversarju minn meta nfetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.
  4. Infakkar lil kulhadd li fil-Parroċċa tagħna, biswit il-Knisja, għandna l-Kappella li fiha Ġesu’ Ewkaristija huwa espost il-ħin kollu.  Tkun miftuħa il-ġurnata kollha.  Għalhekk inħeġġiġkom biex tidħlu tagħmlu żjara, anki jekk ta’ ftit hin, lil Ġesu’ fl-Ewkaristija.   Ħeġġu anki lit-tfal li jkunu magħkom sabiex tidħol fihom id-drawwa sabiħa li jsellmu lil Ġesu’ fl-Ewkaristija ftit kuljum.  Inutli li noqgħodu nilmintaw li spiċċa kollox jekk aħna ma nagħmlux ħilitna sabiex inrawwmu fit-tfal, imħabba lejn Ġesu’.
  5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Din il-ġimgha komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna.  Kellna 3 donazzjonijiet ta’ €100, waħda ta’ €70, 5 ta’ €50, waħda ta’ €40, waħda ta’ €30, waħda ta’ €20 u waħda ta’ €5.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd.  Ninsabu nofs triq bil-għajnuna ta’ kulħadd. Inġabret is-somma ta’ €4310.
  7. Nitolbu ghal ruħ Alfred Francica u li miet din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 6 t’Awwissu 2023

It-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Din il-ġimgha komplew jidħlu donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara Titulari tagħna. Kellna donazzjoni ta’ €500, 2 donazzjonijiet ta’ €100, 4 donazzjonijiet ta’ €50, donazzjoni ta’ €40 u 3 donazzjonijiet ta’ €20.  Sa issa nġabret is-somma ta’ €3535.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd u nħeġġeġ sabiex inkomplu nagħtu mill-aħjar li nistgħu sabiex lejn il-festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Diċembru li ġej, nilqgħu lura fostna il-Madonna fil-Parroċċa tagħna.
  3. Nitolbu għal ruħ Joseph Hili, Eugenio Agius, Teresa Micallef li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2023

Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk  ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, ‘il fuq minn 100 żgħażugħ mill-Parroċċa tagħna marru ġewwa l-Portugal għal laqgħa taż-żgħażagħ mal-Papa Franġisku.  Nitolbu għalihom biex din il-laqgħa ma tkunx biss avventura, imma tħalli l-frott gewwa fihom.  Jalla l-preżenza tagħhom hemmhekk tati tama lil Knisja u jekk il-Mulej qed isejjaħ lil xi ħadd minnhom għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża, ma jibżgħux jgħidulu iva.
  3. Din il-ġimgħa komplew jidħlu donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna donazzjoni ta’ €500, 2 ta’ €100, u 2 ta’ €50. Sa issa nġabret is-somma ta’ €2485.  Grazzi mill-qalb u nħeġġeġ biex inkomplu nagħtu li nistgħu ħalli nkopru s-somma meħtieġa ta’  €9000.  Grazzi.
  4. Nitolbu għal ruħ Vincenza Fenech , Maria Preca u  Cetta Custo’  li mietu matul din il-gimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 23 ta’ Lulju 2023

Is-Sittax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Din il-ġimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara titulari. Kellna donazzjoni ta €300, 2 donazzjonijiet ta’ €100, 5 donazzjonijiet ta’ €50, donazzjoni ta’ €25, 2 donazzjonijiet ta’ € 20, u donazzjoni ta’ €10.  Sa issa ġbarna s-somma ta’ €1550.   Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ tagħkom u li qed tagħmlu possibbli r-restawr ta’ din l-opra tant għall-qalbna.
  3. Nitolbu għal ruħ Pio Gusman li miet matul din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2023

Il-Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Infakkar li nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Minkejja li bħalissa kulħadd ifittex ftit jiem ta’ mistrieħ, ejjew ma nħallux li l-mistrieħ itellifna milli niġu biex nitolbu u niċċelebraw l-Ewkaristija. U nfakkar biex kemm jista’ jkun niġu lebsin b’mod li jixraq lid-Dar ta’ Alla. Dan jgħodd kemm għall-Knisja u kemm għall-Uffiċċju Parrokkjali.
  3. Bdew deħlin xi donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara titulari tagħna.
    Persuna li tat €100
    2 Persuni li taw €50
    Persuna li tat €5
    Grazzi lil kulħadd. Tafu li s-somma se tiġi madwar €9000 biex nippreservaw bl-aħjar mod din l-opra tant għażiża għalina.