Avviżi – Il-Ħadd 29 t’Ottubru 2023

It-Tletin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta 31 t’Ottubru, se ssir il-festa tal-qaddisin kollha flimkien mat-tfal. Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu libsin ta’ xi qaddis partikolari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabiħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll.  It-tfal jistgħu ukoll iġibu xi statwa żgħira ta’ xi qaddis li jħobbu. Għalhekk ir-rużarju ikun fil-5.30 pm u l-quddiesa tkun fis-6.00 pm.

  2. Nhar l-Erbgħa hija l-festa tal-qaddisin kollha. Tajjeb li dak inhar inqaddsu l-jum bis-smiegħ tal-quddies.

  3. Nhar il-Ħamis  2 ta’ Novembru  ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: Fis-6.15; 6.45; 7.15; u fit-8.00 am Filgħaxija jkollna  rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa  offruta għall-erwieħ tal-parruċċani li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra. Niftakru fid-dover tagħna li nitolbu għal dawk li ħallewna.

  4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  5. Nhar il-Ħadd se tiġi ċċelebrata l-Griżma ta’ l-Isqof lil grupp ta’ addoloxenti mill-parroċċa fil-quddiesa tad-9.30 am.  Iċ-ċelebrazzjoni se ssir mill-Isqof Mons. Joe Galea Curmi. Inżommuhom fit-talb tagħna.

  6. Nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru se ssir il-festa ta’ San Martin. Dakinhar nistiednu lit-tfal kollha biex jingħaqdu magħna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tas-6.30 pm li se tkun animata għalihom.  Se jkollna mistieden speċjali.  Wara se nagħmlu korteo flimkien sa Pjazza Kappillan Muscat fejn tingħata ikel, drink u wkoll xi ħaġa ta’ San Martin lit-tfal. 

  7. Matul dawn il-ġranet helpers tagħna qed jiġbru preserve għall-bazaar li se jsir f’Novembru b’riżq il-Parroċċa. Nitlob il-kollaborazzjoni ta’ kulħadd u grazzi ta’ kull għajnuna.

  8. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.

  9. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: limhalleftalpresepji@gmail.com.  Inkella kellmu lili personalment.

  10. Bħalissa l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom. Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.   Nitlobkom ixxerrdu il-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parrocca.

  11. Nitolbu għal ruħ Angela Borg u Ġuża Grasso li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.