Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2024

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta, festa pubblika ta’ San Ġużepp, se nagħmlu ħin ta’ irtir għal kulħadd. Stedina speċjali għal- lajċi mpenjati tal-Parroċċa. Niltaqgħu fl-4.00 pm fil-Katekumenju fejn se nibdew b’mument ta’ talb, kelmtejn minn Mons. Hector Scerri u nagħlqu bil-quddiesa li għaliha nistieden lil dawk li jisimhom għal San Ġużepp. Dak in-nhar il-quddiesa ta’ filgħaxija ma ssirx fil-Knisja imma fil-Katekumenju stess.

  2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani fid-8.45 am. il-laqgħa ser isir fiċ-ċentru ta’ l-irġiel.

  3. Nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu fis-6:00 pm ser issir ċelebrazzjoni penitenzjali bil-Qrar immexxija mill-Mixja Neokatekumenali. Dak in-nhar ma jkunx hemm Quddiesa tas-6:30 pm. Il-Qrar jibqa’ anki wara s-7:00 pm għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jkunu xogħol.

  4.  Dakinhar ukoll fis-7:30 pm: tiftaħ il-wirja ta’ vari fil-librerija u oħra bi platti tal-melħ u l-għaġin fis-sala Dun Manwel, imtellgħa mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun. Biex jiftaħ din il-wirja se jkun hawn magħna l-Isqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP. Għalhekk nilqgħuh bil-ferħ fostna. Il-wirja se tibqa miftuħa sal-Ġimgħa I-Kbira filgħodu. 

  5. Nhar il-Ġimgħa festa għażiża tad-Duluri. Quddies: 6:15 am, 7:15 am, fid-9 am bis-sehem tat-tfal ta’ l-iskola ; fl-12:00 pm (għaliha mistednin speċjalment dawk li jaħdmu fl-akkwata tal-Parroċċa tagħna) u fil-5:30 pm. Ikun hemm quddiesa oħra wara l-Purċissjoni. Il-Purċissjoni tgħaddi mit-toroq: Manwel Magri, Joe Sciberras, Alexander, Nuzzo, Duluri, Fatati, Kapp. Muscat, Kapp. Mifsud.

  6. Nhar Il-Ħadd festa ta’ Ħadd il-Palm fid-9.00 am isir ir-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu. Għalhekk niltaqgħu hemm u mhux fil-Knisja, biex niġu Purċissjoni sal-Knisja fejn niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm. Din hija l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, dak li preparajna ruħna għalih matul ir-Randan.
  7. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-22 u 29 ta’ Marzu. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ biex nitfgħu fiha l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma’ familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.

  8. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u f’Dar il-Wens, f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 1 t’April fis-6.30 pm.

  9. Nitolbu għal ruħ Salvu Buhagiar li miet matul din il-ġimħha. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.