Is-Sittax-il Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
-
L-awtoritajiet tas-saħħa javżaw lil kulħadd, imma speċjalment lil persuni anzjani u vulnerabbli biex jevitaw ix-xemx, jixorbu ta’ spiss u jieklu ikel ħafif. Navza wkoll biex fil-Knisja niġu lebsin kif jixraq fid-dar ta’ Alla. Għall-grazzja t’Alla fil-Knisja tagħna għandna l-arja kkundizjonata u għalhekk ma nħossx li għandi noqgħod nagħmel appelli dwar dan imma kulħadd għandu sens li jaf jadatta l-ilbies tiegħu għal post li nkunu fih.
-
3. Inħeġġeġ ukoll lil dawk kollħa li jħossu li jistgħu jagħtu servizz lill-Parroċċa, biex ma jiddejqux ikellmuni. Min jaqra, min iqarben lill-morda, min jingħaqad mall-Kor Parrokkjali, Abbatini eċċ.. Il-Parroċċa hija l-komunita’ tagħna fejn kulħadd juża d-doni li taħ il-Mulej għall-ġid ta’ kulħadd.