Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa tas-6.30 filgħaxija.
Nhar l-Erbgħa filgħodu fid-9 am se jiġi organizzat coffee morning fis-sala fuq. Biljetti mingħand il-helpers.
Nhar l-Erbgħa li ġej se ssir Adorazzoni minni u s-sur Edward Spiteri fid-9.00 pm. Nistedinnkom biex tiġu u nqattgħu ftit ħin mal-Mulej.
Se jsir kors għal kulħadd, imma l-aktar għal dawk li jagħtu servizz bħala animaturi u letturi waqt il-quddiesa u okkażjonijiet oħra. Dan se jsir b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani. Se jibda jkun kull nħar ta’ Ġimgħa fi Frar (7, 14, 21, 28). Ħin fis-6.30 pm. Il-kors se jsir minn Fr. Anton Farrugia OFM.
Bħas-sena l-oħra, se jerġa’ jsir kors fil-pittura bil-melħ. Ix-xogħlijiet imbagħad se jiġu esebiti fi-ġimgħa mqaddsa fis-sala Dun Manwel. Dawk li huma nteressati, jistgħu jiġbru formola mis-sagristija biex japplikaw. Dawk li għamlu l-kors is-sena l-oħra kienu sodisfatti ħafna bix-xogħol u l-esibizzjoni li saru. Il-kors se jingħata minn Bro. Charles Azzopardi Kapuċċin li għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam. Il-kors se jibda’ fl-24 ta’ Frar mill-5.00 pm sas-6.00 pm.
Fis-6 ta’ April se jsir ukoll il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Knisja tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu seħem fil-pellegrinaġġ, jistgħu ukoll jieħdu formola mis-sagristija. Inħeġġiġkom biex din l-okkazjoni nagħmluha esperjenza sabiħa għalina lkoll billi, mhux biss napprezzaw imma wkoll nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ.
Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, fil-15 ta’ Gunju li ġej għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra. Ma nħallux għal aħħar.
Inħeġġeġ ukoll lill- ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna fid-9 ta’ Novembru li ġej, biex jiġu jirreġistraw lil uliedhom. Għar-reġistrazzjoni għandhom bżonn iġibu magħhom: ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna), ċertifikat tat-twelid il-kbir u permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom. Possibilment jiġu ż-żewġ ġenituri flimkien biex jiffirmaw il-formola. Infakkar li jien inkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn mid-9 am il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm il quddiem.
Nitolbu għal ruħ Pauline Borg li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am. Il-Kelliema se tkun is-sinjura Bernardette Briffa delegat tal-Caritas.
Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa tas-6.30 filgħaxija.
Nhar il-Ġimgħa ser isir ftira night fis-sala parrokkjali fis-7 pm . Biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.
Bħas-sena l-oħra, se jerġa’ jsir kors fil-pittura bil-melħ. Ix-xogħlijiet imbagħad se jiġu esebiti fil-ġimgħa mqaddsa fis-sala Dun Manwel. Dawk li huma nteressati, jistgħu jiġbru formola mis-sagristija biex japplikaw. Dawk li għamlu l-kors is-sena l-oħra kienu sodisfatti ħafna bix-xogħol u l-esibizzjoni li saret; Il-kors se jingħata minn Bro. Charles Azzopardi Kapuċċin li għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam.
Fis-6 ta’ April se jsir ukoll il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Knisja tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu seħem fil-pellegrinaġġ, jistgħu ukoll jieħdu formola mis-sagristija. Inħeġġiġkom biex din l-okkażjoni nagħmluha esperjenza sabiħa għalina lkoll billi, mhux biss napprezzaw imma wkoll nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ.
Inħeġġeġ lil ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna fid-9 ta’ Novembru li ġej, biex jiġu jirreġistraw lil uliedhom. Għar-reġistrazzjoni għandhom bzonn iġibu magħhom: ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna), ċertifikat tat-twelid il-kbir u permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom. Possibilment jiġu z-zewġ ġenituri flimkien biex jiffirmaw il-formola. Infakkar li jien inkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn mid-9 am il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm il quddiem.
Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa ta’ filgħaxija.
Illejla se jsir il-Ġublew tat-tfal. It-tfal kollha huma mħeġġin jiltaqgħu ma Mons. Arċisqof fil-5.00 pm fil-Bażilika ta’ Santa Marija, il-Mosta għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Epifanija. Imbagħad issir mixja lejn il-kappella tal-Madonna tal-Isperanza flimkien mas-Slaten Maġi u hemmhekk issir ċelebrazzjoni żgħira u għeluq.
Nitolbu għal ruħ Ġużeppi Portelli, Rita Gauci, Gejtu Azzopardi u Robert Spiteri. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar it-Tlieta l-quddiesa tas-6.30 pm se tkun bit-Te Deum (innu ta’ tifħir lill-Mulej) bħala ringrazzjament lil Alla. Imbagħad, nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa biex issir adorazzjoni fis-skiet. Fl-10.00 pm ikollna adorazzjoni animata u fil-11.15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.
Nhar l-Erbgħa l-Ewwel tas-sena il-quddies ikun bħal tal-Ħadd u nfakkrukom li l-ġabra se tmur kollha għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Dakinhar huwa wkoll il-57 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.
Nitolbu għal ruħ Maria Farrugia li mietet matul din il-ġimgħa . Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar it-Tlieta huwa lejliet il-Milied. Fis-6.00 pm is-superjuri tal-MUSEUM jistiednu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom għall-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja tagħna fejn fis-7.15 pm, imbagħad jittella’ programm żgħir ta’ kant u poeżiji.
Imbagħad fil-10.45 pm tibda’ l-Velja a u f’nofs il-lejl il-quddiesa tal-Milied. Għall-Velja se jkollna kant ta’ għanjiet tal-Milied mill-Kor tal-Parroċċa, u tfal tal-Mixja Neokatekumenali, u priedka tat-tifel. Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin.
Nhar l-Erbgħa Jum il-Milied il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.
Nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.00 am bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
Infakkar li l-ġbir ta’ nhar l-Ewwel tas-sena se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Hija dar li verament jixraqilha l-Isem tagħha għaliex fiha tidher il-providenza, frott il-ġenerożita’ tal-Maltin.
Infakkar ukoll li nhar l-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru, l-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna, flimkien mal-Grupp Armar, se jżuru lit-tfal li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei. Huma tfal li ma setgħux jgħaddu l-Milied fil-familja tagħhom. Inferrħuhom u nuruhom imħabba f’dan il-mument diffiċli għalihom u għall-familji taghhom. Se nżuru Rainbow ward, Fairyland, Disneyland u Wonderland. Bħalissa hemm 35 tifel u tifla bil-marda kiefra tal-kanċer. B’kollox irridu madwar 60 rigal. Min jixtieq iġib xi rigali għat-tfal, jista’ jagħmel dan sas-26 ta’ Diċembru. Grazzi lil dawk kollha li diġa’ għamlu l-għotja tagħhom.
. Fl-1 ta’ Jannar huwa wkoll il-57 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.
Nitolbu għal ruħ Anthony Zammit, Clifford Navarro, Christine Debattista, Carmel Scerri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar is-Sibt ir-Raba’ Ħadd tal-avvent fis-5.45 pm rużarju u fis-6.10 pm nitolbu bis-Salmi.
Kif qed taraw, matul il-ġranet ta’ l-avvent poġġejna qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn. U bħalma sar is-sena l-oħra qegħdin jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna , flimkien mal-Grupp Armar u l-Parroċċa ngħataw permess mill-Ministeru biex iferrħu lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
Infakkarkom ukoll biex l-envelopes bl-offerta tal-istrina għall-Knisja ġġibuhom il-Knisja jew tibgħatuhom ma xi ħadd tal-fiduċja tagħkom. Jistgħu jinġabru wkoll mid-djar taghkom minn persuna imqabbda minni. Grazzi għal kull għajnuna li dejjem tagħtu.
Wasal Kliem il-Hajja , nitolbu dawk li soltu jqassmuh jiġu għalih fil -ħinijiet tal-uffiċċju filgħodu.
Nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru fid-9.00 am se ssir quddiesa bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ, jistgħu jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.
. Infakkarkom ukoll biex lejliet il-Milied, tieħdu sehem, flimkien mat-tfal tagħkom għad-dimostrazzjoni bil-Bambin organizzata mill-membri tal-Museum. Din tibda’ fis-6.00 pm, iddur ma diversi toroq u din is-sena tispiċċa hawnhekk fil-Knisja tagħna fejn isir programm qasir. Imbagħad fil-10.45 pm tibda’ l-velja fil-Knisja bis-sehem tat-tfal u l-Kor Parrokkjali tagħna u f’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Ma nistgħux niċċelebraw Milied mingħajr il-Bambin Ġesu’.
Nitolbu għal ruħ Carlo De Dono u Josephine Zahra li mietu matul dawn il ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
1. Nhar l-Erbgħa li ġej se jkollna Adorazzjoni oħra imexxija mis-Sur Edward Spiteri u l-Kappillan. Din tibda’ fid-9.00 pm sal-10.00 pm. Ikun mument sabiħ ħafna, f’intimita’ ma’ Ġesu’.
Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
Matul il-ġranet ta’ l-avvent se jkun hemm qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn. Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna , flimkien mal-Grupp Armar u l-Parrocca nghataw permess mill-Ministeru biex iferrħu lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
Nhar is-Sibt it-Tielet Ħadd tal-avvent fis-5.45 pm rużarju u fis-6.10 pm nitolbu bis-Salmi.
Is-Sibt ukoll il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun bis-sehem tat-tfal li fiha se nagħmlu il-mixegħla tad-dawl tal-Milied fil-Knisja. Nistieden it-tfal kollha biex jiġu biex nibdew issa nidħlu fl-ispirtu tal-Milied. Se jingħataw ukoll tifkira.
Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal. Għalhekk fil-16 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom barra mill-Ħamrun. Fit -18 ta’ Diċembru jqassam ir-rigali fil-Ħamrun. Min jixtieq jista’ jġib ir-rigali fil-workshop ta’ wara l-Knisja bejn il-5 u t-12 ta’ Diċembru bejn il-6.00 pm – 7.30 pm u Sibtijiet u Ħdud filgħodu bejn id-9.30 am u 11.00 am . Nhar it-8 ta’ Diċembru ma jkunux miftuħin.
Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.
Illejla, ser ikollna okkażjoni sabiħa li għaliha mistednin ilkoll. Se niċċelebraw il-quddiesa fis-6.00 pm (u mhux fis-6.30 pm). Imbagħad ikollna il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, il-mixgħela tal-koppla u nkomplu b’kunċert ta’ innijiet Marjani mill-Banda tagħna u mill-Kor Parrokkjali, flimkien mal-1st Hamrun Scout Group. Wara dan ilkoll mistednin għall-bibita flimkien quddiem il-Knisja jew fis-sala jekk ikun maltemp.
Minn nhar l-Erbgħa jibda tlett ijiem tridu tal-Festa liturġika tal-Kunċizzjoni. Għalhekk nhar l-Erbgħa fid-9.00 am se jkun hemm quddiesa għall-anzjani. Wara jkun hemm bibita fis-sala Dun Manwel. Filgħaxija fis 6.00 pm rużarju meditat u litanija kantata . Fis -6.30 pm quddiesa animata mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali bi ħsieb minn P. Alfred Scerri OFM Cap.
Nhar il-Ħamisfis-6.00 pm rużarju meditat u Litanija kantata. Fis-6:30pm quddiesa bi ħsieb minn P. Alfred Scerri OFM Cap.
Nhar il-Ġimgħa9:00 am: Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna bis-sehem tat-tfal tal-iskejjel tal-Ħamrun. Tluq mill-Iskola Primarja ta’ Triq l-Iskola (wara l-Għassa). Ngħaddu minn Triq Maitland, Pawlu Burlò, Kunċizzjoni, Manwel Magri sal-Knisja Parrokkjali. 9:30am: Quddiesa fil-Knisja animata mill-istudenti tal-Liceo. 6:00pm: Rużarju meditat u Litanija kantata. 6:30pm: Quddiesa bi ħsieb minn P. Alfred Scerri OFM Cap.
Nhar is-Sibt LEJLET IL-FESTA 6:15 pm: Translazzjoni Solenni tar-relikwija fil-Knisja u kant tal-Antifona. 6:30 pm: Quddiesa ċċelebrata minn Patri Ugolin Scerri OFM Conv. bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. 7:30 pm: Velja ta’ Talb quddiem ix-xbieha tal-Madonna bi trasmissjoni diretta fuq Xejk TV.
Nhar Il-Ħadd JUM IL-KUNĊIZZJONI fid- 9:30 am: Quddiesa bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali u Ċivili fil-Ħamrun. Fl-10:30 am: Preżentazzjoni ta’ kuruna ta’ ward lill-Madonna ta’ fuq il-Knisja, li se tittella’ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fl-10:45am: Parata mill-Iscouts tal-Ħamrun sal-Pjazza Kappillan Muscat. Talb quddiem l-istatwa tal-Madonna fi Pjazza Kappillan Muscat. Tqegħid ta’ kuruni mill-Għaqdiet Reliġjużi, il-Kunsill Lokali u l-Għaqdiet Soċjali fil-Ħamrun. Wara bibita għal kulħadd mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Fis– 6:00pm: Rużarju meditat u Litanija kantata. 6:30pm: Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali mmexxija mill-Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex Mons. Joseph Sultana. Wara l-Antifona u l-bews tar-relikwija. Jkun hemm bibita għal kulħadd quddiem il-knisja.
Matul dawn il-ġranet qed jitqassam fid-djar fuljett bil-programm tal-festa Liturġika tal-Kuncizzjoni u tal-Milied. Flimkien mal-fuljett se jitqassam l-envelope ta’ l-istrina . Nitlobkom biex tħarsu lejhom biex tkunu tistgħu tieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet kemm fil-Knisja u kemm okkażjonijiet oħra. Grazzi mill-qalb ta’ kull għajnuna. Mingħajr l-għajnuna tagħkom ma nistgħux nagħmlu dak li qegħdin nagħmlu
Matul il-ġranet ta’ l-avvent se jkun hemm qfief apposta biex nigbru ikel u affarijiet ohra ta’ tindif biex intuhom lill-familji fil-bżonn. Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Muzikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
Illum il-Ħadd se tiġi iċċelebrata il-festa liturġika ta’ Kristu Re fil-knisja ta’ Raħal il-Ġdid. Fil-5 pm ċelebrazzjoni tat-Tieni għasar u wara ssir riflessjoni minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna. Wara ikun hemm quddiesa fis-6.30 pm.
Nhar l-Erbgħa jkun hemm il-laqgħa ta’ l-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.
Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa tas-6.30 pm, ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika.
Issa x-xoghol fil-koppla jinsab lest. Għalhekk nhar Il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru ser ikollna okkażjoni sabiħa li għaliha mistednin ilkoll. Se niċċelebraw il-quddiesa fis-6.00 pm (u mhux fis-6.30 pm). Imbagħad ikollna il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, il-mixegħla tal-koppla u nkomplu b’kunċert ta’ innijiet Marjani mill-Banda tagħna u mill-Kor Parrokkjali, flimkien mal-1st Hamrun Scout Group. Wara dan ilkoll mistednin għal bibita flimkien quddiem il-Knisja jew fis-sala jekk ikun maltemp.
Matul dawn il-ġranet se jitqassam fid-djar fuljett bil-programm tal-festa Liturġika tal-Kunċizzjoni u tal-Milied. Flimkien mal- fuljett se jitqassam l-envelope ta’ l-istrina għalhekk nitolbu lid-distributuri li jqassmu l-fuljett biex jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn , l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu. Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu. Grazzi mill-qalb.
Bhalissa fid-djar qed jitqassam il-programm tal-festa liturġika ta’ Marija Immakulata. Nitlobkom biex tħarsu lejhom biex tkunu tistgħu tieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet kemm fil-Knisja u kemm okkażjonijiet oħra. Qed jitqassam ukoll l-envelope għall-istrina tal-Knisja. L-Offerti tagħkom tistgħu iġġibuhom fil-Knisja jew tibgħatuhom ma xi persuna tal-fiduċja tagħkom jew jinġabru mid-dar stess. U grazzi mill-qalb ta’ kull għajnuna. Mingħajr l-għajnuna tagħkom ma nistgħux nagħmlu dak li qegħdin nagħmlu.
Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja. Bħalissa qed induru wkoll il-ħsara li għandna f’4 AC’s biex inkunu preparati għas-sajf li ġej.
Nitolbu għal ruħ Carmen Cachia u Sylvia Bonnici li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-booking għall-quddies għar-ruħ il-mejtin fil-ktieb tas-sena d-dieħla, se jibda minn għada t-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 9 sa nofsinha, u bejn l-4.00 sas-6.30 pm. Infakkru li kull nhar ta’ Tlieta, Ħamis u Sibt ma naċċettawx booking għall-quddies. Min ikun irid quddiesa f’dawn l-ġranet, jista’ jiftiehem mas-saċerdot li jkun se jqaddes. Importantili ġġibu bil-miktub għal min tridu l-quddies, id-data u f’liema quddiesa.
Iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganiżza ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani nhar l-Erbgħa. Se mmorru għand il-Patrijiet Kapuċċini l-Kalkara u niċċelebraw quddiesa għall-erwieħ ta’ qrabatna u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien. Biljetti u aktar tagħrif mingħand il-helpers. Tluq minn fejn il-knisja fid-8.45 am.
Nhar l-Erbgħa l-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għas-saċerdoti u reliġjużi li ħadmu fil-parroċċa tagħna kif ukoll għall-erwieħ tal-parruċċani li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra. Niftakru fid-dover tagħna li nitolbu għal dawk li ħallewna u dawk li ħadmu fil-parroċċa tagħna.
Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa tas-6.30 pm, ikun hawn l-Adorazzjoni
Nhar il-Ħamis 21 ta’ Novembru u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2024 fis-6 p.m.ser isir l-Assemblea Djoċesana fis-sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), B’Kara. Hemmhekk l-Arċisqof jiltaqgħa ma’ rapreżentanti ta’ oqsma differenti fil-knisja f’Malta. Nitolbu biex l-Assemblea Djoċesana tħalli ħafna frott fil-ħidma pastorali tal-knisja.
Nixtiequ navżaw li nhar Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, ser issir il-mixgħela tal-Koppla. Ikun ukoll il-bidu tal-festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-quddiesa tkun fis-6.00 pm (u mhux fis-6.30 pm). Imbagħad ikollna il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, il-mixegħla tal-koppla u kunċert ta’ innijiet Marjani mill-Banda tagħna u mill-Kor Parrokkjali. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien.
Nhar il-Ħadd se tiġi ċċelebrata il-festa liturġika ta’ Kristu Re fil-knisja ta’ Raħal il- Ġdid. Fil-5 pm ċelebrazzjoni tat-Tieni għasar u wara issir riflessjoni minn Mons Arċisqof Charles Scicluna. Wara ikun hemm quddiesa fis-6.30 pm
Nhar is-Sibt u l-Ħadd ser isir il-ġabra għall-iskejjel tal-knisja.