Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2023

Il-Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa  se ssir ħarġa bil-quddiesa għaċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq. Nitilqu fid-9 am minn fejn il-knisja. Wara nibqgħu sejrin nieħdu xi ħaġa flimkien.  Biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali. 

  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni

  3. Minn nhar il-Ġimgħa 10 sal-Ħadd 19 ta’ Novembru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Ikun miftuħ bejn 7:45 am -11 am u 5:30 pm  – 7:00 pm.

  4. Nhar is-Sibt se ssir il-festa ta’ San Martin Isqof ta’ Tours . Dakinhar nistiednu lit-tfal kollha biex jingħaqdu magħna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tas-6:30 pm li se tkun animata għalihom.  Se jkollna mistieden speċjali.  Wara se mmorru flimkien sa Pjazza Kappillan Muscat fejn jingħata ikel u drink u wkoll xi ħaġa ta’ San Martin lit-tfal. 

  5. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru ser isir ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  6. Wara l-laqgħa li saret dwar is-saħħa mentali minn Dr.Vella Baldacchino, li fiha saħaq ħafna biex nagħmlu okkażjonijiet soċjali sabiex ngħinu lilna nfusna mentalment, il-Parroċċa flimkien ma’ l-Għaqda mużikali Marija Immakulata, qed torganizza passiġġata il-Ħadd 12 ta’ Novembru. Niltaqgħu fit-3:00 pm ħdejn il-Każin u nitilqu minn hemm. Kif naslu lura nieħdu ftit te’ / café flimkien. Din tkun siegħa kollox u tkun okkażjoni biex nitkellmu, nimxu u nneħħu t-tensjoni.  Kif qal Dr. Vella Baldacchino, huma affarijiet żgħar li jgħinu ħafna.

  7. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.

  8. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: limhalleftalpresepji@gmail.com.  Inkella kellmu lili personalment.

  9. Bħalissa l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom. Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.   Nitlobkom ixxerrdu il-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parrocca.

  10. Nitolbu għal ruħ Maria Assunta Grima li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.