Avviżi – Il-Ħadd 22 t’Ottubru 2023

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoi wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Se jsir seminar bi preparazzjoni għall-Griżma tal-Isqof li se ssir fil-5 ta’ Novembru li ġej. Is-seminar se jkun il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru fl-iskola St. Michael, Sta. Venera.  Is-seminar se jibda’ fis-6:30 pm u għalih huma mistiedna jattendu tfal, ġenituri u parrini.  Min għadu ma rreġistrax lit-tfal għall-Griżma għandu jiġi fl-uffiċċju Parrokkjali t-Tnejn mid-9:00 am ‘l quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘l quddiem.

  3. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru, se ssir il-festa tal-Qaddisin kollha flimkien mat-tfal.  Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu lebsin ta’ xi qaddis partikulari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabieħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll.  Il-quddiesa tkun fis-6:00 pm.

  4. Mix-xahar ta’ Novembru kull nhar ta’ Sibt filgħaxija se nkunu qed nibdew nagħmlu quddiesa għall-familji.  F’din il-quddiesa, it-tfal se jidħlu fis-sala Dun Manwel, fejn se ssir attivita’ apposta għalihom.  Imbagħad jingħaqdu magħna għall-kumplament tal-quddiesa, Nirringrazzja lil dawk li lesti jagħtu servizz mat-tfal waqt din il-quddiesa biex dan ikun mument li jappella aktar għat-tfal.

  5. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.

  6. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: limhalleftalpresepji@gmail.com.  Inkella kellmu lili personalment.

  7. Minn din il-ġimgħa, l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom.  Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.  Nitlobkom ixxerrdu l-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parroċċa.

  8. Nixtiequ navżaw li l-uffiċċju Parrokkjali għal nhar it-Tnejn li ġej biss mhux se jiftaħ.

Tags: No tags

Comments are closed.