1. Għada t-Tnejn peress li hi festa pubblika l-uffiċċju mhux se jkun miftuħ. Il-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.
3. Nhar Il-Ġimgħa se nagħmlu pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra. Bookings mill-uffiċċju sa nhar il Erbgħa li ġej. Nistednukom tingħaqdu magħna biex nieħdu gost flimkien u nkunu qed ngħinu fl-ispejjez tal-Parroċċa.
4. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30am ser isir it-tberik tat tfal u l basktijiet. Għalhekk qed nagħmel sejħa lit-tfal, żgħażagħ, LSE’s u għalliema biex tingħaqdu magħna.Wara, il-banda se takkumpanjana sa Pjazza Kappillan Muscat fejn ser ikun hemm attiivitajiet, ikel, logħob u divertiment għat -tfal u għal kulħadd organiżata mill-Għaqda Mużikali Imm. Kunc.
5. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Ottubru, il-Caritas qed torganizza quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum l-anzjani, fil-Knisja ta’ Raħal il-Ġdid. Se jiġi organizzat transport mill-Parroċċa fid-9.00 am minn quddiem il-knisja.
6. Is-Sibt 10 t’Ottubru, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun preżenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr. Vella Baldacchino.
7. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se se jibdew id-duttrina għall- preċett is-sena d-dieħla u li se jagħmlu l-Grizma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali.Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parrocca tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30pm u 5.45pm.
8. Nitolbu għal ruħ Josephine Ellul, Dolores Zerafa u Giovanni Farrugia li mietu matul dawn il -ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.