Avviżi – Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru 2026

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

Sena Liturġika A

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

1. Infakkrukom li matul Ottubru, kuljum, fis-6.00pm jintalab ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali qabel il-quddiesa.

2. Nhar l-Erbgħa 7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Noffru dan ix-xahar skont ix-xewqa tal-Papa biex nitolbu kuljum ir-rużarju u noffruh għall-Paci fid-dinja.

3. Nhar il-Ġimgħa se tiġi organizzata Pasta Night fil-pjazza mis-7.30pm ‘il quddiem mill-Grupp Armar. Se jkun hemm ukoll it tombla . Aktar dettalji fil-poster fin-noticeboard.

4. Nhar is-Sibt, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun prezenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr.Vella Baldacchino.

5. F’Novembru li ġej se jsir il-Bazaar tal-Parroċċa. Min għandu xi affarijiet li jistgħu jinbiegħu fil-Bazaar, nitlobkom iġġibuhom is-sagristija jew l-Uffiċċju Parrokkjali. U minn nhar it-Tnejn li ġej, il-helpers se jkunu qegħdin iduru d-djar biex jiġbru xi preserve. Grazzi tal-għajnuna li dejjem tajtuna.

6. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se se jibdew id-duttrina għall- preċett is-sena d-dieħla u li se jagħmlu l-Grizma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parrocca tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimġħa mill-4.30pm u 5.45pm .

Infakkrukom li l- Museum Subien u tal- Bniet se jibdew minn nhar it-Tnejn li ġej.

7. Nitolbu għal ruħ Giovanni Farrugia, Paul Bugeja, Cristino Attard, Joan Vella u Raymond Zammit li mietu matul dawn il ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.