1. Nhar il-Ħadd fil-quddiesa tad-9.30am ser ikollna magħna delegazzjoni minn Termini Imerese u minn Carpineto. Dawn se jiġu biex jieħdu sehem fil-festival taċ-ċikkulata b’ikel tradizzjonali tagħhom. Se jieħdu sehem magħna fil-quddiesa u janimaw il-quddiesa huma stess. Wara l-quddiesa se jagħmlu manifestazzjoni bil-bnadar quddiem il-Knisja Parrokkjali. Fil-quddiesa tad-9.30am wkoll se namministraw is-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof lil persuna adulta.
2. L-għaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni se tagħmel ikla fi Pjazza Kappillan Muscat sabiex nilqgħu lil ħbieb tagħna Taljani. Din se tkun il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru. Fis-7.00pm ikun hemm it-tombla u wara l-ikla. Biex tibbukkjaw ċemplu 99881876 jew 79000490.
3. Ser jsir Buffet Breakfast, nhar il-Erbgħa 21 ta’ Ottubru f’lukanda il-Qawra. Dawk interessati jibbukkjaw mill-uffiċċju Parrokkjali jew mingħand il-helpers.
4. F’Novembru li ġej se jsir il-Bazaar tal-Parroċċa. Min għandu xi affarijiet li jistgħu jinbiegħu fil-Bazaar, nitlobkom iġġibuhom is-sagristija jew l-Uffiċċju Parrokkjali.
5. Minn hawn u ftit ieħor se jibda’ jitqassam f’kull dar, il-programm tal-Parroċċa sa Diċembru. Nitlobkom biex izzommuh u tiffolowjaw dak kollu li jkun qed isir fil-Komunita’ tagħna. Fosthom hemm il-programm tal-festa liturġika ta’ Marija Immakulata u wkoll taz-zmien tal-Avvent u l-Milied. Mal-fuljett se jitqassam ukoll l-envelope għall-istrina tal-Parroċċa. Grazzi ta’ kull għajnuna li dejjem tajtuna.
6. Nhar il-Ħadd li ġej huwa JUM IL-MISSJONI u għalhekk il-ġbir imur kollu għall-bżonnijiet tal-Missjoni.