1. Illum il-Ħadd, fil-quddiesa tad-9.30am se nagħmlu ċelebrazzjoni li fiha se nbierku l-istudenti, għalliema, LSE’s, flimkien mal-basktijiet tal-iskola. Għalhekk nistiednu l-istudenti biex jingħaqdu magħna għal din iċ-ċelebrazzjoni. Wara l-quddiesa, il-banda tagħna se takkumpanjana sa Pjazza Kappillan Muscat fejn se jsir logħob, ikel u divertiment għal kulħadd. Se niċċelebraw ukoll is-47 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda tagħna. Għalħekk nifirħu lill-President, Kumitat u membri tal-Banda u nirringrazzjawhom għas-servizzi kollha li tagħti kemm fil-Parroċċa tagħna, kemm barra l-Parroċċa u kemm barra minn xtutna.
2. Nhar it-Tlieta, hija l-festa ta’ 3 Arkanġli: Mikiel, Gabriel u Rafel. Għalhekk se ssir ċelebrazzjoni biex nitolbu l-protezzjoni ta’ San Mikiel Arkanġlu. Fis-6.00pm nitolbu l-kuruna Anġelika, fis-6.30pm Quddiesa li fiha se nbierku l-ilma, ritratti u oġġetti li intom iġġibu magħkom u wara nagħtu l-barka Sagramentali.
3. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk minn nhar il-Ħamis 1 t’Ottubru, kuljum, fis-6.00pm jintalab ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali qabel il-quddiesa.
4. Infakkru lil dawk li ġejjin nhar il-Ħamis, għall-quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum l-anzjani, fil-Knisja ta’ Raħal il-Ġdid li nitilqu minn quddiem il-knisja fid-9:00 am
5. Nhar l-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, se nagħtu bidu għas-sena Pastorali tal-Parroċċa, għalhekk nistiednukom li tingħaqdu magħna fis-6.00pm rużarju, imbagħad ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u ikollna ftit ħin t’Adorazzjoni Ewkaristika fi Pjazza Kappillan Muscat.
6. Nhar is-Sibt 10 t’Ottubru, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun preżenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr.Vella Baldacchino.
7. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk il-ġbir ikun għall-ispejjez tal-Parroċċa.
8. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se se jibdew id-duttrina għall-preċett is-sena d-dieħla u li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fis-15 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parrocca tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00am sa 10.30 am u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30pm u 5.45pm .
Infakkrukom li l- Museum Subien u tal- Bniet jibdew mit-Tnejn 5 ta’ Ottubru .