1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.
2. Nhar l-Erbgħa u l-Ħamis li ġej, 16 u 17 ta’ Settembru, il-Patrijiet Franġiskani se jiċċelebraw il-festa tal-għoti tal-pjagi ta’ San Franġisk t’Assisi. Għalhekk l-Erbgħa fis-5.30pm issir translazzjoni tar-relikwija u fis-6.00pm quddiesa. U l-Ħamis, jum il-festa, fis-6.00pm quddiesa tal-festa mmexxija mill-W.Rev. Provinċjal u wara jkun hemm riċeviment.
3. Is-Superjur tal -Mużew jixtieq javża li mit-5 t’Ottubru , Il-Muzew tas-subien ser jibda il-klassijiet tal-katekizmu b ‘dawn bil-ġranet u ħinijiet. Mil -1 sal 4 sena (yr 2 sa yr 5 ta’ l-iskola) it-Tlieta u l-Ġimgħa, mil -5.15pm sas 6pm. Jkollhom kwarta logħob qabel. Mil- 5 sena sas- 6 sena.(yr 6 -yr 7) Logħob mis 6.15pm sas 6.45pm ,mis 6.45pm sas 7.15pm laqgħa.
Magħżulin u Asperanti. ( yr 8 il-fuq) Laqgha fis -6.15pm wara logħob sas 7.15pm. Javżaw ukoll li qed jibdew isiru r-reġistrazzjoni għat-tfal fil-museum Subien li ser jagħmlu il-preċett fit-2027 u li twieldu fis-sena 2020.
Din ir-reġistrazzjoni trid isir kemm fil-museum subien u l-uffiċċju parrokkjali
4. Infakkar lil dawk fostkom li għandkom it-tfal se jibdew id-duttrina għall-preċett jew li se jaghmlu l-Grizma din is-sena fil-Parrocca taghna, biex tiġu tirreġistraw it-tfal subien u bniet. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tal-magħmudija ( jekk ma jkunux tghammdu fil-parroċċa tagħna) u ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir.
5. Il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru se nagħmlu pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra. Bookings mill-uffiċċju.
6. Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru fil-quddiesa tad-9.30am ser isir it-tberik tat tfal u l basktijiet. Għalhekk qed nagħmel sejħa lit-tfal, żgħażagħ, LSE’s u għalliema biex tingħaqdu magħna.Wara, il-banda se takkumpanjana sa Pjazza Kappillan Muscat fejn ser ikun hemm attiivitajiet, ikel, logħob u divertiment għat -tfal u għal kulħadd organiżata mill Għaqda Mużikali Imm. Kunc.
7. Is-Sibt 10 t’Ottubru, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u bil-kollaborazzjoni ta’ Dar Martha, se noffru ikla b’xejn f’nofsinhar fis-sala Parrokkjali. Din l-attivita’ hija organizzata bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Jum Dinji tas-saħħa Mentali. Dawk li jgħixu weħidhom u jixtiequ jattendu, għandhom jimlew formola li ssibuha fis-sagristija. Ser ikun prezenti magħna il-Kummissarju għas-saħħa mentali, Dr.Vella Baldacchino.
8. Fil-weekend li ġej se nagħmlu ġbir biex ngħinu lill-Patrijiet Franġiskani iżommu il-postijiet qaddisa ġewwa l-Art Imqaddsa. Bl-offerta tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa l-postijiet u ħidmiet reliġjuzi.
9. Nitolbu għar-ruħ Carmena Spiteri li mietet matul dawn il -ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .