1. Nhar it-Tlieta niċċelebraw is-Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix ġurnata ta’ l-obbligu tal-quddies, nħeġġu lil kulħadd sabiex inqaddsu dan il-Jum bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.00pm qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija.
3. Is-Superjur tal -Mużew jixtieq javża li mill-5 t’Ottubru , Il-Muzew tas-subien ser jibda il-klassijiet tal-katekizmu b ‘dawn bil-ġranet u ħinijiet.
Mill-1 sena ( tal-precett) sal 4 sena (yr 2 sa yr 5 ta’ l-iskola) it-Tlieta u l-Ġimgħa, mil -5.15pm sas 6pm. inkluz kwarta logħob .
Preparatorja 1 u 2 .(yr 6 -yr 7 ta’ l-iskola ) kuljum barra l-Erbgħa. Logħob mis 6.30pm sas 7.00pm , u laqgħa mis -7.00pm sa 7.30pm
Magħżulin u Asperanti. ( yr 8 il-fuq) kuljum barra l-Erbgha Laqgha fis -6.30pm sa 7.00pm wara logħob sas 7.30pm.
Javżaw ukoll li qed jibdew isiru r-reġistrazzjoni għat-tfal fil-museum Subien li ser jagħmlu il-preċett fit-2027 u li twieldu fis-sena 2020.
Din ir-reġistrazzjoni trid isir kemm fil-museum subien u l-uffiċċju parrokkjali
4. Infakkar lil dawk fostkom li għandkom it-tfal se jibdew id-duttrina għall- preċett u dawk li se jaghmlu l-Grizma tal-Isqof fil-Parrocca taghna, biex tiġu tirreġistraw it-tfal subien u bniet. Magħkom ġibu ċ-ċertifikat tal-magħmudija ( jekk ma jkunux tghammdu fil-parroċċa tagħna) u ċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir.
5. Il-Quality of Life Grants Scheme immexxi mill-Ministeru ghall-Inkluzjoni u s-Settur tal-Volontarjat, ghogbu jaghti lill-Knisja taghna, apparat li jista’ jigi uzat meta jkun hemm xi hadd li ghandu problemi tal-qalb fil-Knisja taghna. Dan se jkun available ghal kull emergenza (forsi nnutajtu il-kaxxa li twahhlet wara l-bieb ta’ barra). Dan l-apparat jista’ jsalva hajja ta’ persuna. Ghal dan il-ghan se jsir taghlim ta’ siegha kif ghandu jintuza. Huwa fl-interess ta’ kulhadd li jkun jaf dwaru. Ghalhekk qed jistedinnkom ghal-laqgha ta’ siegha nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru fis-1.00pm. dawk interessati jistghu jirregistraw fuq [email protected] jew iccemplu fuq 79222253.
6. Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru se nagħmlu pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra. Ikollna t-transport . Bookings mill-uffiċċju.
7. Nitolbu għar-ruħ Mary Spiteri li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .