Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2024

Is-Sitt Ħadd tal-Għid 

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:

It-Tnejn: Triq Kanonku Bonniċi

It-Tlieta: Triq Ġuże’ Maria Camilleri, Triq Ġuże’ Pace, u Triq Gaetano Pace Forno

L-Erbgħa: Triq Schembri, Muscat Azzopardi u Triq Alexander

Il-Ħamis: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini.

Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li rċivejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal- blokka u jikteb in-numru tal-flat.

2.  Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorg Preca l-membri tal-museum qed jistiednu lil kulħadd għall-Quddiesa ta’ radd il-Ħajr lil Mulej Alla, li għoġbu jibgħat lil dan is-Saċerdot Qaddis li għamel ġid kbir lil Malta u għadu jagħmel anki llum bis-Soċjeta’ tal-Museum li hu waqqaf. Għalhekk niltaqgħu nhar it-Tnejn 6 ta’ Mejju fis-6.30 pm biex f’din il-Knisja tal-Kunċizzjoni nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Ser tiqassam tifkira ċkejkna ta’ l-okkażjoni.

3. Fuq in-notice boards hemm ukoll programm li ser isir matul din il-ġimgħa fil-Knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża, l-Blata l-Bajda fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca.

4.  Illum il-Ħadd, fis-6.30 pm se jkun hemm quddiesa solenni mill-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ G’Mangia. Din se ssir fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. Il-Knisja Parrokjali ta’ G’Mangia se titgħolla wkoll għal Santwarju tal-Madonna tar-Rużarju. Filwaqt li nawguraw lil komunita’ tal-Patrijiet Dumnikani, nitolbu biex tkompli tinxtered id-devozzjoni lejn Ommna Marija, permezz tat-talba tar-Rużarju.

5. Nirringrazzjaw lil Ommna Marija Immakulata għallmawra li għamilna ġewwa Lourdes. Kien mument ta’ emozzjoni kbira li niċċelebraw fil-post fejn il-Madonna rifset u fejn ikkonfermat li hija l-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI. Kellna ċelebrazzjonijiet sbieħ li bihom żgur tajna glorja lil Alla u lil Ommna Marija u għamilna isem għall-Parroċċa, għal raħalna u għal Pajjiżna. Jalla l-ferħ li ħassejna hemmhekk, jibqa’ jakkumpanja il-komunita’ tagħna. Ma nqasnix ukoll li nitolbu għalikom u għal familji tagħkom. Grazzi lill-Għaqda Mużikali tagħna u lil dawk kollha li għamlu l-arrangamenti biex din il-mawra tkun suċċess. Inwassal ukoll it-tislijiet tal-E.T. is-Sur Pierre Clive Agius l-Ambaxxatur Malti għal Franza li huwa wkoll mill-Parroċċa tagħna, u li ġentilment akkumpanjana tul il-mawra kollha.

6. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

7. Nhar il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.30 am se jkollna magħna il-President u l-Kumitat tal-Ħamrun Spartans, flimkien ma wħud mill-players sabiex niċċelebraw flimkien l-10 rebħa tal-kampjonat. Dawn il-mumenti jkomplu jgħaqqduna u jagħmluna kburin bir-raħal tagħna.

Dak in-nhar niċċelebraw ukoll jum l-Omm u għalhekk se nitolbu l-Mulej ibierek in-nisa kollha, filwaqt li jdaħħal fis-saltna tiegħu lil dawk li ħallewna.

 

Avviżi – Il-Ħadd 28 t’April 2024

Il-Ħames Ħadd tal-Għid 

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

    1. 1. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġuzepp Ħaddiem. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa xierqa jekk inqaddsu din il-ġurnata bil- quddiesa. Il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ xogħol.

    2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

    3. . Iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa għall-Għawdex nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju. Biljetti u aktar dettalji mingħand il-helpers.

    4. Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.

    5. Minħabba li l-kappillan se jkun qed jakkumpanja l-Għaqda Mużikali tagħna ġewwa Lourdes, l-Uffiċċju mhux se jkun miftuħ bejn il-Ġimgħa 26 ta’ April u l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju.

Avviżi – Il-Ħadd 14 t’April 2024

It-Tielet Ħadd tal-Għid 

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

    1.  Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:

      It-Tnejn: Triq Ursolini

      It-Tlieta: Triq Manwel Magri u Triq Villambrosa (sal-garage tas-sorijiet)

      L-Erbgħa: Triq Dun Edgar , Triq Vitale, u Sqaq No 1 fi Triq id-Duluri

      Il-Ħamis: Triq Indri Cilia

      Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li irċevejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jikteb in-numru tal-flat.

    2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm

    3. Nhar il-Ġimgħa se ssir ftira night fis-sala parrokkjali u t-Tlieta 23 ta’ April ser isir coffee morning. Biljetti mingħand il-helpers.

    4. Minn nhar it-Tnejn 22 sal-Ħadd 28 ta’ April se ssir Ġimgħa Ewkaristika f’diversi knejjes madwar Malta, fl-okkażjoni tat-tberik tal-Kappella tal-Adorazzojni Perpetwa fil-Furjana. Din se tkun unika f’Malta għax se tkun miftuħa lejl u nhar. Wieħed jista’ jara l-programm kollu fuq in-notice board tal-parroċċa.

    5. Peress li bejn is-27 ta’ April u l-1 ta’ Mejju, se nkun ma’ l-Għaqda Mużikali tagħna f’mawra ġewwa Lourdes, fis-Sagristija għandna formoli li tistgħu teħduhom biex tiktbu fuqhom xi intenzjonijiet li tixtiequ nitolbu lil Madonna għall-bżonnijiet tagħkom. Min jixtieq jista’ jiġbor formola u jimlieha, jagħlaqha ġo envelope u jgħaddihielna jew titfgħuha fil-letter box tal-uffiċċju parrokkjali biex aħna ntellgħuhom magħna u nippreżentawhom lil Madonna fil-Grotta għażiża tal-apparizzjoni ġewwa Lourdes.

    6. Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca (Liceo) javża li se ssir Maratona tal-isports li l-qliegħ tagħha se jmur għal Malta Trust Fundation. Din se ssir il-Ħadd 21 t’April bejn id-9.00 am u 9.00 pm. F’din l-attivita’ se tieħu sehem ukoll il-banda Immakulata Kunċizzjoni.

    7. Nitolbu għal ruħ Ġużeppa Perks u Teresa Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Avviżi – Il-Ħadd 7 t’April 2024

It-Tieni Ħadd tal-Għid – Festa tal-Ħniena Divina

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Infakkrukom li llum, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ nnifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

  2. Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:

    It-Tnejn: Triq Mimosa

    It-Tlieta: Triq Misraħ il-Barrieri, Triq il-Kunzar, Triq Santa Venera, Triq is-Snajja, Triq Roger Debattista

    L- Erbgħa: Triq Oscar Zammit, Triq Ġwann Mamo

    Il-Ħamis: Triq Mons. Depiro, Triq it-Tramm

  3. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.

  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm

  5. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ April se ssir ftira night fis-sala parrokkjali u t-Tlieta 23 ta’ April ser isir coffee morning. Biljetti mingħand il-helpers.

  6. Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se niċċelebraw jum il-Karita’. Għalhekk fil-quddies tas-Sibt 13 t’April u l-Ħadd 14 t’April, il-ġbir se jmur biex ngħinu l-opri ta’ Karita’ fi ħdan il-Knisja.

  7. Nitolbu għal ruħ Guido Vassallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Marzu 2024

L-Għid il-Kbir

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna residenti ta’ Dar il-Wens biex jieħdu l-figolli li ġibtu intom. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita tagħkom.

  2. Minn nhar it- Tlieta se jibda it-tberik tal-Familji. Qed jitqassam fuljett bid-dati kollha u t-toroq tat-tberik. Miegħu se jkun hemm bookmark bid-data ta’ meta jmissha it-triq tiegħek. Min jixtieq ibierek, dak in-nhar li jkun imiss it-triq tiegħek, waħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek. 

    It-Tlieta nbierek Triq Adelaide Cini, Triq Barth u Triq Lunzjata.

    L- Erbgħa Triq Liceo, Triq il-Fatati , Triq Wenzu Mallia

    Il-Ħamis Pjazza Kappillan Muscat, Triq il-kappillan Valletta.

  3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  4. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ innifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

  5. Nirringrazzja lil helpers kollha li matul dawn il-jiem taw il-ħin kollu li setgħu biex ikollna ċelebrazzjonijiet sbieh u dinjitużi li żgur ħallew il-frott ġewwa fina. Żgur li ma nistgħux nagħmlu dak li għamilna kieku ma jkunux huma li jagħtu l-ħin tagħhom. Grazzi mill-qalb f’isem il-komunita’ kollha. Grazzi.

  6.  Nitolbu għal ruħ Maria Dolores Mizzi u Margaret Gatt li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

  7. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-22 u 29 ta’ Marzu. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ biex nitfgħu fiha l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma’ familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.

  8. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u f’Dar il-Wens, f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 1 t’April fis-6.30 pm.

  9. Nitolbu għal ruħ Salvu Buhagiar li miet matul din il-ġimħha. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2024

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta, festa pubblika ta’ San Ġużepp, se nagħmlu ħin ta’ irtir għal kulħadd. Stedina speċjali għal- lajċi mpenjati tal-Parroċċa. Niltaqgħu fl-4.00 pm fil-Katekumenju fejn se nibdew b’mument ta’ talb, kelmtejn minn Mons. Hector Scerri u nagħlqu bil-quddiesa li għaliha nistieden lil dawk li jisimhom għal San Ġużepp. Dak in-nhar il-quddiesa ta’ filgħaxija ma ssirx fil-Knisja imma fil-Katekumenju stess.

  2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani fid-8.45 am. il-laqgħa ser isir fiċ-ċentru ta’ l-irġiel.

  3. Nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu fis-6:00 pm ser issir ċelebrazzjoni penitenzjali bil-Qrar immexxija mill-Mixja Neokatekumenali. Dak in-nhar ma jkunx hemm Quddiesa tas-6:30 pm. Il-Qrar jibqa’ anki wara s-7:00 pm għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jkunu xogħol.

  4.  Dakinhar ukoll fis-7:30 pm: tiftaħ il-wirja ta’ vari fil-librerija u oħra bi platti tal-melħ u l-għaġin fis-sala Dun Manwel, imtellgħa mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun. Biex jiftaħ din il-wirja se jkun hawn magħna l-Isqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP. Għalhekk nilqgħuh bil-ferħ fostna. Il-wirja se tibqa miftuħa sal-Ġimgħa I-Kbira filgħodu. 

  5. Nhar il-Ġimgħa festa għażiża tad-Duluri. Quddies: 6:15 am, 7:15 am, fid-9 am bis-sehem tat-tfal ta’ l-iskola ; fl-12:00 pm (għaliha mistednin speċjalment dawk li jaħdmu fl-akkwata tal-Parroċċa tagħna) u fil-5:30 pm. Ikun hemm quddiesa oħra wara l-Purċissjoni. Il-Purċissjoni tgħaddi mit-toroq: Manwel Magri, Joe Sciberras, Alexander, Nuzzo, Duluri, Fatati, Kapp. Muscat, Kapp. Mifsud.

  6. Nhar Il-Ħadd festa ta’ Ħadd il-Palm fid-9.00 am isir ir-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu. Għalhekk niltaqgħu hemm u mhux fil-Knisja, biex niġu Purċissjoni sal-Knisja fejn niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm. Din hija l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, dak li preparajna ruħna għalih matul ir-Randan.
  7. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-22 u 29 ta’ Marzu. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ biex nitfgħu fiha l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma’ familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.

  8. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u f’Dar il-Wens, f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 1 t’April fis-6.30 pm.

  9. Nitolbu għal ruħ Salvu Buhagiar li miet matul din il-ġimħha. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2024

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il -Ġimgħa, inkomplu bir-4 laqgħa tal-eżerċizzi fis-6.00 pm Via Crucis, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru tal-MUSEUM u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Inħeġġeġ lil kulħadd biex tattendu għal dawn il-laqgħat sbieħ li jagħtuna kuraġġ fil-mixja tagħna wara l-Mulej.

  2. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid.

  3. Nhar l-Erbgħa se terġa’ ssir żjara lir-Redentur tal-Isla. Dan minħabba li kien hemm ħafna ma laħqux post biex jiġu magħna. Għalhekk min jixtieq, tħallux għall-aħħar. Fid-9.00 am se titlaq il-private minn quddiem il-Knisja. Fl-10.00 am ikun hemm quddiesa u wara ftit ħin ta’ adorazzjoni mis-superjur Joe Fenech. Min jixtieq jista’ jagħtina ismu fis-sagristija jew ikellem lil helpers .

  4.  Nhar il-Hamis see jkun hemm il-Grupp ta’ talb tal-Ħniena Divina fil-Kappella tal-Adorazzjoni fid-9.15 am.

  5. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu se terġa’ ssir żjara lir-Redentur tal-Isla. Dan minħabba li kien hemm ħafna ma laħqux post biex jiġu magħna. Għalhekk min jixtieq, tħallux għal aħħar. Fid-9:00 am se titlaq il-private minn quddiem il-Knisja. Fl-10:00 am ikun hemm quddiesa u wara ftit ħin ta’ adorazzjoni mis-superjur Joe Fenech. Min jixtieq jista’ jagħtina ismu fis-sagristija jew ikellem lil helpers.

  6. Nhar il-Ħadd 17 ta’ Frar se jkollna pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Parroċċa tagħna. Fil-5.00 pm tibda parata tas-suldati rumani mill-quarters tal-Iscouts lejn il-Knisja. Fil-5.30 pm tibda’ ħierġa l-purċissjoni mill-Knisja. Il-Purċissjoni se tkun akkumpanjata mit-talb u waqtiet minn daqq mill-Banda Immakulata Kuċizzjoni u mill-Iscouts. Għalhekk nistedinkom biex timxu magħna tul it-triq li mhux se tkun twila ħafna. Se ngħaddu minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Ġuże’ Pace, Barth, Lord Byron, Franġiskani, Mons. De Piro u Kappillan Muscat. L-aħħar waqfa se tkun fi Pjazza Kappillan Muscat fejn se jkun hemm is-siġġijiet u nagħlqu b’mument qasir ta’ talb. F’dan il-pellegrinaġġ se jieħdu sehem madwar 100 personaġġ. Inħeġġeġ biex speċjalment minn fejn se jgħaddi l-Kurċifiss nixegħlu u nċejnu twieqi u gallariji.  IMPORTANTI TIFTAKRU LI MINĦABBA L-PELLEGRINAĠĠ, IL-ĦADD FILGĦAXIJA MA JKUNX HAWN QUDDIESA FIL-KNISJA, IMMA SE SSIR WAĦDA FIL-11.00 am.

  7. Nhar it-Tlieta 19 ta’ Marzu, tkun festa pubblika ta’ San Ġużepp, se nagħmlu ħin ta’ irtir għall-kulħadd. Stedina speċjali għall-operaturi pastorali tal-Parroċċa (gruppi, ministri tat-tqarbin, animaturi u letturi, kor ecc). Niltaqgħu fl-4.00 pm fil-Katekumenju fejn se nibdew b’mument ta’ talb, kelmtejn minn Mons. Hector Scerri u nagħlqu bil-quddiesa li għaliha nistieden lil dawk li jisimhom għal San Ġużepp. Dak in-nhar il-quddiesa ta’ filghaxija ma ssirx fil-Knisja imma fil-Katekumenju stess.

  8. Biex tiċċelebra il-45 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni qed toffri ikla b’xejn lil persuni li joqogħdu weħidhom. Dan se jsir f’Jum l-Omm, Jum il-Missier u fil-Jum tal-festa titulari tagħna. Għalhekk min għandu xi qraba li jixtieq li f’dawn il-ġranet li semmejt, jirċievu d-dar ikla, jew dawk fostkom li jafu lil xi ħadd li jinsab waħdu/weħidha jew koppja anzjani, għandhom jiġbru formola mis-sagristija, jimliha u jġibha l-uffiċċju Parrokkjali. Dan hu mod sabiħ kif inferrħu lil dawk li jgħixu f’solitudni u wkoll biex iħossuhom parti mill-komunita’. Ta’ min ifaħħar din l-inizjattiva li ħadet l-Għaqda Mużikali tagħna.

  9.  Nitolbu għal ruħ Anthony Bugeja, Margaret Vella, Joseph Taliana, Maria Silick li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2024

It-Tielet Ħadd tar-Randan

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa. Nibdew 7:00 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  2. Nhar il-Ġimgħa, inkomplu bit-3 laqgħa tal-eżerċizzi. Fis-6:00 pm Via Crucis, 6:30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru ta’ MUSEUM u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Inħeġġeġ lil kulħadd biex tattendu għal dawn il-laqgħat sbieħ li jagħtuna kuraġġ fil-mixja tagħna wara l-Mulej.

  3. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu fl-4:14 pm se jkun hemm mixja minn bieb il-Belt sal-Knisja tal-Karmnu fejn issir adorazzjoni. Fis-6:30 pm imbagħad issir quddiesa. Din hija organizzata mill-Grupp tal-irgiel bil-parterċipazzjoni tal-Knejjes tal-Belt Valletta.

  4. Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa se jkun hemm kors ta’ eżerċizzi fil-Knisja ta’ San Franġisk fis-6:30 pm.

  5. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu se terġa’ ssir żjara lir-Redentur tal-Isla. Dan minħabba li kien hemm ħafna ma laħqux post biex jiġu magħna. Għalhekk min jixtieq, tħallux għal aħħar. Fid-9:00 am se titlaq il-private minn quddiem il-Knisja. Fl-10:00 am ikun hemm quddiesa u wara ftit ħin ta’ adorazzjoni mis-superjur Joe Fenech. Min jixtieq jista’ jagħtina ismu fis-sagristija jew ikellem lil helpers.

  6. Biex tiċċelebra il-45 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni qed toffri ikla b’xejn lil persuni li joqgħodu weħidhom. Dan se jsir f’Jum l-Omm, Jum il-Missier u fil-Jum tal-festa titulari tagħna. Għalhekk min għandu xi qraba li jixtieq li f’dawn il-ġranet li semmejt, jirċievu d-dar ikla, jew dawk fostkom li jafu lil xi ħadd li jinsab waħdu/weħidha jew koppja anzjani, għandhom jiġbru formola mis-sagristija, jimliha u jġibha l-uffiċċju Parrokkjali. Dan hu mod sabiħ kif inferrħu lil dawk li jgħixu f’solitudni u wkoll biex iħossuhom parti mill-komunita’. Ta’ min ifaħħar din l-inizjattiva li ħadet l-Għaqda Mużikali tagħna.

  7.  Il-Ħadd 10 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Festa se torganizza Pasta Buffet fil-Euroclub Hotel. Aktar dettalji fin-notice board. Inħeġġiġkom biex nattendu, nieħdu gost u nkunu qed ngħinu l-Festa.

  8. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa li ssir l-għada ta’ l-Għid.

  9. Nitolbu għal ruħ Josephine Zerafa u Gejtu Caruana li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Frar 2024

It-Tieni Ħadd tar-Randan

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il -Ġimgħa, inkomplu bit-2 laqgħa tal-eżerċizzi  fis-6:00 pm Via Crucis, 6:30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru ta’ MUSEUM u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Inħeġġeġ lil kulħadd biex tattendu għal dawn il-laqgħat sbieħ li jagħtuna kuraġġ fil-mixja tagħna wara l-Mulej.

  2. Biex tiċċelebra l-45 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni qed toffri ikla b’xejn lil persuni li joqgħodu weħidhom. Dan se jsir f’Jum l-Omm, Jum il-Missier u fil-Jum tal-festa titulari tagħna.  Għalhekk min għandu xi qraba li jixtieq li f’dawn il-ġranet li semmejt, jirċievu d-dar ikla, jew dawk fostkom li jafu lil xi ħadd li jinsab waħdu/weħidha jew koppja anzjani, għandhom jiġbru formola mis-sagristija, jimliha u jġibha l-uffiċċju Parrokkjali.  Dan hu mod sabiħ kif inferrħu lil dawk li jgħixu f’solitudni u wkoll biex iħossuhom parti mill-komunita’.  Ta’ min ifaħħar din l-inizjattiva li ħadet l-Għaqda Mużikali tagħna.

  3. Nhar il-Ħamis 7 ta’ Marzu se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7:00 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljett mingħand il-helpers.

  4.  Il-Ħadd 17 ta’ Marzu se jkollna il-Pellegrinaġġ mat-toroq tal-Parroċċa tagħna: Kristu fi Triqatna. Baqa’ xi postijiet għal żgħażagħ jew irġiel li jixtiequ jieħdu sehem.  Ejjew mhux biss napprezzaw dak li jsir fil-Parroċċa imma wkoll fejn nistgħu nieħdu sehem biex okkażjonijiet bħal dawn jissaħħu u jħallu l-ġid.  Iġbru applikazzjoni mis-Sagristija.

  5. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġabra tkun għall-bżonnijiet tal-Knisja tagħna.

  6. Nitolbu għal ruħ Giovanna Abela  li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 18 ta’ Frar 2024

L-Ewwel Ħadd tar-Randan

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd nitolbu l-Via Crucis fis-6:00 pm. Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.

  2. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru bħas-sena l-oħra , KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan,  fis-6:00 pm Via Sagra, 6:30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru tal-MUSEUM u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew minn nhar il-Ġimgħa.

  3. Kull nhar ta’ Sibt, nistedinkom biex tiġu ftit qabel il-ħin. Fis-5:45 pm nitolbu r-Rużarju, fis-6:10 pm inkantaw is-salmi u fis-6:30 pm quddiesa.

  4. Nhar it-Tlieta 27 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganiżża ħarġa bil-quddiesa. Sejrin ninviżtaw ir-Rendentur ta’ l-Isla. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Tluq fid-9 am minn quddiem il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.

  5. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir.

  6. Minn nhar it-Tnejn, għall-kumplament tar-randan, fil-Katekumenju isir it-Talb tat-Tifħir ta’ sbiħ il-jum.  Hija stedina miftuħa għal kulħadd.  Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jattendi.  Nibdew mis-6.15 am sas-7.00 am.

  7. Qed jitqassam ukoll l-Envelope għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerozita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata. U grazzi lil dawk fostkom li diġa avviċinawni u wasslu l-għotja tagħhom.

  8. Nitolbu għal ruħ Marion Grech li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.