Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2023

   Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

It-Tnejn Triq Wenzu Mallia

It-Tlieta Vincenzo Bugeja

Il-Ħamis Triq Orsolini

 2. Fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir l-Ewwel Tqarbina lil 12-il tifel u tifla.  Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu jħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom. 

 3. Bi preparazzjoni għall-festa ta’ Corpus Christi li niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, minn nhar it-Tnejn sal-Ħamis se  tingħata l-barka kuljum fil-knisja wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Il-Ġimgħa se ssir Quddiesa u Adorazzjoni fi Sqaq il-Għajn. Nibdew fis-6.30 pm. Din se ssir sabiex inħejju lin-nies jilqgħu lil Ġesu’ Ewkaristija meta ngħaddu bil-Purċissjoni l-Ħadd fil-festa ta’ Corpus.  Il-Quddiesa hawnhekk fil-Knisja ma ssirx.  Inħeġġiġkom sabiex tattendu għall-quddiesa u l-Adorazzjoni hemmhekk.

5. Is-Sibt Lejliet Corpus ser jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil wieħed adult. Għalhekk fis-6 pm nitolbu bis-Salmi, imbagħad niċċelebraw il-quddiesa bl-amministrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma.

6. Il-Ħadd, jum il-festa ta’ Corpus Christi, il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej.  Fil-5.30 pm nitolbu bis-Salmi  u  l-quddiesa se tkun fis-6.00pm.  Wara l-quddiesa toħroġ il-purċissjoni li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Vitale, Dun Edgar Vella, Duluri,  Maitland, Ferrovija, Duluri u Manwel Magri sal-knisja. Fil Knisja tingħata l-barka. Navżaw in-nies li joqgħodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi l-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purċissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqgħodu f’dawn it-toroq.

7. Is-Superjur tal-Mużew jixtieq javża li se ssir ĠIMGĦA TA’ TAGĦLIM mis-Soċjetà tal-Museum fil-Ħamrun bejn it-Tnejn 12 u l-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju fis-7.15 pm ħdejn il-knisja tas-Samra fi Triq Atocia. Minħabba li hi ftit il-bogħod se jipprovdu trasport b’xejn li jitlaq minn ħdejn il-Knisja tagħna fis-6.55 pm, jiġifieri eżatt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Tags: No tags

Comments are closed.