1. Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa tas-Social Club tal-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am fis-sala Dun Manwel.
2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
1. Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa tas-Social Club tal-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am fis-sala Dun Manwel.
2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
1. Ix-xahar t’ Ottubru huwa ix-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa minn għada t-Tnejn ir-rużarju jibda jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.15 am u wara l-quddiesa tas-6.30 pm għal matul ix-xahar ta’ Ottubru.
2. Nhar l-Erbgħa se ssir l-ewwel laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
3. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lil membri tal-Kummissjonijiet u għaqdiet tal-parroċċa u lajċi impenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla fuq il-ħidma pastorali li se nwettqu matul din is-sena. Wara se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-Sala Dun Manwel. Ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm.
4. Nhar il- Ġimgħa il-Caritas se torganizza quddiesa għall-anzjani fil-knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru ta’ l-anzjani tal-parroċċa se jorganizzaw trasport għal din il-quddiesa u wara ssir attivita’ soċjali. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.30 am.
5. Nhar il-Ġimgħa hija wkoll il-Festa ta’ Santa Faustina, ir-rużarju se jingħad fis-6.00 pm. Wara l-quddiesa se ssir adorazzjoni animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
6. Minn din il-ġimgħa se jibda jsir il-ġbir tal-preserves għall-bazaar tal-parroċċa li se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru. Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.
7. Il-Ġabra għall-Art Imqaddsa ammontat għal € 735. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
8. Bħalissa qed jinħass nuqqas ta’ volontiera għat-tindif tal-knisja. Infakkru li t-tindif isir il-Ġimgha fid-9.00 am u napprezzaw ħafna jekk hawn min jista joffri xi ftit tal-ħin fil-ġimgħa.
9. Nitolbu għal ruħ Alfred Borg li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
10 Matul din is-sena sa Marzu li ġej il-Papa nieda sena tal-Ġublew ta’ San Alwigi Gonzaga f’għeluq l-450 sena mit-twelid tiegħu, fejn f’Malta tista’ tintrebaħ l-Indulgenza Plenarja fil-Kappella tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, fil-Knisja ta’ Sarria, Floriana u l-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija.
1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, ikun hawn il-laqgħa għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
3. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja San Franġisk, Birkirkara fid-9.00 pm. Ikollna it-trasport li jitlaq fit-8.15 pm.
4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Manwel Magri.
5. Nhar it-Tlieta 14 ta’ Awwissu se ssir ħarġa għall-Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.
6. Nitolbu għar-ruħ Rosario Demanuele li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
1. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikollna Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30pm.
2. Nhar is-Sibt li ġej ser issir l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa tibda’ fis-7:00 pm u ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Lejlet l-ordinazzjoni, fis-7:30 pm, ser issir velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Kulħadd hu mistieden għal dawn iż-żewġ okkażjonijiet u kulħadd hu mħeġġeġ biex jitlob għal Mons. Galea-Curmi biex il-Mulej ikun l-għajnuna u l-qawwa tiegħu f’din ir-responsabbiltà ġdida fdata lilu mill-Papa Franġisku. Għall-ordinazzjoni se jiġi organizzat trasport minn quddiem il-Knisja fis-6:00 pm. Min hu interessat jagħti, ismu fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
3. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
4. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għall-Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.
1. Nhar il-Ħamis ikollna Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa tas-6.30 pm.
2. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Lulju se ssir ħarġa għall-Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.
3. Nixtiequ ninfurmawkom illi l-proġett tal-Membrane tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali ġie jiswa’ €6,420. Napprezzaw ħafna kull kontribuzzjoni għal dan il-proġett.
4. Dawn il-jiem mietu Godwin Felice u Christopher Cutajar mill-parroċċa taghna. Agħtihom, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
2. Nhar il-Ġimgħa fis-6.00 pm se ssir il-Prima Messa ta’ Patri Elmar Pace, Kapuċċin. Patri Elmar jixtieq jistieden lil-parruċċani kollha għal dan il-mument sabiħ fil-vokazzjoni tiegħu.
3. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Lord Byron.
4. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għal Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.
1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, ikun hawn il-laqgħa għal kulħadd mill-koperaturi tal-Museum.
2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.
3. Nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-ġabra magħrufa bħala l-Offerta ta’ San Pietru. B’din il-ġabra nkunu qegħdin ngħinu lill-Papa Franġisku biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet karitattivi tal-Knisja mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastri naturali jew gwerra.
4. Nhar it-Tlieta 17 ta’ Lulju se ssir ħarġa għal Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.
1. Illum Jum il-Festa. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fit-8.30 a.m., immexxija minn Mons. Hector Scerri. Dak inhar, il-quddiesa tad- 9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa tkun fil-11.00 am.
2. Filgħaxija, l-quddiesa tibda’ fis-6.00 p.m. Fis-7.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni, li tkun immexxija minn Mons. Hector Scerri. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista’ sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita’. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.
3. Nhar it-Tnejn, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organiżżazzjoni tal-Festa Parrokkjali.
4. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa ta’ filgħaxija.
5. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa , in-Nigret , ir-Rabat fid-9.00 pm. Ikollna t-trasport li jitlaq minn fejn il-knisja fit-8.15 pm.
6. L-Azzjoni Kattolika tavża li fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Mikiel tal-Qaddisin kollha, patrun tal-marda bil-kanċer ser isir quddiesa u talb nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt. Fis-5.45 pm jitlaq pellegrinaġġ minn fejn kastilja sal-Knisja ta’ San Pawl. Il-pubbliku huwa mistieden.
7. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għal Birżebbuġia. Biljetti mingħand il-helpers.