Il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2018 – Għid il-Ħamsin Sena B

1. Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-Parroċċa. Din il-ġimgħa se ssir tħejjija b’dawn l-attivitajiet:

Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm se jsir is-seminar għall-ġenituri u tfal;

Il-Ħamis se jkun hawn il-qrar għat-tfal fil-5.00 pm fil-knisja parrokkjali.

Il-Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn il-prova tal-Ewwel Tqarbina.

Is-Sibt mill-5.30 pm sas-7.00 pm ikun hawn il-qrar għall-ġenituri.

Il-Ħadd Jum il-Preċett: Minħabba li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina iddum xi ftit iżjed mis-soltu, il-quddiesa ta’ wara toħroġ fil-11.15 am (minflok fil-11.00 am).

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm fil-Knisja.

3. Fl-okkażjoni tal-festa tal-Pentecoste, nhar il-Ħamis se jsir servizz Ekumeniku bl-Ingliż fil-knisja Anglikana tat-Trinita’, tas-Sliema fis-6.30 pm sabiex nitolbu għall-għaqda fost l-Insara. Kulħadd huwa mistieden.

4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Joe Sciberras u Turu Lentini.

5. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.

Il-Ħadd 13 ta’ Mejju – Tlugħ is-Sema tal-Mulej Sena B

1. Għada t-Tnejn se jkun hemm laqgħa fiċ-Ċentru, immexxija mill-kooperaturi tal-Museum fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

2. Matul din il-Ġimgħa, bħala tħejjija għall-Festa tal-Pentecoste, li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, kuljum fil-quddies, se jkollna ħsibijiet fuq siltiet mill-Innu: Veni Creator Spiritus.

3. Nhar il-Ħamis se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-5.30 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

4. Nhar il-Ħamis ukoll ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm fil-Knisja.

5. Fl-okkażjoni tal-Mother’s Day ser isir ħarġa ta’ ġurnata nhar l-Erbgħa. Biljetti mingħand il-helpers. It-tluq ikun fid-8.45 am.

6. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Indri Cilia.

7. Nitolbu għal ruħ Connie Bonello Bianco u Pauline Galdes li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

8. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha. Nistiednu lill-ommijiet li hawn preżenti biex wara l-quddiesa jitilgħu biex jieħdu tifkira tal-okkażjoni.

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju – Is-Sitt Ħadd tal-Għid Sena B

1. Nhar it-Tlieta hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-11.00 am se jingħad ir-ruzarju, fil-11.30am se jkun hawn Quddiesa u wara tingħad it-talba is-Supplika. Infakkru lil dawk li sejrin il-pellegrinaġġ ġewwa Marsaxlokk li t-trasport jitlaq fil-5 pm minn fejn il-knisja.
2. Nhar il-Ħamis, l-għada tal-festa ta’ San Ġorg Preca, il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun bis-sehem tat-tfal tal-Museum u wara jsir il-bews tar-relikwija ta’ San Ġorġ.
3. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-knisja Parrokkjali tal-Gudja fid-9.00 pm. Ikollna it-trasport li jitlaq minn fejn il-knisja fit-8.15 pm
4. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fit-Toroq Ġwann Mamo u Snajja.
5. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
6. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm ser isir ħarġa ta’ ġurnata nhar il-Erbgħa 16 ta’ Mejju. Biljetti mingħand il-helpers. It-tluq ikun fid-8.45 am.
7. Din il-ġimgha temmejna t-tberik tal-familji. Filwaqt li nirringrazzjaw lil-familji li laqgħuna ninfurmaw lil dawk li ma kienux preżenti u li jixtiequ jbierku, sabiex jagħmlu appuntament ieħor magħna. Ninfurmaw li d-donazzjonijiet waqt it-tberik ammontaw għal €4,900. Nirringrazzjawkom.

Il-Ħadd 22 t’April 2018 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid Sena B

1. It-tberik tal-Familji:

It-Tnejn: Triq l-Orsolini

It-Tlieta: Triq Mimosa,

L-Erbgħa: Triq Joe Sciberras,

Il-Ġimgħa: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini.

2. Nhar it-Tnejn se ssir laqgħa ta’ tagħlim fuq l-Ewkaristija fis-7 pm fis-Sala Dun Manwel. Mistieden kulħadd, speċjalment dawk li jattendu l-kappella tal-adorazzjoni.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Ser issir ġimgħa ta’ Tagħlim mit-Tnejn sal-Ġimgħa, miftuħa għal kulħadd fil-Museum tal-Bniet ta’ Triq Villambrosa, fis-7.15 pm.

5. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi Triq Ġuże’ Maria Camilleri.

6. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.

7. Kif qed taraw ħriġna l-istatwa tal-Madonna bi preparazzjoni għax xahar ta’ Mejju.  Quddiemha poġġejna formoli sabiex dawk li jixtiequ, jiktbu talba lill-Madonna. Din it-talba tistgħu titfugħha fil-kaxxa li hemm quddiemha. Persuna mill-parroċċa li sejra Lourdes se tieħu dawn l-intenzjonijiet u se tippreżenthom fil-Grotta ta’ Lourdes fit-8 ta’ Mejju.

8. Il-ġabra speċjali għall-Karita’ li għamilna ġimgħa ilu telgħet €678. Nirringrazzjaw lil kulħadd.

9. Nitolbu għal Tony Mifsud li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

10. L-Isqfijiet Maltin Charles Scicluna u Mario Grech qed jistednuna sabiex ningħaqdu magħhom għal Mixja favur il-ħajja li se ssir għada l-Hadd fl-4.00 pm u li se tibda minn quddiem Kastilja u tkompli lejn il-Parlament.

Il-Ħadd 15 t’April 2018 – It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena B

 

1. Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji:

It-Tnejn: Triq il-Kappillan Mifsud.

It-Tlieta: Triq Oscar Zammit u Triq it-Tramm.

L-Erbgħa: Triq il-Liċew, Triq Wenzu Mallia u Triq il-Fatati

Il-Ħamis: filgħodu fid-9.00 Triq id-Duluri (il-parti bejn Triq Indri Cilia u Villambrosa).

Il-Ġimgħa: Triq il-Kappillan Valletta u Triq Qrejten.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Din il-ġimgħa se nitolbu għall-familji li joqgħodu fi triq il-Franġiskani.

Il-Ħadd 8 t’April – It-Tieni Ħadd tal-Għid

Sena B

Festa tal-Ħniena Divina

1. It-tberik tal-Familji:

  • It-Tnejn: Triq Ċensu Bugeja.
  • It-Tlieta: Triq Misraħ il-Barrieri.
  • L-Erbgħa: Triq Santa Venera u Triq il-Kunzar.
  • Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu: Triq id-Duluri (il-parti bejn triq Joe Sciberras u Triq Indri Cilia).
  • Il-Ġimgħa filgħaxija: Triq Ġwann Mamo, Triq is-Snajja u Triq Roger Debattista.

2. Nhar it-Tnejn ikun hawn laqgħa mill-Kooperaturi tal-Museum fiċ-Ċentru ta’ l-irgiel fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Nhar is-Sibt se ssir l-Adorazzjoni tal-qdusija tal-Kleru fil-parroċċa tagħna. Fid-9 pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni sal-11.00 pm. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex nitolbu għas-saċerdoti tagħna.

5. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa. Nitilqu minn fejn il-knisja fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.

6. Nhar it-Tlieta 17 ta’ April iċ-Ċentru ta’ l-anzjani se jorganizza ħarga bil-quddiesa għad-dar tal-Franġiskani Frate Jacobe f’Wied il-Għajn. Biljetti mingħand il-helpers.

7. Minn nhar it-Tlieta, il-Grupp ta’ Talb San Franġisk se jorganizza laqgħat ta’ formazzjoni fuq l-Eżortazzjoni Appostolika “Amoris Laetitia” – Il-Ferħ ta’ l-Imħabba. Dawn se jibdew ikunu kull nhar ta’ Tlieta fis-7 pm fiċ-Ċentru ta’ San Franġisk. Aktar tagħrif fin-noticeboard tal-parroċċa.

8. Wasal Kliem il-Hajja. Nitolbu lid-distributturi biex jiġbruhom mill-uffiċċju parrokkjali it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.

9. Nitolbu għal ruħ Rita Tanti li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 1 t’April 2018 – L-Għid il-Kbir

Il-Qawmien mill-Imwiet ta’ Sidna Ġesu’ Kristu  –  Sena B

1. Nhar it-Tnejn jibda t-tberik tal-Familj. It-Tberik filgħodu jibda fid-9.00 am u filgħaxija jibda fl-4.30 pm :

Tnejn filgħodu: Triq il-Ferrovija, Sqaq il-Għajn u Triq id-Duluri.

Tnejn filgħaxija: Triq il-Franġiskani.

Tlieta filgħodu: Triq Indri Cilia u Triq il-Kunċizzjoni.

Tlieta filgħaxija: Triq Villambrosa.

Erbgħa filgħaxija: Triq Manwel Magri u Triq Ġuze Maria Camilleri.

Il-Ħamis filgħodu: Triq Edgar Vella, Triq Vitale u Triq Pawlu Burlo’.

Ġimgħa filgħaxija: Triq Mons Depiro u Triq il-Kappillan Muscat.

2. Nhar it-Tlieta ser issir adorazzjoni fil-Kappella tal-Adorazzjoni, immexxija mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7.00pm.

3. Nhar l-Erbgħa, wara il-quddiesa tat-8.15 am, se ssir laqgħa tas-Social Club tal-anzjani.
4. Nhar il-Ħamis lejliet l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar se jkun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm. Wara se jiltaqa’ l-KPP fis-sala Dun Manwel.
5. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30 pm tibda l-Adorazzjoni, fis-6.10 pm ikollna l-Għasar kantat.
6. Nifirħu lil Fr Elmar Pace żgħażugħ mill-parroċċa tagħna li nhar is-Sibt filgħodu flimkien ma’ 8 djakni oħra se jircievi l-ordinazzjoni presbiterali fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna.

7. Id-dħul mill-Cake Sale għall-Puttinu Cares li għamilna l-ġimgħa li laħaq it-€3,400 .Nirringrazzjaw lil dawk kollha li offrew il-cakes, taw id-donazzjonijiet u xtraw l-oġġetti li kienu għall-bejgh kif ukoll lill-helpers li taw l-għajnuna. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li ġabulna l-figolli li se nagħtu fil-quddiesa tat-Tnejn filgħaxija lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.
8. Nitolbu għal ruħ Philip Caruana, Maria Grech, u Frans Curmi li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

9. Matul din il-ġimgħa se tirċievu leaflet fuq il-proġett tal-Via Lucis li se jinkludi 14-il pannell li se jitpoġġew fl-abside tal-Knisja. Il-proġett kollu se jqum €29,032 li ghalih ġa ingħataw €14,460. B’hekk l-ammont li fadlilna niġbru jammonta għal €14,572. Nappellaw lil kull familja tal-parroċċa sabiex jikkontribwixxu għal dan il-proġett tal-50 sena anniversaru tal-Parroċċa li se jkompli jsebbaħ il-Knisja Tagħna.

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018

Id-Dħul Solenni tal-Mulej f’Ġerusalemm

Ħadd-il Palm

Sena Liturġika B

1. Mit-Tnejn sal-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bit-talb tal-għasar.  It-Tnejn fis-7 pm jkollna Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesu’ Kurċifiss. Fis-7.30 pm se jkollna kunċert ta’ mużika sagra mil-Banda Kunċizzjoni. Kulħadd huwa mistieden.

2. Nhar it-Tlieta se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur organizzat mill-parroċċa ta’ San Gejtanu. Il-pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella tal-Museum tal-Blata l-Bajda fis.6.00 pm.

3. Nhar l-Erbgħa, il-Via Sagra se ssir fit-toroq Pawlu Burlo’, Vitale u Dun Edgar Vella fis-5.45 pm. Kulħadd mistieden speċjalment ir-residenti ta’ l-inħawi.

4. Dakinhar ukoll fit-7.30 pm, se ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta. Fil-knisja tal-patrijiet se jitellgħa mużikal fuq il-passjoni fis- 7.30 pm.

5. Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqa. Fis-6.30 p.m. nagħtu bidu għat-Tridu Qaddis tal-Għid b’Konċelebrazzjoni Solenni li fiha issir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa mqaddsa quddiem Ġesu Sagramentat fl-artal ta’ Ripożizzjoni.

6. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huwa obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fl-10 am.fiċ-Ċentru Soċjali tal-irġiel, issir konferenza fuq il-Passjoni tal-Mulej. Fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Jum. Il-knisja tiftaħ fis-2.15 pm.

7. Nhar is-Sibt, fit-8.00 p.m tibda’ l-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.

8. F’Jum il-Għid il-Kbir, fil-quddiesa tad-9.30 am ser isir it-tberik tat-tfal u l-figolli.

9. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna b’risq il-familji fil-bżonn.

10. Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla għalihom u jġibuhom fl-uffiċċju Parrokkjali jew fis-sagristija.

11. Matul din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti fi Triq il-Fatati.

12. Dan il-weekend qed nagħmlu l-Cake sale għal Puttinu Foundation. Fejn il-bieb ta’ barra hemm xi helpers li qegħdin jgħinu billi jbiegħu cakes u figolli li d-dħul kollu minnu se jmur għal din il-kawza sabiħa u mod tajjeb għalina biex nagħmlu karita’ skont il-vanġelu. (Tkun ħaġa sabiħa jekk inħaffulhom ix-xogħol lil dawn il-helpers u nbattlu l-imwejjed li hemm barra l-knisja.)

Il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Sena B

1. Nhar it- Tnejn hija l-festa ta’ San Ġużepp. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija huma mistiedna b’ mod speċjali dawk kollha li jisimhom għal San Ġużepp.

2. Nhar l-Erbgħa fis-7.00pm P. Richard Grech OFM se jmexxi laqgħa għall-membri kollha tal-parroċċa speċjalment għall-koppji li attendew l-eżerċizzi tar-randan.

3. Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri, se issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-possibbiltà tal-qrar. Mill-5.30 sas-6.15 se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal. Infakkru lit-tfal biex iġibu l-karus ta’ l-imħabba magħhom. Mis-6.15 pm sas-7.00 pm ċelebrazzjoni penitenzjali għal kulħadd .Fis-7.00 pm ikollna l-quddiesa. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jersqu għas-sagrament tal-qrar fejn se jkollna numru ta’ saċerdoti disponibbli.

4. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu hekk: fis-6.15; 7.15; 8.15; u quddiesa f’nofsinhar. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-5.30 p.m. u wara toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Kif tidħol l-istatwa fil-Knisja jkollna l-aħħar quddiesa.

5. Nhar il-Ħadd niċċelebraw Ħadd il-Palm. Il-Funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-Żebbuġ u l-palm issir fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu fid-9.00 am, wara tibda l-Purċissjoni għall-Knisja parrokkjali.

6. Min-nhar il-Festa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra se jkun hemm kaxxa apposta sabiex tkunu tistgħu tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom b’risq dawk li huma fil-bżonn.

7. Fil-weekend li ġej il-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation. Nistiednu lill-familji sabiex joffru cake jew figolla li jistgħu iġibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrrokkjali.

8. Din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Dun Edgar Vella .

Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2018

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan,

Sena B

 

1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’  Talb San Franġisk fis-7 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

2. Nhar l–Erbgħa se jsir it-tberik fi Triq Kanonku Bonnici. It-tberik jibda fl-4.30 pm.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa.

4. Nhar Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn l-aħħar minn 3 laqgħat tal-eżerċizzi għal kulħadd. Il-Predikatur se jkun Fr Stefan Attard. Nhar il-Ġimgħa ukoll se jkun hemm adorazzjoni fil-5.30 pm fil-kappella tal-Adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina.

5. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’  Triq idDuluri.

6. Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu se norganizzaw ‘figolli day’ għat-tfal fejn jiltaqgħu fis-sala Dun Manwel jagħmlu l-figolla. It-tfal huma mitluba jġibu 2 euro li tmur għall-“Puttinu Cares”. Il-figolla jeħduha magħhom id-dar.

7. Bejn il-festa tad-Duluri u Ħadd-il Palm, il-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation sabiex ngħinu familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer. Nistiednu lil-familji sabiex joffru cake jew figolla sabiex ikun jista’ jinbiegħ u noffru d-dhul kollu lill-Fondazzjoni. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jġibu l-cakes fl-uffiċċju parrrokkjali fil-ħin ta’ l-uffiċċju.

8. Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġukom biex meta tkunu qed taħsbu għall-figolla għall-qrabatkom, taħsbu ukoll f’dawn ħutna. Il-Figolli tistgħu iġġibuhom fl-uffiċċju parrrokkjali jew fis-sagristija.

9. Nhar Il-Ħamis se jsir coffee morning b’risq ta’ Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.

10. Nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu se mmorru ninviżtaw ir-Redentur ta’ l-Isla. Biljetti mingħand il-helpers.

11. Nitolbu għal ruħ Lorenzo Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.