Il-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018 – il-Ħdax-il Ħadd matul is-sena B

1. Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa tat-8.15 am ikun hawn il-laqgħa tas-social club tal-anzjani fis-sala Dun Manwel.

2. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-Novena bi preparazzjoni għall-Festa Titulari li se niċċelebraw fl-1 ta’ Lulju. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem ta’ dawk kollha li huma nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa kif ukoll Soċjetajiet Ċivili fil-Ħamrun. Wara l-Quddiesa jkun hawn Adorazzjoni b’intenzjoni għall-ġid spiritwali tal-festa.

3. Nhar il-Ħamis ukoll, se jkollna l-Carcade madwar it-toroq tal-Parroċċa. Fis-7.30 pm isir it-tberik tal-karozzi u tingħata tifkira. Il-Carcade tkompli mat-toroq tal-parroċċa.

4. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għall-membri tal-parroċċa li mietu mill-Festa tas-sena l-oħra ’l hawn.

5. Nhar is-Sibt sejrin nagħtu d-demm. Dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-67 sena u jixtiequ jiġu għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identita’. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.30 am.

6. Is-Sibt ikollna l-Ħruġ tal-Vara min-niċċa. Fis-5.45 p.m. il-Kor Parrokkjali jesegwixxi għanjiet u jsir qari ta’ Poeżiji fuq il-Madonna. Fis-6.30 pm. l-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-ġranet tal-Festa. Għal din il-quddiesa qed jiġu mistiedna dawk il-membri tal-parroċċa kollha li huma msemmija għal Marija Immakulata.

7. Nhar il-Ħadd: Jum il-Familja. Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna.

8. Bi tradizzjoni fil-jiem tal-Festa l-knisja tagħna inżejjnuha bil-fjuri friski. Nistiednu lil dawk li jixtiequ jgħinu billi jagħtu donazzjoni lill-Kappillan fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.

9. Nhar il-Ħadd 24 ta’ Ġunju se jsir bbq fil-pjazza Kappillan Mifsud organizzata mil-Grupp Armar b’risq il-Festa. Biljetti mingħand il-helpers.

10. Nhar it-Tlieta se ssir ħarġa għall-Birżebbuġa . Tluq fis-1.30 pm.

11. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-missirijiet kollha. Wara l-quddiesa nistiednu lill-missirijiet u l-irġiel miżżewġa sabiex jersqu lejn l-artal ħa tingħatalhom tifkira.

12.  Fis-Sala Dun Manwel qed tittella’ wirja ta’ pittura reliġjuża. Kulħadd huwa mistieden.

13. Infakkru li l-ġbir kollu li jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej imur għall-ispejjeż tal-festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi.

Tags: No tags

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *