Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2018

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan,

Sena B

 

1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’  Talb San Franġisk fis-7 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

2. Nhar l–Erbgħa se jsir it-tberik fi Triq Kanonku Bonnici. It-tberik jibda fl-4.30 pm.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa.

4. Nhar Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn l-aħħar minn 3 laqgħat tal-eżerċizzi għal kulħadd. Il-Predikatur se jkun Fr Stefan Attard. Nhar il-Ġimgħa ukoll se jkun hemm adorazzjoni fil-5.30 pm fil-kappella tal-Adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina.

5. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’  Triq idDuluri.

6. Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu se norganizzaw ‘figolli day’ għat-tfal fejn jiltaqgħu fis-sala Dun Manwel jagħmlu l-figolla. It-tfal huma mitluba jġibu 2 euro li tmur għall-“Puttinu Cares”. Il-figolla jeħduha magħhom id-dar.

7. Bejn il-festa tad-Duluri u Ħadd-il Palm, il-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation sabiex ngħinu familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer. Nistiednu lil-familji sabiex joffru cake jew figolla sabiex ikun jista’ jinbiegħ u noffru d-dhul kollu lill-Fondazzjoni. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jġibu l-cakes fl-uffiċċju parrrokkjali fil-ħin ta’ l-uffiċċju.

8. Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġukom biex meta tkunu qed taħsbu għall-figolla għall-qrabatkom, taħsbu ukoll f’dawn ħutna. Il-Figolli tistgħu iġġibuhom fl-uffiċċju parrrokkjali jew fis-sagristija.

9. Nhar Il-Ħamis se jsir coffee morning b’risq ta’ Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.

10. Nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu se mmorru ninviżtaw ir-Redentur ta’ l-Isla. Biljetti mingħand il-helpers.

11. Nitolbu għal ruħ Lorenzo Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018

It-Tielet Ħadd tar-Randan,

Sena B

1. Nhar l-Erbgħa se jsir it-tberik fi Triq Lord Byron u Triq Adelaide Cini. It-tberik jibda fl-4.30 pm.

2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa.

3. Nhar Ġimgħa fis-7.00 pm se jkun hawn it-tieni minn 3 laqgħat li se jieħdu post l-eżerċizzi għal kulħadd.

4. Nhar is-Sibt fid-9.00 pm se ssir adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Ikollna t-trasport minn quddiem il-Knisja.

5. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Danny Cremona.

6. Il-Ġabra speċjali għas-Seminarju li għamilna l-ġimgħa li għaddiet leħħqet elf u disa’ u tletin euro. Nirringrazzjaw lil kulħadd.

7. Tlett ġimgħat oħra l-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation sabiex ngħinu familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer. Nistiednu lill-familji sabiex joffru cake sabiex ikun jista’ jinbiegħ f’Ħadd il-Palm u noffru d-dħul kollu lill-Fondazzjoni.

8. Nhar l-Erbgħa se ssir ħarġa għall-anzjani bil-quddiesa fil-Birgu. Tluq fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-ħelpers.

9. Il-Ħamis 15 ta’ Marzu jsir coffee morning b’risq ta’ Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.

10. Nitolbu għal ruħ Maryanne Chircop li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 25 ta’ Frar 2018

It-Tieni Ħadd tar-Randan,

Sena B

1. Nhar il-Ħamis se jkun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm u wara jiltaqa il-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

2. Nhar il-Ġimgħa fis-7 pm se jkun hawn l-ewwel minn 3 laqgħat li se jiehdu post l-eżerċizzi għal kulħadd. Il-predikatur se jkun Fr Paul Sciberras li huwa lecturer fuq l-Iskrittura fl-Universita’.

3. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parroċċa din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Barth.

4. Nhar l-Erbgha 8 ta’ Marzu fid-9.00 am se ssir ħarġa għall-anzjani bil-quddiesa fil-Birgu. Biljetti mingħand il-helpers.

5. Nitolbu għal ruħ Ines Borg, Emanuel Brincat kif ukoll għas-soċja Ines Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018

L-Ewwel Ħadd tar-Randan,

Sena B

1. Nhar it-Tnejn, se ssir quddiesa fil-5.30 pm. fejn fiha se nlaqqgħu lit-tfal kollha tad-duttrina flimkien mal-ġenituri fejn se nqassmulhom il-Karus tal-Imħabba biex fih ipoġġu l-offerti tagħhom, frott tas-sagrifiċċju tar-Randan. Dak li jinġabar minn dawn il-karusijiet se jmur għad-Dar tal-Providenza. Fis-6.30 pm ssir il-Via Sagra. Fis-7.00 pm ikun hawn l-eżerċizzi tal-miżżewġin Il-Predikatur se jkun P. Richard S. Grech Provinċjal tal-Franġiskani.

2. L-Erbgħa jkun hemm il-laqgħa tas-social Club fis-Sala Dun Manwel wara l-quddiesa tat-8.15 am. Nhar l-Erbgħa wkoll se naghtu bidu għat-tberik tal-Familji ta’ Triq Ġuze Pace u Triq Pace Forno. Nibdew fl-4.30pm.

3. Navżaw li qed jinġabru l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-Festa. Tistgħu iġġibuhom fis-sagristija jew fl-uffiċċju Parrokkjali.

4. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parrocca din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Alexander.

5. Navżaw li s-sibt u l-Ħadd li ġejjin se nagħmlu l-Ġabra speċjali għas-Seminarju.

6. Nitolbu għal ruħ Joseph Storace li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018

Is-Sitt Ħadd matul is-sena

Sena Liturġika

1. Għal matul il-50 anniversarju tal-parroċċa, għamilna kandelabru sabiex kull ġimgħa tinxtegħel xemgħa li tirrappreżenta waħda mit-toroq tal-parroċċa biex matul dik il-ġimgħa nitolbu għall-familji li joqgħodu f’dik it-triq. Il-familji tat-triq li jkun imissha, se jiġu avżati. B’hekk sal-aħħar tas-sena nkunu għamilna sensiela bħal katina sħiħa ta’ talb għall-familji kollha tal-Parroċċa tagħna.

2. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

3. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza/sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm quddiesa kantata.

4. Nhar l-Erbgħa fil-5.30 pm se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.

6. Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta’ Ġesu Kurċifiss. Nitilqu fis-6.00 pm. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm ikollna l-quddiesa.

7. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra u fis-6.10 pm jitkanta l-għasar u fis-6.30 pm quddiesa.

8. Nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar ikun hawn l-Eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun P. Richard S. Grech Provincjal tal-Franġiskani.

Il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018

Il-Ħames Ħadd matul is-sena
Sena Liturġika B

1. Nhar il-Ħamis se jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

2. Nhar is-Sibt hija s-Solennita’ ta’ Missierna San Pawl. Dak inhar hija Festa kmandata ghalhekk il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl.

3. Nhar is-Sibt se ssir l-Adorazzjoni fil-Knisja parrokkjali ta’ Ħ’Attard għall-qdusija tas-saċerdoti. Ikollna t-trasport li jitlaq minn quddiem il-knisja fit-8.15 pm.

4. Nhar l-Erbgħa iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Wara se mmorru naraw ukoll il-film “The Shipwreck of Saint Paul” għand iċ-ĊAK Birkirkara. Biljetti mingħand il-helpers.

5. Navżaw li mal-ħarġa tal-FLIMKIEN ta’ Frar qed inqassmu envelop sabiex nibdew nilqgħu d-donazzjonijiet għall-Festa ta’ din is-sena. Fih issibu rendikont finanzjarju tal-Festa li għaddiet. Napprezzaw ħafna l-ġenerożita’ tagħkom.

6. Nitolbu għal ruħ Raymond Vassallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2018

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika B

  1. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Nhar l-erbgħa 7 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Se mmorru naraw ukoll il-Film “The Shipwreck of Saint Paul” fiċ-ĊAK Birkirkara. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn skejjel tal-Gvern u indipendenti.  Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja.
  4. Nitolbu għal ruħ Albert Cassar u George Brown li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018

Il-Ħadd 21 ta’ Jannar, 2018
It-Tielet Ħadd matul is-sena

Sena Liturġika B

1. Għada t-Tnejn fis-7 pm fis-sala Dun Manwel se ssir laqgħa għal dawk li jattendu l-Kappella tal-Adorazzjoni.
2. Nhar l-Erbgħa ser issir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru tal-anzjani għall-knisja ta’ Santa Maria tal-Anġli Baħar ic-Ċaghaq. Biljetti mingħand il-helpers.
3. Nhar il-Ġimgha se jsir HEALING SERVICE minn Dr John fil-knisja tagħna fis-7.30 pm. Kulħadd mistieden.
4. Fl-okkażjoni tal-50 sena tal-parroċċa se titqassam xbieha tal-Madonna tal-Kunċizzjoni li tibqa’ għall-ġimgħa f’kull dar, imbagħad fil-ġimgħa ta’ wara tgħaddi f’dar oħra bl-għajnuna tal-helpers tagħna. Għalhekk nitolbukom li taċċettaw din ix-xbieha fid-dar tagħkom u titolbu ir-rużarju bħala familja.

Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018

It-Tieni Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika B

    1. Nhar it-Tlieta se jkun hawn Adorazzjoni fil-Kappella tal-Adorazzjoni, organizzata mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Franġisk fis-7.00 pm.
    2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
    3. Navżaw li bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar, il-Knisja se tiċċelebra Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara. Għal din l-okkażjoni nhar il-Ħamis li ġej fis-6.30 pm se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna. Kulħadd huwa mistieden.
    4. Nhar il-Ħamis se norganizzaw Coffee Morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
    5. Nhar it-Tnejn, 22 ta’ Jannar fis-7.00 pm fis-sala Dun Manwel se ssir laqgħa għal dawk li jattendu l-Kappella tal-Adorazzjoni. Imexxi il-laqgħa Dun Ġużepp Mifsud Bonnici.
    6. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Jannar se ssir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru tal-Anzjani għall-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar-iċ-Ċagħaq. Biljetti mingħand il-helpers.
    7. Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar se jsir Healing Service  minn Dr. John fil-Knisja tagħna fis-7.30 pm. Kulħadd huwa mistieden.
    8. Nitolbu għal ruħ Alfons Genovese, Rita Zammit, Rita Formosa, Mary Bartolo u Paula Dimech li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar 2018

Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej

Sena Liturġika B

  1. Għada t-Tnejn fis-7.00 pm fiċ-Ċentru tal-Irġiel issir il-Laqgħa għal Kulħadd mill-Koperaturi tal-Museum.
  2.  Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ikun hawn Adorazzjoni  mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
  3. Nhar is-Sibt se ssir l-Adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’ Elena Birkirkara.  It-trasport jitlaq minn quddiem il-knisja fit-8.15 pm.
  4. Nhar is-Sibt fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, l-għarajjes huma mistiedna għall-Quddiesa li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu mal-Arċisqof.
  5. L-istrina tal-Parroċċa laħqet it-€3,008 filwaqt li l-Ġabra Speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet €1,494. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  6. Il-Museum tal-Bniet jixtieq javża li l-Mużew se jerġa’ jiftaħ it-Tnejn 15 ta’ Jannar.
  7. Nitolbu għal ruħ Victor Galea, Mary Carr u Maryanne Conti li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.