Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2023

It-Tielet Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

      1. Din il-ġimgħa nkomplu bin-novena tal-Milied, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nkantaw il-kurunella tal-Bambin Ġesu’. Inħeġġukom biex tattendu għan-novena ħalli nagħmlu mill-Milied, festa spiritwali.

      2. Minn mindu il-Mulej sejjaħ għal għandu lil Patri Elija Vella, il-quddiesa ta’ Liberazjoni li kienet issir San Pawl il-Baħar kull xahar, aħna bħala eżorċisti, ddeċidejna li nibdew nagħmluha fi knejjes differenti. Għalhekk propju nhar il-Erbgħa fis-6:30 pm ser issir quddiesa bit-talb ta’ liberazzjoni fil-knisja Parrokkjali tagħna.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex niġu nitolbu u nfaħħru lil Alla, filwaqt li nitolbu l-protezzjoni tiegħu mit-tfixkil tax-xitan.

      3. Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6:00 pm bis-sehem tat-tfal. Inħeġġu tfal iġibu magħhom bambin jew presepju żgħir biex inberkihom. Ir-rużarju ikun fil-5:30 pm.

      4. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9:30 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

      5. Matul dawn il-ġranet tal-avvent ġew impoġġija qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei.  L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Nitolbukom tkunu ġenerużi ma’ dawn it-tfal li mhux se jqattgħu il-Milied mal-familji tagħhom.

      6. Nhar is-Sibt ir-raba Ħadd ta’ l-Avvent. Fil-5:45 pm ir-rużarju, 6:10 pm talb tas-Salmi u wara quddiesa.

      7. Is-Superjur tal-Museum jixtieq javża li l-Museum tagħna ġie mistieden biex jieħu sehem fil-Purċissjoni Nazzjonali fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru fis-6:00 pm. Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ biex nakkumpanjaw il-Purċissjoni.  Għalhekk se jiġi pprovdut trasport minn quddiem il-Knisja tagħna fil-5:15 pm.  Jekk tkunu tixtiequ tistgħu tkellmu lis-Superjur jew iċċemplu fuq in-numru li hemm fin-notice board.

      8. Nhar il-Ħadd huwa lejliet il-Milied. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.  Imbagħad fil-10:45 pm tibda’ l-velja u f’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Għal velja se jkollna kant, drama u se jkollna sorpriża sabiħa.  Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin u nieħdu xi ħaġa sħuna.

      9. Se jiġi organizzat party għat-tfal fis-Sala Dun Manwel nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru bejn 4:00 pm – 6:00 pm. Għal booking u aktar dettalji fin-notice board tal-knisja.

      10. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

        1.  

Tags: No tags

Comments are closed.