Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru 2019 – It-Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Illum se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma fil-quddiesa tad-9.30 am minn Mons. Arcisqof Charles Scicluna. 
  2. Nhar il- Ġimgħa huwa 1 ta’ Novembru  l-festa tal-qaddisin kollha u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ir-rużarju ikun fis-6 pm. Wara l-quddiesa ikun hemm adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar  is-Sibt 2 ta’ Novembru ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin kollha. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: fis-6.15; 6.45; 7.15; 7.45 u fit-8.15 am . Filgħaxija jkollna rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa  għall-erwieħ tal-parruċċani  li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra.
  4. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja.
  5. Nhar il-Ħadd fit-tifkira tal-75 anniversarju meta l-Istatwa Titulari tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla kienet meħuda fil-Knisja ta’ Sant’ Elena Birkirkara fi żmien il-gwerra, se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal–Kunċizzjoni minn Bormla għall-Birkirkara.  Dakinhar għall-ħabta tal-10.15 am il-pellegrinaġġ se  jieqaf  quddiem il-knisja Parrokkjali tagħna u se jsir programm żgħir ta’ talb u kant Marjan. Kulħadd hu mistieden jattendi.
  6. Infakkrukom fil-bazaar li qed isir fiċ–ċentru parrokkjali. Għalhekk  inħeġġukom biex wara l-quddiesa tmorru tixtru u tgħinu lill-knisja.

Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2019 – Id-Disa’ u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar il-Ġimgħa,  se jingħad ir-Rużarju fil-ġnien Oreste Chircop  fit-Triq Alexander  fil-5.30 pm  Ir-Residenti tal-inħawi huma mħeġġa li jattendu.
  2. Nhar il-Ġimgħa ukoll fis-7.15 pm wara r-rużarju se jkun hawn il-prova tal-Griżma.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna, se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-quddiesa tad-9.30 am.
  4. Nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru b’tifkira tal-75 sena anniversarju meta l-Istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla kienet meħuda fil-Knisja ta’ Santa Elena Birkirkara fi żmien il-gwerra, se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal–Kunċizzjoni minn Bormla għall-Birkirkara.  Dakinhar għall-ħabta tal-10 am il-pellegrinaġġ se  jgħaddi minn quddiem il-knisja parrokkjali tagħna u se jsir programm żgħir ta’ talb u kant Marjan. Kulħadd hu mistieden jattendi.
  5. Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru  fis-6.00 p.m. se ssir Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina b’suffraġju għal erwieħ tas-saċerdoti, reliġjużi irġiel u nisa mejtin. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal din il-quddiesa bħala rikonoxximent għall-ħidma fejjieda li dawn il-persuni kkonsagrati wettqu fi ħdan il-Knisja lokali u universali.
  6. Minn nhar  il-Ġimgħa  se jibda il-bazaar fis-Sala Dun Manwel. Għalhekk inħeġġukom biex tiġu tixtru u tgħinu lill-Parroċċa.
  7. Nhar il-Ħamis se jsir coffee morning b’risq il-parroċċa.  Biljettti mingħand il-helpers. Tluq fid-8.45 am.
  8. Barra fejn il-bieb hemm għall-bejgħ kalendarji b’risq il-missjoni. Infakkru lil dawk li għadhom ma ġabux  l-envelope tal-Missjoni biex jagħmlu dan, jekk jista’ jkun, matul din il-ġimgħa. L-envelopes tistgħu iġġibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrokkjali.

Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru 2019 – It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00p.m., fiċ-Centru Soċjali ta’ l-Irġiel,  ikun hawn  il-laqgħa minn koperatur tal-Museum għall-kulħadd.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej se niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Għalhekk il-ġbir kollu ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jmur għall-Missjoni tal-Knisja Kattolika. Infakkarkom ukoll fl-envelopes li tqassmu fid-djar tagħkom biex  iġġibuhom il-Knisja jew l-uffiċċju parrokkjali. Se jkun hemm ukoll kalendarji għall-bejgħ.
  3. Mill-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru se jkollna l-bazaar tal-parroċċa. Tistgħu tgħinu billi iġġibu xi preserves u  tpoġġuhom fil-qfief li hemm fejn il-bibien. Il-Helpers tal-parroċċa qed jiġbru wkoll mid-djar.
  4. Ser isir ħarġa bil-quddiesa organizzata mis-Social Club tal-anzjani nhar il-Erbgħa 23 ta’ Ottubru. Inżuru wkoll il-Mużew tal-knisja ta’ Ħaż-Żabbar. Biljetti mingħand il-helpers.
  5.  Il-Kor Parrokkjali jixtieq jistieden kemm irġiel u kemm nisa biex jidhlu fil-Kor. Il-Kor jiltaqa’ kull nhar t’ Erbgħa għar-rehearsals u dawk li huma interessati jistgħu jiġu nhar l-Erbgħa fis-7.00 pm.
  6. F’għeluq il-100 sena tat-trasport tal-vdalijiet tal-Venerabbli Adelaide Cini ġewwa l-kappella tal-istitut Cini, Mons. Arċisqof se jiċċelebra quddiesa fl-istess istitut nhar it-Tlieta li ġejjin fis-7.00 pm. Kulħadd mistieden.

Il-Ħadd 5 t’Ottubru 2019 – Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
  2. Minn din il-ġimgħa se jibda jsir il-ġbir tal-preserves għall-bazaar tal-parroċċa li se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom. Fejn il-bieb ukoll ser ikun hemm qfief fejn tistgħu tpoġġu l-preserves.
  3. Is-Superjur tal-Museum jixtieq javża li millum il-Ħadd  se jibdew il-konferenzi għall-adulti ta’ kull nhar ta’ Ħadd fuq suġġetti reliġjużi varji fil-Museum tas-Subien ta’ Barth Street. Il-ħin ikun fis-6.30 pm. Kulħadd huwa mistieden.
  4. Nhar il-Ħamis se jsir coffee morning b’risq il-parroċċa.  Tluq fid-8.45 am.
  5. Se ssir ħarġa bil-quddiesa organizzata mis-Social Club tal-anzjani nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ottubru. Inżuru l-Museum tal-knisja ta’ Ħaż-Żabbar. Biljetti mingħand il-helpers.
  6. Il-Ġabra għall-Art Imqaddsa laħqet €760. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  7. Bħalissa qed jinħass nuqqas ta’ voluntiera għat-tindif tal-knisja.  Napprezzaw ħafna jekk hawn min jista’ joffri xi ftit tal-ħin fil-ġimgħa preferibbilment il-Ġimgħa jew is-Sibt.

Il-Ħadd 29 ta’ Settembru – Is-Sitta u għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Fl-okkażjoni ta’ egħluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu il-Kappillan se jqaddes quddiesa ta’ radd-il ħajr lil Alla għada llejla  fis-6 pm. Għalhekk il-quddiesa mhux ser tkun fis-6.30 pm imma fis-6 pm.
  2. Ix-xahar t’ Ottubru huwa  ix-xahar dedikat lil Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa minn nhar t-Tlieta ir-rużarju jibda jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.15 am u wara l-quddiesa tas-6.30 pm għal matul ix-xahar ta’ Ottubru.
  3. Nhar it-Tlieta  fil-quddiesa tas-6.30 pm  nagħtu bidu għal sena oħra ta’  ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment  lil membri tal-Kummissjonijiet u għaqdiet tal-parroċċa u lajċi mpenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla fuq il-ħidma pastorali li se nwettqu matul din is-sena. Wara, se jiltaqa’ l-Kunsill  Pastorali Parrokkjali  fis-Sala Dun Manwel. Dakinhar ir-rużarju se jingħad fis-6 pm.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgha tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Dakinhar ir-rużarju jingħad fis-6:00 pm
  5. Nhar is-Sibt fil-quddies ta’ filgħodu niċċelebraw il-Festa ta’ Santa Faustina.
  6. Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja.
  7. Fl-okkażjoni tal-50 sena minn mindu beda jsir talb għall-qdusija tal-kleru, nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru ser issir fil-parroċċa tagħna. Din tibda bil-quddiesa  fid-9.00 pm u wara adorazzjoni. Nħeġġukom li tatendu .

Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2019 – Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar it-Tlieta ser isir coffee morning . Nitilqu fit-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  2. Nhar l-Erbgħa se ssir l-ewwel  laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani.  Se nibdew bil-quddiesa tat-8.15 am wara niltaqgħu fis-Sala Dun Manwel.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Il-Kummissjoni Festa qed torganizza  ftira night u tombla nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm fis-sala parrokkjali. Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew librerija.
  5. Nhar il-Ħadd  li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir quddiesa bis-sehem tat-tfal bħala bidu tas-sena skolastika. Fil-quddiesa se jsir it-tberik tat-tfal u tal-basktijiet ta’ l-iskola. It-tfal u l-ġenituri huma mħeġġa li jattendu.
  6. Fl-okkażjoni ta’ egħluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu, il-Kappillan se jqaddes quddiesa ta’ radd-il ħajr lil Alla nhar il-Ħadd li gej fis-6 pm. Għalhekk il-quddiesa mhux ser tkun fis-6.30 pm imma fis-6 pm.
  7. Il-Kunsill Lokali Ħamrun  se jkun qed jilqa’ r-reġistrazzjoni għat-tilqima tal-influwenza għall-persuni li ghalqu l-55 sena. Din tista’ ssir fl-uffiċċju tal-Kunsilll bejn it-8.30 am u nofsinhar sal-Ġimgha 28 ta’ Settembru.
  8. Il-moviment ta’ Kana qed jistieden operaturi pastorali li jaħdmu fil-qasam tal-familja għal-laqgħa li ser isir il-Ġimgħa li ġej.  Fl-Istitut Kattolika, fis-7 pm.
  9. Din il-ġimgħa ser tibda r-reġistrazzjonijiet tat-tfal tad-duttrina. Għall-bniet issir reġistrazzjoni fl-uffiċċju parrokkjali biss filwaqt li għas-subien trid issir reġistrazzjoni kemm fil-qasam tal-museum u kemm fl-uffiċċju parrokkjali.

Il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2019 – L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Il-Kummissjoni Festa qed torganizza  ftira night u tombla nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru fis-7.30 pm fis-sala parrokkjali.  Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali jew librerija.
  3.  Il-Kunsill Lokali Ħamrun  se jkun qed jilqa’ r-reġistrazzjoni għat-tilqima tal-influwenza għal persuni li għalqu l-55 sena. Din tista’ ssir fl-uffiċċju tal-Kunsilll bejn it-8.30 am u nofsinhar sal-Ġimgħa 28 ta’ Settembru.
  4. Nixtiequ navżaw li l-Ħadd 29 ta’ Settembru il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun fis-6.00 pm.
  5. Nitolbu għal ruħ Sister Giovanna Busuttil u Henry Attard li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  6. Navżaw li matul din il-ġimgħa l-quddiesa tas-6.15 am mhux se ssir.

Il-Ħadd 8 ta’ Settembru – Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

Avviżi

  1. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, ser issir laqgħa minn koperatur tal-Museum. Kulħadd huwa mistieden għaliha.
  2. Nhar it-Tlieta filgħodu ser issir ħarġa għal Birżebbuġa.  Nitilqu fid-8.45 a.m. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. ikun hawn l-Adorazzjoni immexxija mill-Grupp Ħniena Divina.
  4. Fl-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Anzjani, il-Caritas  ser torganizza quddiesa nhar il-Ħamis, fl-10 a.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza trasport għal din l-okkażjoni . Nitilqu fid-9 a.m. Biljetti mingħand il-helpers
  5. Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-kappella ta’ Sant’Anna iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, fid-9.00 p.m.

Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2019 – It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avvizi

  1. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgha tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar l-Erbgħa fis-7:00 pm jibdew ir-rehearsals tal-kor parrokkjali. Il-Kor, li jiltaqa’ kull nhar t’Erbgħa, jistieden kemm irġiel u kemm nisa biex jiffurmaw parti  mill–Kor Parrokkjali.
  3. Fl-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Anzjani ser issir quddiesa nhar il-Ħamis, 12 ta’ Settembru, fl-10:00 a.m. fis-Santwarju Bażilika tal-Assunta, il-Mosta. Iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza trasport għal din l-okkażjoni . Nitilqu fid-9:00 am . Biljetti mingħand il-helpers.  
  4. Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed tiftaħ x-Xahar tal-Ħolqien b’quddiesa u taħdita fis-6.30 pm li se ssir f’Dawret ix-Xatt ġewwa x-Xgħajra nhar it-Tlieta 3 ta’ Settembru.  Kulħadd mistieden jattendi.
  5. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Tereza Gerada u Margerita Magri li mietu matul din il-ġimgħa .Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu 2019 – L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa se ssir ħarġa b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-ħelpers u tluq ikun fis-1.30 pm minn ħdejn il-Knisja.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali għall-Air Conditioners tal-Knisja.
  4. Nitolbu għal ruħ Alvin Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.