Il-Ħadd 2 t’Awwissu 2020, it-Tmintax-il Ħadd matul is-sena A

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis lejliet  l-Ewwel Ġimgha tax-xahar ser isir adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Minn nhar it-Tnejn ser nerġgħu niftħu l-kappella tal-Adorazzjoni. Importanti li żżommu d-distanza kif inhuma ippustjati s-siġġijiet u tagħmlu s-santizer.  Il-kappella se tkun miftuħa mis-7 am sat-8 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u nhar ta’ Sibt mis-7 am sa Nofinhar. Il-Ħadd u festi pubbliċi ma tkunx miftuħa.
  3. Hemm il-ħsieb li nerġgħu nagħmlu lotterija li titla mal-lottu pubbliku. Dawk li huma nteressati li jżommu xi numru partikulari jiġu waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju jkellmuna jew jiktbulna isimhom, indirizz, telefon number u numru li jixtiequ u jimpustawhomlna fil-letter box tal-uffiċċju.
  4. Navżaw li t-Tnejn 10 ta’ Awwissu se ssir l-ewwel Qrara tal-Bniet fil-5.00 pm fil-Knisja Parrokkjali filwaqt li dik tas-subien se ssir l-għada t- Tlieta 11 ta’ Awwissu fl-istess ħin. L-Erbgħa 12 t’ Awwissu fis-7.00 pm fil-knisja se ssir laqgha għall-ġenituri li fih titla wkoll il-polza.
  5. Il-Vigarju ħareġ ċirkulari sabiex iħeġġiġna nkomplu nħarsu l-ħajja tagħna u ta’ xulxin billi speċjalment: a) inżommu d-distanza soċjali ta’ żewġ metri (għal dan il-għan ma jistgħux joqgħod persuni f’nofs il-bankijiet ħlief familji), b) nużaw is-sanitizers u c) nisħqu fuq l-importanza tal-użu tal-maskri/visors speċjalment għall-persuni vulnerabbli u anzjani.

Il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 – Is-Sbagħtax-il Ħadd matul is-sena A

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Ġimgħatejn oħra se sssir l-Ewwel Qrara tat-tfal li se jagħmlu l-preċett. It-Tnejn 10 t’ Awwissu għall-bniet u t-Tlieta 11 ta’ Awwissu għas-subien. Il-ħin ikun fil-5.00 pm fil-Knisja Parrokkjali.
  3. Infakkrukom li l-Ħadd li ġej nagħmlu l-Ġabra speċjai għall-parroċċa.
  4. Nitolbu għal ruħ Mansweta Pirrone li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 12 ta’ Lulju 2020 – Il- 15-il Ħadd matul is-sena A

Avvizi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Il-ġbir għall-festa li għamilna kemm il-Ħadd ta’ qabel u kemm f’jum il-festa nġabret is-somma ta’  €1,859. Nirringrazzjawkom u nieħdu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw kull tip ta’ għajnuna sabiex ikollna festa sabiħa u devota anke jekk kellna inqas minn ġimgħa biex nippreparawha.

Il-Ħadd 5 ta’ Lulju 2020 – L-14-il Ħadd matul is-Sena. Festa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Avvizi

  1. Illum il-Ħadd bħal se niċċelebraw il-festa titulari. Il-quddies se jkunu bħas-soltu, fis-6.30 am u fit-8.00 am. Fid-9.30am niċċelebraw il-festa b’quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan tal-parroċċa tan-Nazzarenu Patri Joe Cilia. Il-quddiesa tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-orkestra. Patri Joe Cilia li hu mil-Hamrun, din is-sena jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tiegħu. Wara jkollna l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu fil-11.00 am.
  2. Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6.00 pm  biex fis-7.00 pm jibda l-l-Pellegrinaġġ Aux Flambeaux immexxi mill-Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Kanonku Dun Walter Cauchi,  li jgħaddi minn: Triq Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri Cilia, Triq il-Ferrovija, Triq Maintland, Triq id-Duluri, Triq Dun Edgar Vella,  Triq Vitale, Triq Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Kappillan Mifsud.  Matul il-pellegrinaġġ ser nirringrazzjaw lill-Madonna permezz tar-Rużarju u se jkollna l-Banda Immakulata Kunċizzjoni li se takkumpanjana b’innijiet Marjani. Fid- 9.00 pm jidħol il-Pellegrinaġġ u tingħata l-Barka sagramentali.
  3. It-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament għal dawk kollha li ħadu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa.
  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  5. Hekk kif din il-ġimgħa ġew riveduti r-restrizzjonijiet għall-quddiesa, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li tawna l-għajnuna bħala Ushers fl-ewwel tlett ġimgħat mindu beda jsir il-quddies.
  6. Nitolbu għal ruħ  Ġemma Farrugia li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 2020 – It-Tlettax-il Ħadd matul is-sena A

Avvizi

  1. It-Tnejn hija l-Festa ta’ San Pietru u San Pawl. Hija Festa pubblika u tkun ħaġa sabiha li nqaddsu din il-ġurnata bil-quddiesa.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm
  3. Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd ser issir il-Festa tal-Parroċċa tagħna. Din is sena l-festi f’Malta se jsiru b’mod ridott li se jikkonsistu f’ quddiesa solenni u pellegrinaġġ.
  4. Il-quddies filgħodu l-Ħadd se jkunu fis-6.30 am u fit-8.00 am. Fid-9.30 am niċċelebraw il-festa b’quddiesa solenni, immexxija mill-Kappillan tal-parroċċa tan-Nazzarenu Patri Joe Cilia, li hu mil-Hamrun u li din is-sena jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tiegħu. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali u l-orkestra, Wara jkollna l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu fil-11.00 am.
  5. Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis -6.00 pm  biex fis-7.00 pm jibda l-Pellegrinaġġ Aux Flambeaux immexxi mill-Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Kanonku Dun Walter Cauchi. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn: Triq Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri Cilia, Triq il-Ferrovija, Triq Maintland, Triq id-Duluri, Triq Vitale, Triq Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Kappillan Mifsud.  Matul il-pellegrinaġġ se nirringrazzjaw lill-Madonna permezz tar-Rużarju u se nkunu akkumpanjati mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni b’innijiet Marjani. Fid- 9.00 pm jidħol il-Pellegrinaġġ u tingħata l-Barka sagramentali.
  6. Nhar it-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem ta’ dawk li ħadmu fl-organizzazzjoni tal-festa.
  7. Illum qed nagħmlu l-unika ġabra speċjali għall-festa parrokkjali. Ma ninsewx nitfgħu l-offerta tagħna fil-qfief ħdejn il-bieb ta’ barra.

Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 2020 – L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena A

                         

Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal li jattendu id-dutrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Dakinhar it-tfal jingħataw il-karus ta’ mħabba  ħalli l-flus li jinġabru jingħataw lid-Dar tal-Providenza.  Wara l-quddiesa ikun hawn il-Via Sagra.
  2.  Nhar it-Tnejn  ukoll, ikun hawn l-eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun Mons. Charles Attard, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.
  3. Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
  4. Nhar l-Erbgħa wkoll se nagħtu bidu għat-tberik tal-Familji ta’ Triq Villambrosa. Nibdew fl-4.30 pm.
  5. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm ikollna l-Via Sagra, fis-  6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  6. Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’ tixrid tal Coronavirus, sakemm jingħataw direttivi oħra it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja ghandu jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.
  7. Infakkru lil dawk li għadhom ma ġabux l-envelope tal-Festa sabiex jew iħalluh fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  8. Nitolbu għal ruħ Frankie Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 23 ta’ Frar 2020 – Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena A

 AVVIŻI

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittekilx laħam) /sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18 il-sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm toħroġ il-quddiesa kantata.
  2. Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta Ġesu Kurċifiss.  Nitilqu fis-6.00 pm.  Ngħaddu minn Manwel Magri, Kuċizzjoni, Burlo’, Duluri, Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Kappillan Mifsud sal-knisja. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm  ikollna l-quddiesa. 
  3. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nhar il- Ħamis ser isir coffeee morning b’risq il-Parroċċa. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nixtiequ navżaw lil dawk li huma nteressati jiġu it-tour għad-Dolomiti sabiex jagħmlu l-booking mhux aktar tard mill-Erbgħa.
  6. Il-Weekend li ġej nagħmlu l-Ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
  7. Nitolbu għal ruħ ta’ Raymond Libreri  u Liliana Mallia li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 16 ta’ Frar, 2020 – Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A

                                              

                                                

 AVVIŻI

  1. Nhar l-Erbgħa  ser isir ħarġa bil-quddiesa fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Tluq fid-8.45 am. Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
  2. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ġimgħa  fis-7.30 pm  fis-Sala parrokkjali se ssir attivita’ soċjali b’risq il-festa parrokkjali.  Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nixtiequ navżaw lil dawk li huma interessati jiġu it-tour għad-Dolomiti bejn 31 t’ Awissu u 7 ta’ Settembru  li jridu jagħmlu l-booking mhux aktar tard mill-Erbgħa 26 ta’ Frar.

Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2010 – Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A

 AVVIŻI

  1. Għada t-Tnejn  hija il-Festa ta’ Missierna San Pawl. Hija festa kmandata għalhekk il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl .
  2. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
  3. Nhar l-Erbgħa ser isir coffeee morning b’risq il-knisja. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Nhar il-Ħamis ukoll issir l-adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina fid-8.45 am fil-kappella ta’ l-Adorazzjoni.
  6. L-Erbgħa 19 ta’ Frar ser isir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Ser ikollna quddiesa fid-Dar tal-Providenza, Is-Siġġiewi u wara imorru Għar Lapsi. Tluq fid-8.45 am . Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
  7. Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar ser isir laqgħa soċjali bit-tombla fis-Sala parrokkjali b’risq il-festa fis-7.30 pm. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers
  8. Nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar fl-4.30 pm ġewwa l-Knisja Arċipretali ta’ San Bastjan Ħal Qormi, l-Azzjoni Kattolika se tkun qed tiċċelebra quddiesa ta’ radd ta’ ħajr immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi fl-okkażjoni tad-90 Anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Malta. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. 
  9. Nitolbu għal ruħ ta’ Ines Ciancio u  Charlie Borg  li mietu matul din  il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.