Il-Ħadd 18 t’Ottubru 2020 – Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi     

Avviżi

  1. Nhar it-Tnejn Fis-7.00 pm se ssir laqgħa għall-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma nhar il-Ħadd li ġej u qrar fil-knisja.
  2. Nhar it-Tlieta fis-7.00 pm laqgħa għall-ġenituri u parrini tal-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma fil-knisja. Dak inhar ukoll se ntellgħu il-polza.
  3. Nhar il-Ħamis se ssir  quddiesa u adorazzjoni għall-ġenituri flimkien ma’ uliedhom li se jirċievu l-Griżma.
  4. Nhar il-Ġimgħa fis-7 pm ser isir prova tal-Ġrizma fil-knisja.
  5.  Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna, se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-quddiesa tad-9.30 am. Min is-soltu jattendi għal din il-quddiesa inħeġġuhom illi jattendu quddiesa ħin ieħor ħalli nħallu l-knisja riservata għat-tfal u l-familjari tagħhom.
  6.  Nixtiequ navżawkom li l-quddies li kellu jsir nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta fil-5.30 pm għat-tfal li jattendu l-katekiżmu  ser jiġu posposti.
  7. Illum qed niċċelebraw Jum il-Missjoni. Din is-sena kull familja irċeviet envelop bil-posta mill-Uffiċċju Missjunarju. Dawk li jixtiequ jistgħu jibgħatu ċekk lill-Uffiċċju Missjunarju, imma dawk li jixtiequ jibgħatu kontanti huma mħeġġin iġibu d- donazzjoni fl-envelop jew fl-uffiċċju jew il-knisja. Importanti li ma tibgħatux flus kontanti bil-posta.  Navżaw li mhux se jinġabru envelops mid-djar, għalhekk dawk li ma joħorġux jistgħu jgħadduhom lil xi ħbieb li jiġu l-knisja.
  8. Il-ġabra tal-Papa laħqet is-somma ta’ 664 euro. Nirringrazzjawkom.

Il-Ħadd 11 t’Ottubru 2020 – It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej se niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Għalhekk il-ġbir kollu ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jmur għall-Missjoni tal-Knisja Kattolika.
  3. Nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru fil-5.30 pm se nagħmlu quddiesa għall-bniet kollha li jattendu l-Museum. Wara ikun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar it-Tlieta 20 t’Ottubru fil-5.30 pm se norganizzaw quddiesa għas-subien kollha li jattendu l-Museum. Wara dawn il-quddies se ninfurmaw lill-genituri kif se jsir il-katekiżmu din is-sena. Wara ikun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm
  5. Nitolbu għal ruħ John Cauchi u Joseph Mugliett li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 4 t’Ottubru 2020 – Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am
  2. Infakkru lil ġenturi li għandhom it-tfal għall-Griżma sabiex jirreġistrawhom fl-Ufficcju Parrokkjali kemm jista jkun malajr.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-knisja.
  4. Nitolbu għal ruħ John Portelli u Anne Brincat li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2020 – Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi

  • Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa minn nhar il-Ħamis ir-rużarju jibda jingħad darbtejn kuljum: wara l-quddiesa tas-7.15 am u fis-6.00 pm li jkun meditat. Wara r-rużarju tingħata l-barka Sagramentali u fis-6.30 pm jkun hemm il-quddiesa. 
  • Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgha tax-xahar fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lill-membri tal-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet tal-Parroċċa u Lajċi mpenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka t’Alla f’dan iż-żmien partikolari biex jgħinna nwettqu il-ħidma pastorali  matul din is-sena. Wara l-quddiesa jkun hawn l-adorazzjoni.
  • Nhar Il-Ħadd ser issir il-ġabra magħrufa l-Offerta ta’ San Pietru. B’din il-ġabra nkunu qegħdin ngħinu lir-ragħaj tal-Knisja, il-Papa Franġisku, fil-ħidmiet tiegħu ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn speċjalment ma’ dawk milquta minn emerġenza, disastri naturali u gwerer.
  • Nitolbu għal ruħ Victor Sceberras u Ines Falzon li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2020 – Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Bil-għajnuna t’Alla nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru, l-Museum tas-Subien se jerġa’ jiftaħ għal-laqgħat ta’ tagħlim. Għalissa se jkollhom katekiżmu s-subien minn Year 6 sa Form 5. Il-Laqgħat se jkollhom dan il-programm:

Year 6:  Il-Ġimgħa  6.30pm -7.30pm

Form 1:   Tlieta                        6.30pm -7.30pm

Form 2/3: It-Tnejn u l-Ħamis        6.30pm -7.30pm                

Form 4/5:  It-Tnejn u l-Ħamis         6.30pm -7.30pm

Il-Museum Bniet se jibdew aktar tard f’Ottubru.

3. Nitolbu għal ruħ Anthony Psaila, Salvu  Fenech u Carmen Muscat li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 13 ta’ Settembru 2020 – L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avvizi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. Nixtiequ navżaw li s-Sagrament tal-Griżma din is-sena se jiġi amministrat nhar il-Ħadd 25 t’Ottubru fil-quddiesa tad-9:30 am.  Importanti ħafna li l-ġenituri jirreġistraw it-tfal tagħhom fl-uffiċċju Parrokkjali u jġibu magħhom: a) il-permess tal-Parrini, b) iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal u c) iċ-ċertifikat tal-magħmudija jekk ma jkunux tgħammdu f’din il-parroċċa.
  2. Il-Ġabra speċjali li għamilna l-ġimgħa li għaddiet għall-Alarm tal-Knisja laħqet is-somma ta’ €500 euro. Nirringrazzjawkom. 

Il-Ħadd 6 ta’ Settembru 2020 – It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi

  1.  Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Ommna l-Verġni Marija.  Għalkemm ma hix ġurnata tal-obbligu u tal-quddies, tajjeb li nqaddsu dan il-Jum għażiż bil-quddiesa.  Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.
  2. Nhar il-Ħamis, ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nixtiequ navżaw li is-Sagrament tal-Griżma din is-sena se jiġi amministrat nhar il-Ħadd 25 t’Ottubru fil-quddiesa tad-9:30 am.  Importanti ħafna li l-ġenituri jirreġistraw it-tfal tagħhom fl-uffiċċju Parrokkjali u jġibu magħhom: a) il-karta tal-Parrini, b) iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal u c) iċ-ċertifikat tal-magħmudija jekk ma jkunux tgħammdu f’din il-parroċċa.

Il-Ħadd 30 t’Awwissu 2020 – It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avvizi

  1. Nhar il Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar,  ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk, nagħmlu l-Ġabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Il-ġimgha li għaddiet installajna sistema ġdida ta’ Alarm fil-Knisja li ġiet tiswa €3263. Napprezzaw kull għajnuna għal dan il-proġett li huwa investiment importanti għas-sigurta’ kemm tal-Knisja u kemm tad-Dar u l-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Ħadd 16 t’Awwissu 2020 – L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Avvizi

  1. Il-Ħadd, fil-quddiesa tad-9.30 am, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal subien tal-Parroċċa tagħna.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar is-Sibt li ġej 22 ta’ Awwissu se nagħmlu l-ewwel prima tal-lottu bħala fundraising għall-parroċċa. Nhar ta’ Ħamis se jkun hemm persuna tbiegħ il-biljetti fejn iċ-ċentru filgħodu kmieni bħas-soltu. Min abbona xi numru jew jiġborrhom il-Ħamis jew mill-uffiċċju nhar it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa.
  4. Nitolbu għal ruħ Giovanni Teuma u Matilde Montford li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 9 t’Awwissu 2020, Id-Dsatax-il Ħadd matul is-sena A

Avviżi

  1. Reġgħu ħarġu direttivi aġġornati għall-quddies. L-iktar importanti hi li se terġa tibda tittieħed it-temperatura qabel nidħlu l-knisja, il-maskra/visor reġgħet obbligatorja u noqgħodu 2 metri ‘il bogħod minn xulxin.
  2. Nhar t-Tnejn se ssir l-ewwel Qrara tal-Bniet fil-5.00 pm fil-Knisja Parrokkjali filwaqt li dik tas-subien se ssir l-għada t- Tlieta fl-istess ħin.
  3. Nhar l-Erbgħa fis-7.00 pm fil-knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri. Se titla wkoll il-polza u  jkun hemm il-fotografu li se jieħu r-ritratti taċ-ċerimonja.
  4. Nhar Il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika  fis-7.00 pm bis-sehem tat-tfal tal-preċett u l-ġenituri. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am
  5. Nhar  is-Sibt hija l-Festa ta’ Santa Marija, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am ikun hawn Ċelebrazzjoni tal-Ewwel tqarbina tal-Bniet .
  6. Il-Ħadd fil-quddiesa tad-9.30 am ikun hawn Ċelebrazzjoni tal-Ewwel tqarbina tas-subien .
  7. Hemm il-ħsieb li nerġgħu nagħmlu lotterija li titla mal-lottu pubbliku. Dawk li huma nteressati li jżommu xi numru partikulari jiġu waqt il-ħin tal-uffiċċju jkellmuna jew jiktbulna isimhom, indirizz, telefon number u numru li jixtiequ u jimpustawhomlna fil-letter box tal-uffiċċju.
  8. Nitolbu għal ruħ Emanuel Meilak u Grezzju Micallef li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.