AVVIŻI
- Tberik tal-Familji: It-Tnejn: Triq Mimosa. It-Tlieta: Triq l-Orsolini , L-Erbgħa: Triq Joe Sciberras. Il-Ġimgħa: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini . Tberik jibda fl-4.30 pm
- Nhar it-Tnejn ukoll ikun hawn laqgħa mill-kooperaturi tal-Museum fiċ-Ċentru ta’ l-irġiel fis-7:00 pm. Kulħadd huwa mistieden
- Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Mejju ser isir Buffet Breakfast organizzat miċ-Ċentru tal-anzjani. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
- Nhar il-Hadd li ġej il-Knisja tiċċelebra Jum il-Karita’ għalhekk il-ġbir tal-quddies tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu se jmur biex ngħinu s-servizzi tal-karita’ tal-Knisja, kif ukoll se jkun hemm qfief fejn il-bieb ta’ barra għal donazzjonijiet ta’ affarijiet tal-ikel għad-Djar tat-tfal.
- Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha. Nistiednu lill-ommijiet li hawn preżenti biex wara l-quddiesa jitilgħu jieħdu tifkira tal-okkażjoni.
- Nitolbu għal ruħ Ludgarda Dalli li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.