Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2019 – It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

                                                                        Avvizi

  1. Illum: Jum in-nanniet u r-romol. Fis-6.00 pm. rużarju meditat u quddiesa fis-6.30 pm. Iqaddes Mons. Dun Joe Bajada bis-sehem tan-nanniet u r-romol.
  2. Nhar it-Tnejn  hu Jum it-tfal u l-abbatini. Fis-6.00 pm it-tfal jiltaqgħu ħdejn il-Mużew tas-subien  minn fejn jagħmlu ċelebrazzjoni bis-sehem tal-Iscouts sal-Knisja. Fis-6.30 pm jkollna l-quddiesa mmexxija minn Dun Walter Cauchi kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu . Wara t-tfal jingħataw tifkira u ġelat.
  3. Nhar it-Tlieta: Jum l-Anzjani u l-morda. Fis-6 pm jingħad ir-rużarju u wara jmexxi l-quddiesa Fr James Borg, presbiteru tal-Mixja Neo katekumenali li se janimaw ukoll il-quddiesa.  Mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma. Wara jkun hemm bibita  quddiem il-knisja.
  4. Nhar l-Erbgħa hu Jum il-Komunità u l-Ewwel Jum tat-Tridu. Fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju meditat u fis-6.30 pm quddiesa mmexxija mill-W. Rev. Gwardjan Patri Joseph Magro u animata mill-Grupp Gifra. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu sehemhom b’xi mod fil-parroċċa, kif ukoll lill-membri tal-għaqdiet u movimenti. Wara l-quddiesa fil-jiem tat-tridu nagħlqu bil-Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Il-ġabra tal-quddies ta’ fil-għaxija tmur għal airconditioners.  Wara laqgħa soċjali flimkien quddiem il-knisja.
  5. Nhar il-Ħamis,: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU Jum il-Vokazzjonijiet.  6.00 pm. Rużarju meditat. Fis-6.30 p.m. quddiesa immexxija minn Mons. Dun Hector Scerri.
  6. Nhar il-Ħamis ukoll, fit-8.30 p.m. se jsir Kunċert Mużikali fil-Pjazza Kappillan Muscat. Din se jkun imtellgħa mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa.  Kulħadd huwa mistieden.
  7. Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Familja fis- 6.00 p.m. Rużarju meditat. 6.30 p.m. Quddiesa minn Patri Elmar Pace OFM (Cap) . Huma mistiedna dawk kollha li għandhom l-anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll dawk li kellhom tarbija matul din is-sena biex jippreżentawha lill-Madonna.
  8. Is-Sibt, Lejliet il-Festa. Fit-8.15am quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Fis-6.00 p.m. Translazzjoni bir-relikwija li se toħroġ mill-Katekumenju u tgħaddi minn Triq Pawlu Burlo , Triq id-Duluri, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq Kappillan Mifsud sal-knisja parrokkjali . Fis-6.30 p.m quddiesa bit-talba tal-Għasar. Imexxi l-Kappillan Dun Mario Mifsud.
  9. Il-Ħadd, Jum il-Festa. Inħeġġukom biex tattendu għall-quddiesa tal-Festa li tkun fit-8.30 a.m., immexxija mill-Kappillan Dun Mario Mifsud f’għeluq il-25 sena mis-saċerdozju tiegħu. Dak inhar, Il-quddiesa tad- 9.30 am ma ssirx. L-aħħar quddiesa tkun fil-11.00 am.
  10. Filgħaxija, l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.immexxija minn Dun Andrew Borg. Fis-7.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni, immexxija mill-Kappillan Dun Mario Mifsud  u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Triq Vinċenzo Bugeja, Adelaide Cini, Lord Byron, Franġiskani, Mons De Piro u Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bhala komunità.
  11. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.
  12. Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
  13. Nhar it-Tlieta ser isir ħarġa għall-Birżebbuġa. Tluq fis-1.30 pm . Biljetti mingħand il-helpers.
  14. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li bagħtu l-envelopes bil-kontribuzzjoni għall-festa, infakkru lil dawk li għadhom ma bagħtuhomx sabiex iġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
  15. Infakkru li kulħadd jista’ jagħti donazzjoni għall-fjuri li tista’ tasal fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett ma board fejn il-bieb tal-Knisja.
  16. Nhar it-Tlieta li ġejjin ser isir quddiesa fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt fis-6.30 pm organizzata mill-Azzjoni Kattolika fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Mikiel tal-Qaddisin kollha, patrun tal-morda bil-Kanċer. Il-pubbliku hu mistieden għal din il-quddiesa biex nuru solidarjeta fit-talb ma’ dawk milquta b’din il-kondizzjoni.
Tags: No tags

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *