Avviżi – Il-Ħadd 19 ta’ Frar 2023

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna li dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6:00 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm Quddiesa Kantata. Wara se jsir pellegrinaġġ ċkejken mill-knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn miġburin isir talb quddiem il-Kurċifiss.   Nixtiequ li min jista’ jġib xemgħa ħamra biex nagħmluha mal-Kurċifiss fil-pjazza. Nixtiequ ninformawkom li l-pellgrinaġġ ser isir l-Erbgħa tal-Irmied u mhux il-Ġimgha ta’ wara kif jidher fil-fuljett Parrokkali.
  2. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgha u l-Ħadd nitolbu l-Via Sagra fis-6.00 pm. 
  3. Is-Sibt, fis-5.45 pm Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jieħdu forma differenti fil-Parroċċa. Mhux se jkunu kollha f’ġimgħa waħda imma se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan.  Se jibdew mill-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara isir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  6. Matul din il-ġimgħa  qed inqassmu l-fuljett parrokkjali għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam l-Envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelop bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita’ tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lil Ommna Marija Immakulata.
  7. Nixtiequ navżaw li l-coffee morning li kien se jsir nhar it-Tlieta mhux ser isir. 
  8. Nitolbu għal ruħ, Alfred Galea li miet matul din il-ġimgħa.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 12 ta’ Frar 2023

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn  Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Infakkru lil dawk li ġejjin il-ħarġa għall-Manikata nhar l-Erbgħa biex ikunu hawn fid-8.45 am biex fid-9 am nitilqu.
  3. Nhar il-Ġimgħa se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa, fis-7 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljett mingħand il-helpers sa nhar l-Erbgħa.
  4. Nitolbu għal ruħ, Carmela Zammit li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Frar 2023

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn  Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nhar  il-Ġimgħa hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fuq gżiritna. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30 am ġew mistiedna l-membri tal-Parroċċa li jisimhom għal San Pawl.
  3. Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċelebrat nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna u għadhom ma rregistrawx lit-tfal tagħhom jiġu jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  4. Nhar l-Erbgħa  15 ta’ Frar iċ-Ċentru ta’ l-anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani. Sejrin il-Manikata. Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
  6. Infakkrukom li bħalissa qed isir bazaar fis-sala Dun Manwel. Issibu għall-bejgħ preserve u pjanti u ħwejjeg oħra. Għalhekk inħeġġukom biex tiġu tixtru u b’hekk tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa.
  7. Nitolbu għal ruħ, Bruno Mifsud li miet matul din il-ġimgħa.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 29 ta’ Jannar 2023

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar il-Ħamis niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Minn nhar is-Sibt li ġej se niftħu l-bazaar fis-sala Dun Manwel. Se jkun hemm preserve u pjanti u ħwejjeg oħra. Għalhekk  inħeġġukom biex tiġu tixtru u b’hekk tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa. Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min ġab xi affarijiet għall-bazaar, se nibqgħu nilqgħu preserve u pjanti sa nhar l-Erbgħa.
  4. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  5. Navżaw lil-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna u għadhom ma rregistrawx lit-tfal tagħhom, jiġu jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  6. Is-Sibt 4 ta’ Frar se ssir attivita’ fil-Pjazza tal-Każin tal-Banda bl-isem ta’ MEET ME HALF WAY.  Din hija serata ta’ mużika minn persuni ta’ Nazzjonalita’ barranija.  Din l-attivita’ tibda mis-7.00 pm ‘il quddiem.
  7. Is-Sibt 4 ta’ Frar ukoll, fis-sala tal-Parroċċa se ssir ribs night u tombla.  Lejla ta’ ikel u divertiment. Min jixtieq jieħu sehem icempel in-numru 79820728
  8. Il-Ħadd 26 ta’ Marzu se ssir attivita’ kbira mal-Ħamrun kollu bl-isem: KRISTU FI TRIQATNA.  Din se ssir b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, Għaqda Mużikali San Gejtanu, Għaqda Mużikali San Ġużepp, Għaqda Mużikali Ħad-Dingli u banda Scouts tal-Ħamrun, iż-żewg Parroċċi u l-Knisja tal-Franġiskani, il-Kunsill Lokali,  u tant entitajiet oħrajn. Min jixtieq jieħu sehem għandu jagħmel kuntatt fuq 99881876 jew jibghat email: bandakuncizzjoni@hotmail.com
  9. Nitolbu għal ruħ Carmel Muscat u Vanni Laus li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il -mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2023

It-Tielet Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Infakkrukom li llejla wara l-quddiesa l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ttella’ serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jibqa’ hawn għal din is-serata. 
  2.  Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’riżq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Il-Ħadd 26 ta’ Marzu se ssir attivita’ kbira mal-Ħamrun kollu bl-isem: KRISTU FI TRIQATNA.  Din se ssir b’kollaborazzjoni mal-Ghaqda Mużikali Marija Immakulata, Għaqda Mużikali San Gejtanu, Għaqda Mużikali San Ġużepp, Għaqda Mużikali Ħad-Dingli u banda Scouts tal-Ħamrun, iż-żewġ Parroċċi u l-Knisja tal-Franġiskani, il-Kunsill Lokali u tant entitajiet oħrajn. Min jixtieq jieħu sehem għandu jagħmel kuntatt fuq 99881876 jew jibghat email: bandakuncizzjoni@hotmail.com
  6. Nitolbu għalruħ Joseph Scerri, Rose Mifsud, u Alfred Xerxen li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2023

It-Tieni Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar se ssir FTIRA NIGHT b’risq il-festa.  Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
  3. Nhar is-Sibt, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’risq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Fl-okkażjoni tat-talb li jsir kull sena għall-għaqda tal-knejjes se jsir servizz ekumeniku il-Ġimgħa 20 ta Jannar fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Nikola (ta’ l-erwieh), Triq il-Merkanti, il-Belt. L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jieħu sehem. Kulħadd huwa mistieden.

 

Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023

L-Epifanija tal-Mulej


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Illum il-Ħadd fid-9.30 am, quddiesa għat-tfal bit-tema: Fejn se nsibuh? X’se noffrulu?  Nistedinkom biex iġġibu lit-tfal biex nagħmlu festa flimkien fil-festa tat-Tre Re.
  2. Nhar it-Tnejn se jiltaqgħa il-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7pm fis-sala Dun Manwel.
  3. Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  5. Nhar il-Ħadd li ġej  fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud, ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed  jistiedinkom biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkajoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna mportanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  6. Fr.Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qalli biex nesprimi l-gratitudni tiegħu, tal-istaff u tar-residenti tad-dar għall-ġabra sabiħa mill-Parroċċa tagħna li laħqet is-somma ta’ €1,700.  Nirringrazzjawkom għal-ġenerożita’ tagħkom.
  7. Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 Anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu l-preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.

 

Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Issa wara l-quddiesa, se nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa l-ħin kollu.  Fl-10.15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11.15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.
  2. Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa ta’ filgħaxija. Janima l-Kappillan.
  3. Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, għal 4.00 pm se jkollna żjara mis-Slaten maġi li se jagħmlu waqfa huma u sejrin Għajnsielem.  Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu quddiem il-knisja tagħna, speċjalment tkun okkażjoni li fiha jieħdu pjaċir it-tfal.
  4. Nhar il-Ħadd li ġej festa ta’ l-Epifanija, quddiesa bit-tema: FEJN SE NSIBUH? X’SE NOFFRULU? Din se tkun speċjali għat-tfal fid-9.30 am. Inħeggukom iġġibu t-tfal biex nagħmlu festa flimkien.
  5. Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden  lil dawk il-koppji li żżewwġu matul din is-sena biex jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles Scicluna.  Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt, Mons. Arċisqof se jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira. Kif ukoll is-Sibt ta’ wara fl-14 ta’ Jannar, se ssir il-quddiesa għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2023. Din ukoll tkun fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.
  6. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed jistieden lilkom Parruċċani biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkażjoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna importanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  7. Kif tafu il-ġbir kollu ta’ dan il-weekend se jiġi mogħti bħala għajnuna f’isem il-Parroċċa lid-Dar tal-Providenza, li hija sinjal ċar tal-Providenza ta’ Alla u tal-ġenerożita’ tal-Maltin.  Għalhekk bħalissa il-ġbir qed jiġi magħdud u (għada wara l-quddiesa ta’ filgħaxija) jien personalment ma’ rappreżentanti mill-Parroċċa se mmorru s-Siġġiewi biex f’isimkom ilkoll ngħaddi l-flus lid-Dar.  Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.
  8. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Jannar se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.

 

Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tfal li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa fis-sala tal-mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien.
  2. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru wkoll, infakkarkom li l-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tmur tferraħ lit-tfal fl-isptar Mater Dei li ma jistgħux iqattgħu l-Milied mal-familji tagħhom.  Jekk għad hawn min jixtieq joffri xi ħaġa tajba għat-tfal jew xi ġugarell, igibhom miegħu hawnhekk fil-Knisja.
  3. Nhar is-Sibt hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Wara ssir l-espożizzjoni tas-SSmu. Sagrament u l-Knisja tibqa’ miftuħa anki wara. Fl-10.15 pm adorazzjoni u fl-11.15 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena li twassalna sa l-ahhar ħin tas-sena 2022. Wara nagħtu l-awguri lil xulxin.
  4. Nhar il-Ħadd, l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla. Dak in-nhar issir FESTA TA’ ĠENEROŻITA’ mad-Dar tal-Providenza.  Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li kif juri isimha tista’ taħdem permezz tal-Providenza.  Inkunu ġeneruzi kif dejjem konna ma’ dawk li Mons. Mikiel Azzopardi dejjem sejħilhom bħala l-Anġli tiegħu.
  5. Is-sena 2023 timmarka il-Ħamsa u Ħamsin (55) anniversarju mindu twaqqfet il-Parroċċa. Il quddiem inħabbrulkom xi attivitajiet li se jkunu qed isiru. 
  6. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Naprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
  7. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) b’kollaborazzjoni ma’ SOS Malta se tkun qed tipprovdi gruppi ta’ sapport psikoloġiku għal persuni li għandhom 60 sena jew iktar u li jgħixu fil-komunità. Matul dawn is-sessjonijiet se jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom is-solitudni, luttu, relazzjonijiet, komunikazzjoni u suġġetti oħra li jistgħu jiġu mitluba mill-parteċipanti fil-grupp. Dawn is-sessjonijiet se jkunu koordinati minn psikologu kwalifikat. Il-programm jikkonsisti f’seba’ (7) sessjonijiet ta’ madwar siegħa u nofs kull waħda, li se jsiru darba fil-ġimgħa. Dawn il-gruppi se jsiru fis-sala Parrokkjali Immakulata Kunċizzjoni, fil-Ħamrun, jibdew mis-16 ta’ Jannar 2023 fil-5.00 pm. Persuni interessati li jattendu għandhom japplikaw jew billi jċemplu fuq 22788238 jew jigu l-ufficcju parrokkjali u nimlewlhom il-formola.
  8. Niehu l-okkażjoni biex f’ismi, f’isem Dun Charles, Mons.Hector u Mons. Joe Bajada, nawguralkom minn qalbi Milied sabiħ li jimlielkom bit-tama u l-ferħ li Ġesu’ biss jaf jagħti. Awguri lilkom u l-għeżież tagħkom kollha.

 

Avviżi – Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena tal-Milied wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nkantaw il-kurunella tal-Bambin Ġesu. Inħeġġukom biex tattendu għan-novena ħalli nagħmlu mill-Milied, festa spiritwali.
  2. Nhar il-Ħamis issir l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Nhar is-Sibt, il-Vġili tal-Milied, fi-6.00 pm nieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici, tgħaddi għall-Triq Barth, Triq Brighella, Triq Santu Wistin u Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq il-Ferrovija, Triq Indri Cilia, Triq Manwel Magri u nidħlu hawnhekk fil-Knisja tagħna fejn jittellgħa programm żgħir ta’ kant u poeżiji. Kulħadd huwa mistieden speċjalment nħeġġu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom.
  4. Aktar tard  Fil-10.45 pm  pm tibda l-Velja tal-Milied.  Din is-sena il-Velja se tieħu forma differenti aktar ħajja.  Għandna persuna professjonali li kiteb apposta 3 sketches b’temi u messaġġ attwali ħafna.  L-Isketches se jkunu mżewwqa b’kant mill-Kor u mit-tfal.  Fil-12.00 am (nofsilejl) tibda’  Quddiesa Solenni, li fil-bidu tagħha issir il-piedka minn żewġ abbatini aħwa. Wara l-quddiesa nkomplu naqsmu l-awguri tagħna għall-Milied billi nieħdu xi ħaġa flimkien.Nhar il-Erbgħa 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30am bil-priedka tat-tfal li  li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa fis-sala tal-mixja Neokatekumenat wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien.
  5. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
  6. Inħeġġukom ukoll biex iżżommu l-bolol użati u ġġibuhom magħkom għaliex dawn qed jinġabru biex jinbiegħu u jintbagħtu flus il-missjoni.  Tistgħu iġġibuhom hawn fil-Knisja maghkom.
  7. Nitolbu għal ruħ Ġuża Montebello u Mary Burlo’ li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.