Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

Din il-Ġimgħa hija l-Festa Liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Patruna tal-Parroċċa

  1. Illum il-Ħadd fis-2.30 pm se jsir trasport minn quddiem il-Knisja għall-Belt Valletta, fejn se nuru bil-preżenza tagħna li aħna kontra d-dħul tal-liġi tal-abort f’pajjiżna.  Li fil-ġuf hemm tarbija ħajja, persuna, mhux il-fidi jew il-knisja tgħidilna, imma x-xjenza.  Ejjew ma nħallux dan il-mument jgħaddi mingħajr ma nkunu għamilna l-almu tagħna biex il-valur tal-ħajja ma jiġix ikkalpestat mill-bidu tat-tnissil sal-mewt naturali ta’ kull persuna.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu bin-Novena tal-Kunċizzjoni. Fis-6.00 pm rużarju, fis-6.30 pm quddiesa bis-sehem tal-Għaqdiet Ċivili tal-Ħamrun.  Kurunella wara l-quddiesa.
  3. Nhar it-Tlieta Jum iż-Żgħażagħ.  Il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun animata mill-Grupp Ġifra li jiltaqgħu fil-Knisja ta’ San Franġisk u ghaliha huma mistednin iż-żgħażagħ tal-Parroċċa.
  4. Nhar l-Erbgħa fl-10.00 am se nagħmlu festa Marjana għat-tfal tal-iskejjel tal-Ħamrun.  Nibdew minn quddiem il-Liċew sal-Knisja.  Fil-11.00 am quddiesa. Fis-6.00 pm translazzjoni bl-Antifona u kant tas-Salmi. Dak inhar ukoll il-Kor Parrokkjali jiċċelebra l-40 sena mit-twaqqif tiegħu. Għalhekk wara l-quddiesa ta’ filgħaxija kulħadd mistieden biex nibqgħu fil-Knisja fejn se tindaqq ftit mużika Marjana.
  5. Nhar il-Ħamis Jum il-festa. Fid-8.45 am kant tas-Salmi. Fl-10.30 am parata mill-banda tal-Iscouts sa Pjazza Kappillan Muscat ħdejn il-Madonna. Se jkunu mistiedna Għaqdiet Ċivili u Reliġjużi tal-Ħamrun biex iqiegħdu kuruni u fjuri quddiem il-Madonna. Matul il-jum ssir Katina tar-rużarju mill-morda tal Parroċċa fi djarhom.  Fil-4.45 pm Korteo mill-Knisja ta’ San Franġisk akkumpanjat mit-tfal u mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni sal-knisja Parrokkjali.  Fis 6.00 pm quddiesa solenni mill-E.T. Mons Arċisqof li fiha l-Kappillan jingħata l-mandat uffiċjali bħala ragħaj ta’ din il-komunita’.
  6. Nhar is-Sibt fis-5.45pm rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-salmi u quddiesa.
  7. Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal.  Għalhekk fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom.  Min jixtieq jista’ jieħu formola mis-sagristija li fiha d-dettalji kollha meħtieġa.
  8. Infakkarkom li dan il-weekend huwa l-aħħar ċans biex iżżuru l-wirja fil-Każin tal-Banda tal-Parroċċa.  Hemm esebiti xogħolijiet li għamlu persuni b’diżabilita’ minn diversi għaqdiet.  Ikun tajjeb li mmorru nżuruha u nagħmlu kuraġġ lil dawn il-persuni għeżież.

 

Avviżi – Il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar  it-Tlieta tibda in-Novena tal-Kunċizzjoni. Il-Quddiesa ta’ filgħaxija se tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu d-dutrina u għalhekk għat-Tlieta biss se tkun fis-6:00 pm (mhux fis-6.30 pm bħas-soltu). Ir- rużarju se jkun fil-5:30 pm.
  2. Nhar it-Tlieta wkoll  ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9:00 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar l-Erbgħa se ssir quddiesa fid:9.30 am u se jkunu mistiedna l-anzjani tal-parroċċa u se jigi amministrat is-Sagrament tal-morda.
  4. Nhar il-Ħamis Rużarju fis-6:00 pm u kurunella. 6:30 pm Quddiesa bil-vestizzjoni tal-abbatini.
  5. Nhar Il-Ġimgħa hija LEwwel Ġimgħa tax-Xahar, l-adorazzjoni se ssir  fis-6:00 pm. Fis-6:30pm quddiesa u se jiġu mistiedna dawk li għandhom anniversarju speċjali dan ix-xahar. Wara ser isir pellegrinaġġ Aux flambeaux għall-pjazza Kappillan Muscat ħdejn l-istatwa tal-Modonna, fejn jingħad ir-rużarju u ssir il-konsagrazzjoni tal-familji lill-Madonna. 
  6. Nhar Is-Sibt, huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u għasar kantat fis-6.10 pm. 6:30 pm quddiesa.
  7. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru se tinfetaħ wirja minn 100 persuna b’diżabilita’ fil-Każin tal-Banda tal-Parroċċa.  Din se tinfetaħ fl-10:00 am u mbagħad tiftaħ kuljum sal-4 ta’ Diċembru.  Inħeġġiġkom biex naslu wasla sal-Każin u nissapportjaw dawn l-inizjattivi sbieħ biex nagħmlu kuraġġ lil dawn il-persuni.
  8. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru  fis-6:30 pm, se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, fis-7.30 pm quddiesa animata mis-seminaristi. Tajjeb li nattendu u nkomplu nsostnuhom bit-talb tagħna.
  9. Ghal dan l-Avvent, armajna pittura sabiħa tal-Madonna tal-Istennija.  Il-Madonna hija dik li se takkumpanjana f’din il-mixja tal-Avvent biex bħalha nilqgħu lill-Mulej. Ħdejn il-Madonna se niġbru wkoll ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Ma dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar it-28 ta’ Diżembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Huwa ferħ għalina bħala Parroċċa li naħsbu f’dawk it-tfal li ma jistgħux jiċċelebraw il-Milied mal-familji tagħhom. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
  10. Matul dawn il-ġranet qed jitqassam il-fuljett, Leħen il-Parroċċa, bil-programm ta’ Novena tal-Kunċizzjoni u tal-Milied, Inħeġġukom biex isegwu l-attivitajiet li se jsiru. Qed jitqassam ukoll l-envelop tal-Istrina għall-Parroċċa.  Dan tistgħu igġibuh magħkom il-parroċċa jew ittuh xi persuna ta’ fiduċja tagħkom biex tgħaddih il-parroċċa.  Min ikun jixtieq irċevuta, jikteb l-isem u l-indirizz fuq ġewwa u jitlob irċevuta.
  11. Nitolbu għl ruħ Anthony Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa fiċ-Ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.  Il-kelliem se jkun is-Sur Max Farrugia li se jagħti taħdita fuq il-Qaddis Dun Ġorħ Preca. Kulħadd huwa mistieden.
  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħamis huwa l-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Arċisqof Charles Scicluna. Dak inhar fis-6.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta huwa se jmexxi konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla. Kulħadd hu mistieden biex jingħaqad ma’ Mons. Arċisqof u nawgurawlu “Ad Multos Annos”.
  4. Fejn il-bieb tal-knisja qed issir lotterija b’risq l-abbatini tal-Parroċċa biex jiġbru fondi għar-rigali tal-Milied. Napprezzaw jekk tieħdu biljett biex ngħinuhom.
  5. Nhar it-Tlieta  29 ta’ Novembru, se jsir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers .
  6. Minħabba li perjodikament se nerġgħu nibdew nippubblikaw il-fuljett tal-Parroċċa, qegħdin nitolbu biex dawk li kienu jqassmu l-fuljett u lesti li jkomplu jagħtu dan is-servizz, jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.  Mal-fuljett ta’ din il-ħarġa se nqassmu wkoll l-envelopes biex niġbru għotjiet għall-istrina.  Hemm diversi affarijiet li rridu nieħdu ħsieb fil-Parroċċa: service l-airconditioners, l-istatwa titulari, sistema tal-microphones u oħrajn.  Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu.  Grazzi mill-qalb.
  7. Nitolbu għal ruħ Maria Grech, Giuseppi Ebejer, Marie Therese Mallia u Nena Gatt.

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi – Il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Illum se ssir okkażjoni sabiħa għall-festa ta’ San Martin.  Parata mill-Iscouts mat-toroq tal-Parroċċa.  It-tfal huma mistiedna biex niltaqgħu quddiem il-Knisja fid-8.45 am ħalli nilqgħu lil San Martin u mbagħad nidħlu għal quddiesa tad-9.30 am.
  2. Nhar l-Erbgħa filgħaxija l-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għas-saċerdoti mejtin li ħadmu fil-parroċċa tagħna.
  3. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Is-Sibt u l-Hadd li gej 19 u 20 ta’ Novembru se ssir il-ġabra għall-iskejjel tal-Knisja. Nappellaw għal ġenerożita’ tagħkom biex l-iskejjel tal-Knisja jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ‘l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ.
  5. Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru  se ssir laqgha fi Pjazza Kappillan Muscat bit-tema ta’ “REDUCE, REUSE, RECYCLE”.  Din se tkun bħala parti mill ġimgħa Ewropeja sabiex jitnaqqas l-iskart.  Il-laqgħa tkun mid-9 am sa nofsinhar.
  6. Nhar it-Tlieta  se jsir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
  7. Min għadu ma bbukkjax il-quddies għas-sena 2023 jista’ jiġi l-uffiċċju t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mid-9 am ‘l quddiem.
  8. Nitolbu għal ruħ Karmenu Mifsud Bonnici, Francesco Cutajar u Maria Casingena  li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi – Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Minn għada t-Tnejn se jibda l-booking għall-intenzjonijiet tal-quddies tas-sena 2023. Il-booking se jsir it-Tnejn mid-9.00 am u il-Ħamis u l-Ġimgha fl-4.00 pm. Infakkru li t-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt ma nibbukkjawx quddies. Importanti li ġġibu bil-miktub l-ismijiet għal min tkun l-intenzjoni tal-quddies, id-data u f’liema ħin tal-quddiesa
  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni ewkaristika animata mill-Kappillan.
  3. Il-ġabra li saret għall-missjoni kienet ta’ elf u tlett mitt euro (€1300). Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita tagħkom.
  4. Nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru se jkollna okkażjoni sabiħa għall-festa ta’ San Martin.  Parata mill-Iscouts mat-toroq tal-Parroċċa.  It-tfal mistiedna u niltaqgħu quddiem il-Knisja fid-8.45 am biex nilqgħu lil San Martin u mbagħad nidħlu għal quddiesa tad-9.30 am.
  5. Nhar it-Tlieta 15 ta’ Novembru ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers .
  6. Nitolbu għal ruħ Tessie Fenech u Joseph Borg li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi – Il-Ħadd 30 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nfakkrukom li llum il-Hadd se jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof fil-quddiesa tad-9.30 am għalhekk il-quddiesa tal-11 am se tkun fil-11.15 am.
  2. Nhar it-Tnejn ser isir adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm bħala riparazzjoni għall-offiżi li l-Mulej jirċievi.
  3. Nhar it-Tlieta festa tal-qaddisin kollha se ssir quddiesa apposta għat- tfal.  Il-quddiesa se tkun fis-6 pm. Inħeġġu l-ġenituri biex iġibu t- tfal libsin ta’ xi qaddis. Wara tfal se jingħatalhom xi ħaġa tajba.  Għalhekk dakinhar ir-rużarju se jkun fil-5.30 pm.
  4. Nhar  l-Erbgħa 2 ta’ Novembru ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: Filgħodu fiss-6.15; 6.45; 7.15; 7.45 u fit-8.15 am . Filgħaxija jkollna rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa  għall-erwieħ tal-parruċċani li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra.
  5. Nhar il-Ħamis jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7 pm fis-Sala Dun Manwel.
  6. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  7. Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk il-ġabra tkun għal bżonnijiet tal-knisja.
  8. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Novembru ser isir ħarġa bil-quddiesa għaċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq. Nitilqu fid-9 am minn fejn il-knisja. Wara nibqgħu sejrin nieħdu xi ħaġa flimkien.  Biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.  

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi – Il-Ħadd 23 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Minn nhar It-Tnejn 24 ta’ Ottubru, il-mixja Neokatekumenali se tagħti bidu għall-Katekeżi.  Dawn se jsiru kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis fis-7.30 pm fil-Katekumenju wara l-knisja.
  2. Nhar it-Tlieta fis-6.00 pm se jsir il-qrar għat-tfal bniet fil-Museum tagħhom u nhar il-Ħamis se jsir tas-subien fil-museum tagħhom fis-6.45 pm bi tħejjija għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof .
  3. Nhar il-Gimgħa fis7.00 pm ikun hawn il-provi tal-Griżma.  Il-ġenituri u l-parrini huma mħeġġa jattendu flimkien mat-tfal.
  4. Minahabba li l-ħadd li ġej se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof, il-quddiesa  tal-11 am se tkun fil-11.15 am.
  5. Nhar il-Ħamis 27 t’Ottubru, fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kazin tal-banda se ssir talk mill-Onor. Deo Debattista, dwar il-Cancer tas-sider. Il-laqgħa hija bla ħlas u kulħadd hu mistieden.
  6. Il-Ħamis 27 ukoll fis-7.30 pm se ssir laqgħa għal dawk li għamlu jew se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.  Din se tkun fil-Katekumenju u l-iskop tagħha huwa li l-adoloxxenti li jagħmlu l-Griżma jibqgħu jirċievu taghħim u jkollhom kumpanija tajba, f’ambjent adattat għalihom.
  7. Nhar il-Ġimgħa, fl-okkażjoni tal-egħluq tax-xahar ta’ Ottubru, wara l-quddiesa tas-6.30 pm, ser jingħad ir-rużarju fil-pjazza Kappillan Mifsud quddiem l-istatwa tal-Madonna. Nitilqu flimkien mill-knisja aux flambeaux.  Għalhekk dakinhar MA JKUNX HAWN  rużarju fis-6.00 pm qabel il-quddiesa tas-6.00 pm.
  8. Nhar il-Ġimgħa fl-Istitut Kattoliku fis-Sala Mgr. Mikiel Gonzi fis-6 pm se ssir preżentazzjoni bix-xhieda tal-ġenituri tal-Qadddejja ta’ Alla, Chiara Corbella Petrillo, devozzjoni li qed tinxtered ħafna fl-Italja u f’pajjizi oħra. Kulħadd huwa mistieden.
  9. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Novembru festa tal-Qaddisin kollha se ssir quddiesa fis-6 pm apposta għat-tfal. It-tfal qed  jiġu mistiedna jilbsu xi lbies ta’ xi qaddis u jekk jixtiequ, jiktbu żewġ kelmiet dwar min kien il-qaddis li tiegħu huma libsu biex imbagħad nitkellmu fuqu.
  10. Nitolbu għal ruħ Marlene Attard, Mary Spiteri, Tessie Tanti u Ġużi Agius Delicata li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi – Il-Ħadd 16 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. It-Tnejn fis-7.00 pm se ssir laqgħa għal dawk li huma Ministri straordinarji tat-Tqarbin jew dawk li jixtiequ jibdew iqarrbnu lill-morda fi djarhom.  Din se ssir biex norganizzaw ruħna aħjar minħabba li n-numru qiegħed jikber u l-Kappillan jixtieq li barra li jqarben, ikollu ftit ħin biex jitkellem u jqarar li dawk li huma anzjani jew morda fid-djar.
  2. Nhar l-Erbgħa ser issir l-ewwel laqgħa taċ-Ċentru ta’ l-anzjani.  Il-laqgħa se tibda bil-quddiesa tat-8.15 am u wara tkompli fis-sala Dun Manwel.  Għal din il-laqgħa, il-Kappillan se jiltaqa’ ma’ l-anzjani.  Kulħadd huwa mistieden.
  3. Nhar il-Ġimgħa, ser isir Seminar għall-ġenituri u l-parrinijiet bi tħejjija għall-Griżma tal-Isqof fl-Iskola St Michael fis-6.30 pm.  Il-ġenituri u l-parrini huma mitluba biex jattendu għal dan is-seminar ta’ tħejjjja.
  4. Fil-weekend li ġej se niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Għalhekk il-ġbir kollu se jmur għall-Missjoni tal-Knisja Kattolika. Inħeġġu lil kulħadd ikun ġeneruż. 
  5. It-Tnejn 24 ta’ Ottubru, il-mixja Neokatekumenali se tagħti bidu għall-Katekeżi.  Għalhekk fil-weekend li ġej, aħwa tal-Mixja se jkunu qed jiġu f’kull quddiesa biex jagħmlu stedina lil kull min irid jibda’ mixja ta’ skoperta tas-sagrament tal-magħmudija li aħna lkoll irċevejna.
  6. Nixtiequ navżaw li l-uffiċċju Parrokkjali se jibda jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn filgħodu bejn 9.00 am u l-10.30 am u l-Ġimgħa mill-4.30 pm sas-5.45 pm.  It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Gimgħa filgħodu jkun hemm is-segretarja.

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi – Il-Ħadd 9 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum il-Ħadd, il-quddiesa tad-9.30 am se ssir bis-sehem tat-tfal fil-bidu tas-sena Kateketika. Fil-quddiesa isir it-tberik tat-tfal u tal-basktijiet tal-iskola . It-tfal, il-ġenituri u l-għalliema huma mħeġġa li jattendu. Wara l-quddiesa, t-tfal se jingħataw tifkira u party fis-sala Parrokkjali.
  1. Ix-xahar t’Ottubru, huwa x-xahar tar-Rużarju, għalhekk qiegħed jingħad darbtejn kuljum, mit-Tnejn sas-Sibt wara l-quddiesa tas-7.15 am.  u filgħaxija kuljum fis-6.00 pm, quddiem Ġesu Sagramentat. Wara barka Sagramentali.  Matul dan ix-xahar ma jsirux adorazzjonijiet tal-Ħamis għax tingħata l-barka sagramentali wara r-rużarju.
  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn it-talb tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tat-8.15 am.
  1. Nhar l-Erbgħa 12 t’Ottubru se jsir Coffee Morning għal kulħadd  fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers. Jibda mid-9.00 am ‘il quddiem.
  1. Nhar l-Erbgha wkoll hemm laqgħa għall-koppji tal-Azzjoni Kattolika fil-kamra tal-Legion of Mary, fis-7.00 pm.
  1. It-Tnejn 10 t’Ottubru se jiġi organizzat nofs ta’ nhar ta’ awareness dwar is-saħħa mentali, mid-9.00 am sal-12.00 pm.  Din hija attivita’ bla ħlas u se ssir minn Dr. Claire Axiaq u Ms. Claudia Azzopardi fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin tal-Banda. Kulħadd mistieden.
  1. Nixtiequ navżaw li l-kappillan se jibda jkun l-uffiċċju nhar ta’ Tnejn filgħodu bejn 9.00 am u l-10.30 am u l-Ġimgħa filgħaxija mill-4.30 pm – 5.45 pm

 

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 2 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa, mit-Tnejn sas-Sibt ir-rużarju jibda jingħad wara l-quddiesa tas-7.15 am. Filgħaxija jingħad kuljum fis-6.00 pm quddiem Ġesu Sagramentat, wara barka Sagramentali u Quddiesa.
  • Nhar il-Ħamis  fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lil-Lajċi impenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla f’dan iż-żmien partikolari biex jgħinna nwettqu il-ħidma pastorali matul din is-sena. Wara l-quddiesa se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. Nhar il-Ġimgha hija l-Ewwel Ġimgha tax-xahar u l-festa tal-Madonna tar-rużarju. Se ssir katina ta’ rużarju fil-kappella tal-adorazzjoni. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jagħtu isimhom u l-ħin fis-sagristija. Peress li matul dan ix-xahar il-barka qed tingħata wara r-rużarju ma ssirx adorazzjoni.
  1. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir quddiesa bis-sehem tat-tfal fil-bidu tas-sena Kateketika. Fil-quddiesa se jsir it-tberik tat-tfal u tal-basktijiet ta’ l-iskola. It-tfal u l-ġenituri u għalliema huma mħeġġa li jattendu. Wara l-quddiesa it-tfal se jingħataw tifkira.