Avviżi – Il-Ħadd 19 ta’ Frar 2023

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna li dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6:00 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm Quddiesa Kantata. Wara se jsir pellegrinaġġ ċkejken mill-knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn miġburin isir talb quddiem il-Kurċifiss.   Nixtiequ li min jista’ jġib xemgħa ħamra biex nagħmluha mal-Kurċifiss fil-pjazza. Nixtiequ ninformawkom li l-pellgrinaġġ ser isir l-Erbgħa tal-Irmied u mhux il-Ġimgha ta’ wara kif jidher fil-fuljett Parrokkali.
  2. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgha u l-Ħadd nitolbu l-Via Sagra fis-6.00 pm. 
  3. Is-Sibt, fis-5.45 pm Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jieħdu forma differenti fil-Parroċċa. Mhux se jkunu kollha f’ġimgħa waħda imma se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan.  Se jibdew mill-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara isir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  6. Matul din il-ġimgħa  qed inqassmu l-fuljett parrokkjali għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam l-Envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelop bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita’ tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lil Ommna Marija Immakulata.
  7. Nixtiequ navżaw li l-coffee morning li kien se jsir nhar it-Tlieta mhux ser isir. 
  8. Nitolbu għal ruħ, Alfred Galea li miet matul din il-ġimgħa.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Tags: No tags

Comments are closed.