This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 2 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa, mit-Tnejn sas-Sibt ir-rużarju jibda jingħad wara l-quddiesa tas-7.15 am. Filgħaxija jingħad kuljum fis-6.00 pm quddiem Ġesu Sagramentat, wara barka Sagramentali u Quddiesa.
  • Nhar il-Ħamis  fil-quddiesa tas-6.30 pm nagħtu bidu għal sena oħra ta’ ħidma pastorali. Inħeġġu speċjalment lil-Lajċi impenjati biex jattendu, biex flimkien nitolbu l-barka ta’ Alla f’dan iż-żmien partikolari biex jgħinna nwettqu il-ħidma pastorali matul din is-sena. Wara l-quddiesa se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. Nhar il-Ġimgha hija l-Ewwel Ġimgha tax-xahar u l-festa tal-Madonna tar-rużarju. Se ssir katina ta’ rużarju fil-kappella tal-adorazzjoni. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jagħtu isimhom u l-ħin fis-sagristija. Peress li matul dan ix-xahar il-barka qed tingħata wara r-rużarju ma ssirx adorazzjoni.
  1. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir quddiesa bis-sehem tat-tfal fil-bidu tas-sena Kateketika. Fil-quddiesa se jsir it-tberik tat-tfal u tal-basktijiet ta’ l-iskola. It-tfal u l-ġenituri u għalliema huma mħeġġa li jattendu. Wara l-quddiesa it-tfal se jingħataw tifkira.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 25 ta’ Settembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illeja fil-quddiesa tas-6.30 pm, il-Kappillan Dun Mario Mifsud se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma  tiegħu bħala Kappillan f’din il-parroċċa. Kulħadd hu mistieden għal din il-quddiesa.
  1. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani il-Caritas qed tistieden  lill-anzjani tal-parroċċi għall-quddiesa li ser issir  nhar il-Hamis fil-Bażilika Kristu Re Raħal Ġdid fl-10.45 am. Ser jiġi  organizzat trasport minn fejn il-knisja li jitlaq fl-10 am. Wara se jkun hemm attivita’ soċjali.  Dawk li huma interessati jħallu isimhom fis-sagristija jew mal-helpers sa għada t-Tnejn
  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
  1. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa, filgħodu mit-Tnejn sas-Sibt ir-rużarju jibda jingħad wara l-quddiesa tas-7.15 am. Filgħaxija jingħad kuljum fis-6.00 pm quddiem Ġesu’ Sagramentat u nispiċċaw bil-barka Sagramentali.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 18 ta’ Settembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni ewkaristika.
  1. Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru, fis-6.30 pm, il-Kappillan Dun Mario Mifsud se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma  tiegħu bħala Kappillan f’din il-parroċċa. Kulħadd hu mistieden għal din il-quddiesa.
  1. Fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani, l-Caritas qed tistieden lill-anzjani tal-parroċċi għall-quddiesa li ser issir nhar il-Ħamis  29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re Raħal Ġdid fl-10.45 am. Ser jiġi  organizzat trasport minn fejn il-knisja li jitlaq fl-10 am.  Dawk li huma interessati jħallu isimhom fis-sagristija jew mal-helpers.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 11 ta’ Settembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej ser issir il-ġabra speċjali għall-Art Imqaddsa. Bl-offerta tagħna nkunu qed ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u t’għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa u li għaddejjin minn tbatija minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Niftakru fihom fit-talb tagħna.
  1. Nhar il-Erbgħa se jerġa jibda l-kor Parrokkjali fis-7pm. Dawk li jixtieu jidħlu fil-kor, ikellmu lis-surmast jew iħallu isimhom fis-sagristijia.
  1. Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru, fis-6.30 pm, il-Kappillan Dun Mario se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma  tiegħu bħala Kappillan f’din il-parroċċa. Għalhekk qed nistiednu lil kulħadd speċjalment il-lajċi mpenjati biex nattendu għal din il-quddiesa. Wara se jsir riċeviment żgħir quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Nitolbu għal ruħ Mary Pace u Paul Cremona li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 4 ta’ Settembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

 It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-sena Ċ   

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis  niċċelebraw is-Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhux ġurnata tal-obbligu tal-quddies, inħeġġu lil kulħadd sabiex inqaddsu dan il-Jum bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa. Dak inhar filgħaxija ma jkunx hawn adorazzjoni ewkaristika.
  2. Nitolbu għal ruħ Teresa Bajada u Emmanuel Calleja li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 28 t’Awwissu 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd 28 ta’ Awissu 2022

 It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-sena Ċ   

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali b’risq il-parroċċa.
  3. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina s-sena li ġejja huma mitluba li jmorru l-Museum tal-Bniet, Triq Villambrosa, nhar it-Tlieta 13 ta’ Settembru jew il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru  bejn 5.15 pm u 6.15 pm biex jiktubuhom għal-lezzjonijiet tal-Katekizmu. Fin-Notice Board hemm ukoll l-iskeda l-ġdida tad-dutrina tal-bniet.
  4. Nitolbu għal Mary Scerri u Marisa Buttigieg li mietu matul dawn il-ġranet.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  5. Ninfurmawkom li Mons. Arċisqof innomina lil Fr Franco Fenech bħala l-kappillan il-ġdid ta’ din il-parroċċa. Fr Franco għandu 56 sena u sar saċerdot 28 sena ilu.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Inroddu ħajr lil Dun Mario Mifsud u nilqgħu l-aħbar tal-ħatra tas-Sitt Kappillan ta’ din il-Parroċċa.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻ TAL-PARROĊĊA

Inroddu ħajr lil Dun Mario Mifsud tal-Ġid

li twettaq fil-Ħidma Pastorali tiegħu

f’din il-Parroċċa

Nilqgħu b’ferħ l-aħbar tas-Sitt Kappillan

ta’ din il-Parroċċa

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Franco Fenech bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Immakulata Kunċizzjoni fil‑Ħamrun.

Dun Franco twieled fis‑27 ta’ Lulju 1966 f’Tal‑Pietà u rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola statali tal‑Marsa, is‑sekondarja fil‑Liċeo tal‑Ħamrun, u l‑postsekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle fil‑Birgu.  Fi Frar 1986 daħal mal‑Patrijiet Franġiskani Kapuċċini u rċieva l‑formazzjoni reliġjuża f’Pesaro l‑Italja. Dun Franco għamel l‑istudji tiegħu fis‑Seminarju ta’ Fano, li hu affiljat mal‑Università tal‑Lateran f’Ruma. Huwa għamel il‑professjoni reliġjuża fis‑7 ta’ Jannar 1993 u ġie ordnat djaknu xahrejn wara.

Dun Franco ġie ordnat saċerdot fit‑8 ta’ Lulju 1994. Wara l‑ordinazzjoni kompla l‑istudji tiegħu fl‑Università Gregorjana f’Ruma, l‑Italja. Huwa beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala animatur vokazzjonali fi ħdan l‑Ordni Franġiskan, kien direttur tal‑postulanti u tal‑postnovizzi, mexxa dar tat‑talb fil‑Wardija, serva wkoll  bħala viċi kappillan tal‑parroċċa ta’ Lourdes f’San Ġwann, u kien membru tal‑komunità parrokkjali ta’ Marija Regina fil‑Marsa.

Bejn l‑2002 u l‑2015, Dun Franco kien il‑kappillan tal‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u huwa wkoll il‑fundatur tal‑Fondazzjoni RISe, li toffri programm residenzjali ta’ rijabilitazzjoni għall‑priġunieri. Fl‑2015 beda jaħdem pastoralment fl‑Isptar Mater Dei u fl‑2018 beda jservi fil‑parroċċa Sant’Andrija f’Ħal Luqa.

Il‑parroċċa tal‑Immakulata Kunċizzjoni fil‑Ħamrun tiġbor fiha madwar 4,560 persuna.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 21 t’Awwissu 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd, 21 t’ Awwissu, 2022

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-sena, Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Il-Ġabra specjali t’Awissu għall-użu tal-Arja Kondizzjonata fil-Knisja ammontat għal €596. Grazzi lil kulħadd.
  3. Nitolbu għal ruħ Josephine Cutajar li mietet matul dawn il-ġranet.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Dun Mario Mifsud

Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud, kapppillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni

Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 14 t’Awwissu 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd, 14 t’ Awwissu, 2022

L-Għoxrin Ħadd matul is-sena, Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Għada t-Tnejn  hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies li jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar It-Tlieta  jaħbat  is-59 sena minn meta infetħet  il-knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.
  4. Wasal “Kliem il-Ħajja” ta’ Settembru. Nitolbu lid-distributturi biex jiġu għalihom fl-uffiċċju parrokkjali
  5. Nitolbu għal ruħ Miriam Grima li mietet matul dawn il-ġranet.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Dun Mario Mifsud

Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud, kapppillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni

Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 7 t’Awwissu 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd, 7 t’ Awwissu, 2022

Id-Dsatgħax-il Ħadd matul is-sena, Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum il-Parroċċa San Gejtanu qed tiċċelebrata l-festa parrokkjali. Nawgurawlhom festa sabiħa li tħalli ġid spiritwali.
  2. Nhar il-Ħamis , wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nitolbu għal ruħ Josephine Ebejer  li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.