Avviżi 25 ta’ Settembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illeja fil-quddiesa tas-6.30 pm, il-Kappillan Dun Mario Mifsud se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma  tiegħu bħala Kappillan f’din il-parroċċa. Kulħadd hu mistieden għal din il-quddiesa.
  1. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani il-Caritas qed tistieden  lill-anzjani tal-parroċċi għall-quddiesa li ser issir  nhar il-Hamis fil-Bażilika Kristu Re Raħal Ġdid fl-10.45 am. Ser jiġi  organizzat trasport minn fejn il-knisja li jitlaq fl-10 am. Wara se jkun hemm attivita’ soċjali.  Dawk li huma interessati jħallu isimhom fis-sagristija jew mal-helpers sa għada t-Tnejn
  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
  1. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa, filgħodu mit-Tnejn sas-Sibt ir-rużarju jibda jingħad wara l-quddiesa tas-7.15 am. Filgħaxija jingħad kuljum fis-6.00 pm quddiem Ġesu’ Sagramentat u nispiċċaw bil-barka Sagramentali.

 

Tags: No tags

Comments are closed.