This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

Avviżi 31 ta’ Lulju 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd, 31 ta’ Lulju, 2022

It-Tmintax-il Ħadd matul is-sena, Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.   Nhar it-Tlieta ser isir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers jew fis-sagristija.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali b’risq il-parroċċa speċjalment biex inkopru l-kontijiet għall-użu tal-Air Conditioners tal-Knisja.
  4. Nitolbu għal ruħ Rita Curmi li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud kapppillan tal-parroċċa

Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.

Il-Ħadd 24 ta’ Lulju, 2022

17-il Ħadd ta’ matul is-sena

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI

  1. Nhar il-Ħamis se ssir adorazzjoni ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Il-Ħadd 17 ta’ Lulju 2022

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI  ĦAMRUN

54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR10,

Malta

Tel: 21232643

Il-Ħadd 17 ta’ Lulju 2022 – Is-Sittax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

                                                                              Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nitolbu ghal ruħ Mary Farrugia, Gaetano Naudi u Donald Cuschieri li mietu matul dawn il-granet.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 10 ta’ Lulju 2022 – Il-Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Il-ġbir speċjali għall-festa li għamilna jammonta għas-somma ta’ €2,461 u mill-envelopes ġbarna €4,355. Nirringrazzjawkom u nieħdu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw kull tip ta’ għajnuna sabiex ikollna festa sabiħa u devota.
  3. Nixtiequ nfakkrukom li biex tiġbor il-fondi l-parroċċa torganizza l-biljetti mal-prima ta’ nhar ta’ Sibt. Sfortunatament qed jifdlilna diversi biljetti li jibqgħu ma jinbiegħux. Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom billi jew tixtruhon quddiem iċ-ċentru jew tibbukkjaw xi numri partikolari.

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2022 – Il-Festa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-Erbgħatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

Illejla l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.immexxija minn Dun Paul Buttigieg u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, immexxija mill- W.R. Patri Joseph Zahra O.P kappillan tal-parrocca ta’ Fatima. u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq il-Franġiskani,  Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita’. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.

Għada t-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem ta’ dawk kollha li ħadu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa.

Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Se tiġi organizzata ħarġa għall-Għawdex nhar it-Tlieta 12 ta’ Lulju . Tluq fis-7 am minn fejn il-Knisja . Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokjali.

Nitolbu għal ruħ Maria Sammut li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.