Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2022 – Il-Festa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-Erbgħatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

Illejla l-quddiesa bil-għasar tibda fis-6.00 p.m.immexxija minn Dun Paul Buttigieg u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni, immexxija mill- W.R. Patri Joseph Zahra O.P kappillan tal-parrocca ta’ Fatima. u li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq il-Franġiskani,  Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi ipparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser ngħidu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala komunita’. Fl-10.15 pm, fi tmiem il-purċissjoni, ssir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-knisja.

Għada t-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem ta’ dawk kollha li ħadu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa.

Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Se tiġi organizzata ħarġa għall-Għawdex nhar it-Tlieta 12 ta’ Lulju . Tluq fis-7 am minn fejn il-Knisja . Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokjali.

Nitolbu għal ruħ Maria Sammut li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.