Avviżi – Il-Ħadd 30 t’April 2023

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. It-Tnejn 1 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa xierqa jekk inqaddsu din il-ġurnata bil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol.
  2. It-Tlieta 2 ta’ Mejju se jsir ħin ta’ talb u riflessjoni quddiem ir-relikwija ta’ San Ġorġ Preca fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża Blata l-bajda. Aħna li noqgħodu l-Ħamrun għandna nħossuna privilegġġati li Dun Ġorġ kien jgħix il-Ħamrun u li fil-Ħamrun għandna l-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Għalhekk tajjeb li ningħaqdu fis-7.00 pm fl-istess Kappella biex nitolbu flimkien.
  3. Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji
    It-Tlieta: Inbierek Triq il-Kanonku Bonnici
    L- Erbgħa: Triq il-Kappillan Mifsud
    Il-Ħamis: Triq Kunċizzjoni, Triq il-Liċew u Triq il-Lunzjata.
  4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  5. Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
  6. Nitolbu għal ruħ Andrew Moon, Mary Scerri, u Maria Psaila li mietu matul din il-ġimgħa. Aghtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 23 t’April 2023

It-Tielet Ħadd tal-Għid

– Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum fil-quddiesa tal-11.00 am se niċċelebraw bħala Parroċċa waħda u Ħamrun wieħed, id-9 suċċess tal-Ħamrun Spartans.  Għal din il-quddiesa se jattendu s-Sindku u l-Kunsill lokali, Scouts u Girl Guides, Nursery, Kumitat u Players u entitajiet oħra.  L-isports jgħaqqadna u jferraħna.  U huwa xieraq li nifirħu ma dawn ħutna li tant għamlu unur lill-Ħamrun u l-Ħamruniżi.  Ovvajament dawn mhux ġejjin weħidhom imma se jġibu magħhom it-tazza tad-9 rebħa.  Wara l-quddiesa se niltaqgħu fi pjazza Kappillan Muscat biex inkomplu niċċelebraw flimkien.
  2. Matul din Il-ġimgħa  inkompli t-tberik tal-Familji:

It-Tnejn: Inbierek Triq id-Duluri.

It-Tlieta: Inbierek Sqaq No 1 fi triq id-Duluri, Triq Fatati u Triq Ferrovija

L- Erbgħa : Triq il-Franġiskani 

Il-Ħamis: Sqaq il-Għajn, Triq Kappillan Valletta u Triq il-Kunzar

3. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manuel wara il-quddiesa tat-8.15 am. Il-kelliem se jkun soċju tal-museum. Kulhadd huwa mistieden.

4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

5. Il-weekend li ġej huwa JUM IL-KARITA’, għalhekk il-ġbir li jsir fil-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd li ġej se jmur bħala għajnuna lill-opri ta’ karita’ fi ħdan il-Knisja.  F’isem l-Arċisqof ngħid Grazzi lil dawk kollha li joffru l-kontribuzzjoni taghħom bħala għajnuna għal dawk fil-bżonn, kif ukoll lil dawk kollha li joffru ruħhom fil-volontarjat f’dawn l-opri ta’ Karita’. Grazzi.

6. Nitolbu għal ruħ Victor Farrugia u Mary Bartolo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 16 t’April 2023

It-Tieni Ħadd tal-Għid – Festa tal-Ħniena Divina

– Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illejla l-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ nnifsu.  Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.  Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.
  2. Matul din Il-ġimgħa  inkompli t-tberik tal-Familji:

It-Tnejn inbierek Triq Barth.

it-Tlieta nbierek Dun Edgar Vella, Triq  Vitale u Triq Pace Forno.

L- Erbgħa Triq Ġuże’ Maria Camilleri,

Il-Ħamis Triq Ġuże’ Pace u Triq Ġwann Mamo.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Nhar il-Ħadd li ġej, 23 ta’ April, fil-quddiesa tal-11.00 am se niċċelebraw bħala Parroċċa waħda u Ħamrun wieħed, id-9 suċċess tal-Ħamrun Spartans.  Għal din il-quddiesa se jattendu s-Sindku u l-Kunsill lokali, Scouts u Girl Guides, Nursery, Kumitat u Players u entitajiet oħra.  L-isports jgħaqqadna u jferraħna.  U huwa xieraq li nifirħu ma dawn ħutna li tant għamlu unur lill-Ħamrun u l-Ħamruniżi.  Ovvajament dawn mhux ġejjin weħidhom imma se jġibu magħhom it-tazza tad-9 rebħa.  Wara l-quddiesa se niltaqgħu barra biex inkomplu niċċelebraw flimkien, xi ritratt ma jonqosx u nkantaw mal-Innu.

5. Nitolbu għal ruħ Joyce Zammit, Raymond Zahra u Romilda Demanuele, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 9 t’April 2023

L-Għid il-Kbir – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna rappreżentant ta’ Dar il-Wens li se tieħu l-figolli li ġibtu intom.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentaw ukoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal  ġabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzlai ta’ lejliet id-Duluri. Tajjeb li t-tfal li jkunu hawnhekk preżenti għal din il-quddiesa, jitilgħu huma stess, f’isem it-tfal l-oħra, bl-offerti tagħhom.
  2. Minn nhar it-Tlieta 11 ta’ Aprill se nibda’ t-tberik tal-Familji:  

It-Tlieta. nbierku l-familji fi Triq A.Muscat Azzopardi, Triq Schembri u Triq Adelaide Cini.

L-ErbgħaTriq Alexander .

Il-ĦamisTriq Danny Cremona.  

It-tberik jibda fl-4.00 pm. il-familji qed jiġu avżati .

Infakkarkom li l-iskop tat-tberik huwa sabiex l-ilma li nkunu berikna fil-lejl tal-Għid jasal għand il-familji kollha tal-Parroċċa.  Għalhekk, għalkemm huwa gost għalija li niltaqa’ magħkom, żgur li mhux se nkun nista’ ngħaddi ħin twil ma’ kull familja.  Jekk ikun hemm familji li għandhom bżonn li nitkellmu, nistgħu nagħmlu appuntament għal darb’oħra biex ma nħallux familji jistennew iżżejjed jew nasal tard fid-djar. Grazzi li tifhmu s-sitwazzjoni u tgħinuni.

3. Nhar il-Ħamis se jkun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

4. Nhar il-Ġimgħa  se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7.00pm fis-Sala Parrokkjali. Biljett mingħand il-helpers.

5. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Fil-5.30 pm tibda’ siegħa Adorazzjoni.  Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

6. Nitolbu għal ruħ Doris Cauchi, li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 2 t’April 2023

Ħadd il-Palm – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum, niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9.00 am niltaqgħu fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fejn isir it-tberik tal-Palm u Żebbug u mixja sal-Knisja. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa, tifkira tad-daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm u l-qari tal-Passjoni.
  2. Fil-quddiess ta’ filgħaxija ta’ nhar it-Tnejn, Tlieta u l-Erbgħa nitolbu t-talba tal-Għasar li hija t-talba tal-Knisja bis-salmi.
  3. Nhar It-Tnejn  fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni.
  4. Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka, tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija u tas-saċerdozju.  Filgħodu ma jkunx hawn quddies ghax issir quddiesa waħda fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut. Għalhekk kemm il-Knisja, kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin.
  5. Fis-6.30 pm il-Ħamis, nagħtu bidu għat-tlett ijiem qaddisa tal-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata . Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti fl-10.00 p.m. ikollna siegħa Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni.
  6. Infakkru li nhar il-Ġimgħa l-Kbira hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fid-9.30 am Adorazzjoni għat tfal mill-membri tal-Museum. Il-Knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 p.m. ċelebrazzjoni tal-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
  7. Nhar is-Sibt, IL-VGILI TAL-GĦID IL-KBIR, jum il-Qawmien ta’ Ġesu’ mill-imwiet. Nibdew fit-8.30 p.m bit-tberik tan-nar ġdid.
  8. Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30 am se tkun bis-sehem tat-tfal. Inħeġġeġ it-tfal biex jiġu għal din il-quddiesa li fiha se niċċelebraw lil Ġesu’ ħaj.
  9. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-vara tad-Duluri hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna biex jiġu megħjuna persuni u familji f’diffikulta’.
  10. Bħal kull sena qegħdin niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ ta’ Dar il-wens u d-Dar tal-Providenza, f’quddiesa li ssir it-Tnejn l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 10 t’April fis-6.30 pm.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentaw ukoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal ikunu gabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzjali ta’ lejliet id-Duluri.
  11. Wara l-Għid nibdew nitolbu il-Via Lucis kull nhar ta’ Tlieta, l-Ġimgħa u l-Ħadd. Fil-ġranet l-oħra jintalab ir-Rużarju
  12. Nhar il-Ħamis 13 ta’ April iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għar-Rabat. Biljetti mingħand il-helpers.               

 

Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Marzu 2023

Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                       

  1. Illum, il-Pellegrinaġġ KRISTU FI TRIQATNA. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fir-Raħal tagħna.  Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm.  Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa minn Mons. George Frendo OP.  Għalhekk illejla ma jkunx hawn quddiesa fis-6.30 pm imma wara l-pellegrinaġġ.
  2. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel. Jien se nattendi u nagħmel ħsieb. Din tkun il-quddiesa tat-8.15 am
  3. Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri se ssir ċelebrazzjoni penitenzjali fil-5.30 pm għat-tfal u l-ġenituri. Inħeġġeġ mhux biss lit-tfal, imma wkoll lil ġenituri biex nersqu għall-qrar u hekk nippreparaw ruħna għall-festi li ġejjin u wkoll biex tagħtu eżempju lil uliedkom.  Niftakru li kif jgħid il-Malti: l-eżempju jkaxkar. Dak in-nhar, it-tfal huma mistiedna li jġibu magħhom il-Karus ta’ mħabba li ngħata lilhom fil-bidu tar-Randan, biex id-donazzjonijiet jingħataw lid-Dar tal-Providenza.
  4. Il-Ħamis ukoll imbagħad fis-6.30 pm il-quddiesa u wara l-quddiesa tibda’ ċelebrazzjoni penitenzjali għall-kulħadd. Ikun hemm is-saċerdoti disposti għall-qrar.
  5. Nhar il-Ġimgħa  (Festa Pubblika) hija l-Festa għażiża tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu hekk: filgħodu: 6:15, 7:15 u 8:15. Filgħaxija: 5:30 pm. Wara, fis-6:30 pm toħroġ il-Purċissjoni li tgħaddi mit-toroq: Manwel Magri, Ġuże’ Pace, Barth, Lord Byron, Franġiskani, Mons DePiro u Kappillan Mifsud sal-knisja. Wara jkun hemm Quddiesa oħra. Inħeġġeġ lil kulħadd biex minn fejn tgħaddi l-purċissjoni inżejnu l-gallariji u t-twieqi bi xbieha u dawl. Imma fuq kollox l-importanti li niġu u nieħdu sehem kemm fl-Ewkaristija u kemm fil-purċissjoni bix-xbieha għażiża ta’ Marija Addolorata.
  6. Nhar Il-Ħadd 2 t’April, fid-9.00 am isir ir-rit tat-tberik tal-friegħi tal-Palm u taż-Żebbuġ fil-bitħa tas-Sorijiet tal-Eġittu. Ghalhekk niltaqgħu hemm u mhux fil-Knisja biex niġu Purċissjoni sal-Knisja fejn niċċelebraw il-quddiesa tad-daħla ta’ Ġesu’ ġewwa Ġerusalemm.  Din hija l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, dak li ppreparajna ruħna għalih matul ir-randan.
  7. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-31 ta’ Marzu u s-7 t’April bit-tema magħżula: IDDAWWARX SPALLEJK.  Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju biex nitfgħu fihom l-offerti tagħna.  Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.
  8. Infakkarkom li t-Tnejn 3 t’April fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidhlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni u persuni li jinterpretaw personaġġi Bibliċi.
  9. Bħal kull sena se niġbru l-figolli li se jingħataw  lill-persuni b’diżabilita’  f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 10 t’April fis-6.30 pm.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentawlu wkoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal ikunu gabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzjali ta’ lejliet id-Duluri.
  10. Nitolbu għal ruħ  Doris Belli li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 19 ta’ Marzu 2023

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                       

  1. Nhar il -Ġimgħa, inkomplu bir-4 laqgħa tal-eżerċizzi  fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Imexxi Mons. Dun Joe Bajada.
  2. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa apposta li ssir l-għada ta’ l-Għid. Min jixtieq jista’ jġibhom hawnhekk u nżommuhom għal dak in-nhar.
  3. Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar il-Ħadd li ġej. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fir-Raħal tagħna. Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm.  Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa. Għalhekk ma jkunx hawn quddiesa fis-6.30 pm.
  4. Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-31 ta’ Marzu u s-7 t’April bit-tema magħżula: IDDAWWARX SPALLEJK.  Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgha ta’ Sagrifiċċju biex nitfgħu fihom l-offerti tagħna.  Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.
  5. Il-Fratellanza tas-Santissimu Kurċifiss tal-Belt Valletta tavża li, kif isir kull sena fil-Ġurnata iddedikata lilu, il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu se tinfetaħ in-niċċa tal-Kurċifiss Mirakoluż tal-Belt Valletta biex ikun espost għad devoti. Il-Knisja ta’ Ġieżu se tkun miftuħa mis-7.00 am u tingħalaq fis-7.00 pm. Ser jitqassmu wkoll santi b’tajjara mimsusa max-xbieha tal-Kurċifiss Miarkoluż dakinhar biss.
  6. Infakkarkom li It-Tnejn 3 t’April fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni u persuni li jinterpretaw personaġġi Bibliċi.
  7. Nitolbu għal ruħ Doris Libreri u Michael Chircop li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 12 ta’ Marzu 2023

It-Tielet Ħadd tar-Randan -Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il -Ġimgħa, nkomplu bit-tielet laqgħa tal-eżerċizzi fis-6.00 pm Via Crucis, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Iqaddes u jagħmel il-ħsieb Mons. Hector Scerri.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej 19 ta’ Marzu, hija l-festa ta’ San Ġużepp. Għall-quddiesa ta’ 9.30 am huma mistiedna b’ mod speċjali dawk kollha li jisimhom għal San Ġużepp.
  3. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu  se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7.45 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid.
  5. Il-Parroċċa se torganizza pellegrinaġġ għal-Lourdes bejn 18 – 22 ta’ Lulju .  Dawk li huma nteressati jieħdu programm bid-dettalji mill-uffiċċju parrokkjali jew mis-Sagristija.  Imma jeħtieġ li jgħiduli li huma nteressati għax l-aġenzija qed titlobni d-dettalji.
  6. Infakkar fil-laqgha tal-First Aid li se ssir nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu fis-6.00 pm fi Pjazza Kappillan Muscat.  Tajjeb li nkunu nfurmati dwar x’nistgħu nagħmlu f’każ ta’ bżonn. Min jattendi se jingħata wkoll ċertifikat mill-jobsplus.
  7. Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar is-26 ta’ Marzu.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fir-Raħal tagħna.  Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm.  Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa minn Mons. Isqof George Frendo, Dumnikan. 
  8. It-Tnejn 3 t’April fis-7.15 pm se isir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kuncizzjoni u persuni li jinterpretaw personaġġi Bibliċi.
  9. Nitolbu għal ruħ Doris Libreri li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Marzu 2023

It-Tieni Ħadd tar-Randan -Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ġimgħa,  inkomplu bit-2 laqgħa tal-eżerċizzi  fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  2. Kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  3. Nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu, is-Soċjeta’ tal-MUSEUM se tfakkar l-anniversarju mill-mewt tal-Qaddej t’Alla Eugenio Borg, li hu l-ewwel Superjur Ġenerali.  Din se ssir fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakoluża nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu fis-6.00 pm u l-Hadd 12 ta’ Marzu fit-8.00 am.  Kulħadd mistieden biex jieħu sehem.
  4. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu ċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Sejrin ninviżtaw ir-Rendentur l-Isla. Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
  5. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu  se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7.45pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
  6. Il-Parrocca se torganizza pellegrinaġġ ghal-Lourdes bejn 18 – 22 ta’ Lulju.  Dawk li huma nteressati jieħdu programm bid-dettalji mill-uffiċċju parrokkjali jew mis-Sagristija.
  7. Nhar is-Sibt 1 ta’ April, se ssir l-ikla Lhudija.  Din issir ghaliex hija l-ikla li fiha l-Mulej Ġesu’ waqqaf l-Ewkaristija.  Meta niċċelebrawha nifhmu aħjar il-kuntest li fih Ġesu’ offra lilu nnifsu fl-Ewkaristija.  Inħeġġiġkom biex nieħdu sehem għax ikun bidu tajjeb għall-Ġimgħa Mqaddsa.  Din se tkun fis-sala Parrokkjali fis-7.30 pm.
  8. L-Għaqda Mużikali, Marija Immakulata se torganizza kors tal-ewwel għajnuna: first aid course u wkoll se jkun hemm tagħlim ta’ kif jaħdem id-defribilator.  Dan huwa apparat li jintuża f’każ li jkun hemm problemi fil-qalb.  Huwa apparat importanti li huwa uniku fiz-zona tagħna.  Il-Kumitat tal-Banda ġentilment għoġobhom jagħtu wkoll iċ-ċavetta tal-Kazin lill-Parroċċa f’każ li jkun hemm bżonn jintuża dan l-apparat.  Il-Kors se jsir il-Ħamis 16 ta’ Marzu, fi Pjazza Kappillan Muscat fis-6.00 pm.  Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u nifhmu x’għandna nagħmlu f’każ ta’ bżonn.
  9. Nitolbu għal ruħ, George Ciappara, Anthony Dimech u Carmen Schembri li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

                                                                      

 

Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Frar 2023

L-Ewwel Ħadd tar-Randan -Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tnejn fis-6.00 pm (minflok fis-6.30 pm) se jkun hawn Quddiesa għat-Tfal kollha fejn se nqassmu il-Karus ta’ Mħabba u Kalendarju tat-Tfal għal matul ir-Randan.
  2. Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd ikollna l-Via Sagra fis-6.00 pm.  Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.
  3. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jieħdu forma differenti fil-Parroċċa. Se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan.  Għalhekk  nibdew nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu. Fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
  4. Kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm  jingħad ir-Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir.
  6. Qed jitqassam ukoll l-Envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelops bl-offerta tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.
  7. L-Għaqda Mużikali, Marija Immakulata se torganizza kors tal-ewwel għajnuna: first aid course, u wkoll se jkun hemm tagħlim ta’ kif jaħdem id-defribilator.  Dan huwa apparat li jintuża f’każ li jkun hemm problemi fil-qalb.  Huwa apparat importanti li huwa uniku fiż-żona tagħna. Il-Kumitat tal-Banda ġentilment għoġobhom jagħtu wkoll iċ-ċavetta tal-Każin lill-Parroċċa f’każ li jkun hemm bżonn jintuża dan l-apparat.  Il-Kors se jsir il-Ħamis 16 ta’ Marzu, fi Pjazza Kappillan Muscat fis-6.00 pm.  Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u nkunu konxji x’għandna nagħtu f’każ ta’ bżonn.
  8. Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar is-26 ta’ Marzu.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fil-Ħamrun.  Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm.  Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa.  Min jixtieq li jilbes ta’ xi personaġġ bibliku, jikkuntattja lill-Każin.