Il-Ħames Ħadd tal-Għid
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
-
1. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġuzepp Ħaddiem. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa xierqa jekk inqaddsu din il-ġurnata bil- quddiesa. Il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ xogħol.
-
Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
-
. Iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa għall-Għawdex nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju. Biljetti u aktar dettalji mingħand il-helpers.
-
Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
-
Minħabba li l-kappillan se jkun qed jakkumpanja l-Għaqda Mużikali tagħna ġewwa Lourdes, l-Uffiċċju mhux se jkun miftuħ bejn il-Ġimgħa 26 ta’ April u l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju.
-