Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Ommna l-Verġni Marija. Għalkemm ma hix ġurnata tal-obbligu u tal-quddies, tajjeb li nqaddsu dan il-Jum għażiż bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.
Nhar il-Ħamis, ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nixtiequ navżaw li is-Sagrament tal-Griżma din is-sena se jiġi amministrat nhar il-Ħadd 25 t’Ottubru fil-quddiesa tad-9:30 am. Importanti ħafna li l-ġenituri jirreġistraw it-tfal tagħhom fl-uffiċċju Parrokkjali u jġibu magħhom: a) il-karta tal-Parrini, b) iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal u c) iċ-ċertifikat tal-magħmudija jekk ma jkunux tgħammdu f’din il-parroċċa.
Nhar il–Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk, nagħmlu l-Ġabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Il-ġimgha li għaddiet installajna sistema ġdida ta’ Alarm fil-Knisja li ġiet tiswa €3263. Napprezzaw kull għajnuna għal dan il-proġett li huwa investiment importanti għas-sigurta’ kemm tal-Knisja u kemm tad-Dar u l-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Ħadd, fil-quddiesa tad-9.30 am, se tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lit-tfal subien tal-Parroċċa tagħna.
Nhar il-Ħamis ikun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar is-Sibt li ġej 22 ta’ Awwissu se nagħmlu l-ewwel prima tal-lottu bħala fundraising għall-parroċċa. Nhar ta’ Ħamis se jkun hemm persuna tbiegħ il-biljetti fejn iċ-ċentru filgħodu kmieni bħas-soltu. Min abbona xi numru jew jiġborrhom il-Ħamis jew mill-uffiċċju nhar it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa.
Nitolbu għal ruħ Giovanni Teuma u Matilde Montford li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Reġgħu ħarġu direttivi aġġornati għall-quddies. L-iktar importanti hi li se terġa tibda tittieħed it-temperatura qabel nidħlu l-knisja, il-maskra/visor reġgħet obbligatorja u noqgħodu 2 metri ‘il bogħod minn xulxin.
Nhar t-Tnejn se ssir l-ewwel Qrara tal-Bniet fil-5.00 pm fil-Knisja Parrokkjali filwaqt li dik tas-subien se ssir l-għada t- Tlieta fl-istess ħin.
Nhar l-Erbgħa fis-7.00 pm fil-knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri. Se titla wkoll il-polza u jkun hemm il-fotografu li se jieħu r-ritratti taċ-ċerimonja.
Nhar Il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.00 pm bis-sehem tat-tfal tal-preċett u l-ġenituri. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am
Nhar is-Sibt hija l-Festa ta’ Santa Marija, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am ikun hawn Ċelebrazzjoni tal-Ewwel tqarbina tal-Bniet .
Il-Ħadd fil-quddiesa tad-9.30 am ikun hawn Ċelebrazzjoni tal-Ewwel tqarbina tas-subien .
Hemm il-ħsieb li nerġgħu nagħmlu lotterija li titla mal-lottu pubbliku. Dawk li huma nteressati li jżommu xi numru partikulari jiġu waqt il-ħin tal-uffiċċju jkellmuna jew jiktbulna isimhom, indirizz, telefon number u numru li jixtiequ u jimpustawhomlna fil-letter box tal-uffiċċju.
Nitolbu għal ruħ Emanuel Meilak u Grezzju Micallef li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis lejliet l-Ewwel Ġimgha tax-xahar ser isir adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Minn nhar it-Tnejn ser nerġgħu niftħu l-kappella tal-Adorazzjoni. Importanti li żżommu d-distanza kif inhuma ippustjati s-siġġijiet u tagħmlu s-santizer. Il-kappella se tkun miftuħa mis-7 am sat-8 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u nhar ta’ Sibt mis-7 am sa Nofinhar. Il-Ħadd u festi pubbliċi ma tkunx miftuħa.
Hemm il-ħsieb li nerġgħu nagħmlu lotterija li titla mal-lottu pubbliku. Dawk li huma nteressati li jżommu xi numru partikulari jiġu waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju jkellmuna jew jiktbulna isimhom, indirizz, telefon number u numru li jixtiequ u jimpustawhomlna fil-letter box tal-uffiċċju.
Navżaw li t-Tnejn 10 ta’ Awwissu se ssir l-ewwel Qrara tal-Bniet fil-5.00 pm fil-Knisja Parrokkjali filwaqt li dik tas-subien se ssir l-għada t- Tlieta 11 ta’ Awwissu fl-istess ħin. L-Erbgħa 12 t’ Awwissu fis-7.00 pm fil-knisja se ssir laqgha għall-ġenituri li fih titla wkoll il-polza.
Il-Vigarju ħareġ ċirkulari sabiex iħeġġiġna nkomplu nħarsu l-ħajja tagħna u ta’ xulxin billi speċjalment: a) inżommu d-distanza soċjali ta’ żewġ metri (għal dan il-għan ma jistgħux joqgħod persuni f’nofs il-bankijiet ħlief familji), b) nużaw is-sanitizers u c) nisħqu fuq l-importanza tal-użu tal-maskri/visors speċjalment għall-persuni vulnerabbli u anzjani.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Ġimgħatejn oħra se sssir l-Ewwel Qrara tat-tfal li se jagħmlu l-preċett. It-Tnejn 10 t’ Awwissu għall-bniet u t-Tlieta 11 ta’ Awwissu għas-subien. Il-ħin ikun fil-5.00 pm fil-Knisja Parrokkjali.
Infakkrukom li l-Ħadd li ġej nagħmlu l-Ġabra speċjai għall-parroċċa.
Nitolbu għal ruħ Mansweta Pirrone li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Il-ġbir għall-festa li għamilna kemm il-Ħadd ta’ qabel u kemm f’jum il-festa nġabret is-somma ta’ €1,859. Nirringrazzjawkom u nieħdu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw kull tip ta’ għajnuna sabiex ikollna festa sabiħa u devota anke jekk kellna inqas minn ġimgħa biex nippreparawha.
Illum il-Ħadd bħal se niċċelebraw il-festa titulari. Il-quddies se jkunu bħas-soltu, fis-6.30 am u fit-8.00 am. Fid-9.30am niċċelebraw il-festa b’quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan tal-parroċċa tan-Nazzarenu Patri Joe Cilia. Il-quddiesa tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-orkestra. Patri Joe Cilia li hu mil-Hamrun, din is-sena jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tiegħu. Wara jkollna l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu fil-11.00 am.
Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6.00 pm biex fis-7.00 pm jibda l-l-Pellegrinaġġ Aux Flambeaux immexxi mill-Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Kanonku Dun Walter Cauchi, li jgħaddi minn: Triq Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri Cilia, Triq il-Ferrovija, Triq Maintland, Triq id-Duluri, Triq Dun Edgar Vella, Triq Vitale, Triq Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Kappillan Mifsud. Matul il-pellegrinaġġ ser nirringrazzjaw lill-Madonna permezz tar-Rużarju u se jkollna l-Banda Immakulata Kunċizzjoni li se takkumpanjana b’innijiet Marjani. Fid- 9.00 pm jidħol il-Pellegrinaġġ u tingħata l-Barka sagramentali.
It-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament għal dawk kollha li ħadu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa.
Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Hekk kif din il-ġimgħa ġew riveduti r-restrizzjonijiet għall-quddiesa, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li tawna l-għajnuna bħala Ushers fl-ewwel tlett ġimgħat mindu beda jsir il-quddies.
Nitolbu għal ruħ Ġemma Farrugia li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
It-Tnejn hija l-Festa ta’ San Pietru u San Pawl. Hija Festa pubblika u tkun ħaġa sabiha li nqaddsu din il-ġurnata bil-quddiesa.
Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm
Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd ser issir il-Festa tal-Parroċċa tagħna. Din is sena l-festi f’Malta se jsiru b’mod ridott li se jikkonsistu f’ quddiesa solenni u pellegrinaġġ.
Il-quddies filgħodu l-Ħadd se jkunu fis-6.30 am u fit-8.00 am. Fid-9.30 am niċċelebraw il-festa b’quddiesa solenni, immexxija mill-Kappillan tal-parroċċa tan-Nazzarenu Patri Joe Cilia, li hu mil-Hamrun u li din is-sena jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tiegħu. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali u l-orkestra, Wara jkollna l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu fil-11.00 am.
Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis -6.00 pm biex fis-7.00 pm jibda l-Pellegrinaġġ Aux Flambeaux immexxi mill-Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Kanonku Dun Walter Cauchi. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn: Triq Manwel Magri, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Indri Cilia, Triq il-Ferrovija, Triq Maintland, Triq id-Duluri, Triq Vitale, Triq Kunċizzjoni, Triq il-Fatati, Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Kappillan Mifsud. Matul il-pellegrinaġġ se nirringrazzjaw lill-Madonna permezz tar-Rużarju u se nkunu akkumpanjati mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni b’innijiet Marjani. Fid- 9.00 pm jidħol il-Pellegrinaġġ u tingħata l-Barka sagramentali.
Nhar it-Tnejn fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem ta’ dawk li ħadmu fl-organizzazzjoni tal-festa.
Illum qed nagħmlu l-unika ġabra speċjali għall-festa parrokkjali. Ma ninsewx nitfgħu l-offerta tagħna fil-qfief ħdejn il-bieb ta’ barra.