Avviżi – Il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024

Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hemm it-talb tal-Ħniena Divina fid-9:15 am fil-kappella u jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar ikollna ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  3. Fuq in-notice board ta’ wara l-antiporta hemm xi ritratti tal-ħsara li hemm fuq il-bejt u l-koppla. Ix-xogħol qiegħed isir u miexi ġmielu.  Ġie ukoll il-perit biex isegwi kif qed isir ix-xogħol. Nitlobkom sabiex tgħinuna għax jekk ma nieħdux ħsieb barra, żgur li ma nistgħux nagħmlu xogħol fuq ġewwa.  Grazzi mill-qalb.

  4.  Fuq in-notice board hemm ukoll l-irċevuta tas-somma li tajna bħala Parroċċa lid-Dar tal-Providenza. Is-somma kienet ta’ €1500 u mort jiena personalment biex ngħaddihielhom.  Irrid nesprimi l-gratitudni ta’  Dun Martin Micallef għall-ġenerożita tagħkom.

  5. Nitolbu għal ruħ Doris Borg u Mario Farrugia li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2023

Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illejla l-Quddiesa tas-6:30 pm se tkun bit-Te Deum (innu ta’ tifħir lill-Mulej) bħala ringrazzjament lil Alla. Imbagħad, nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa biex issir adorazzjoni fis-skiet.  Fl-10:15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11:15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.

  2. Għada t-Tnejn l-Ewwel tas-sena il-quddies ikun bħal tal-Ħadd u nfakkrukom li l-ġabra se tmur kollha għad-dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Dakinhar  huwa wkoll il-56 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa.  Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  3. Peres li din is-sena ħabtet it-800 anniversarju minn meta San Franġisk għamel l-ewwel presepju ħaj, il-Papa Franġisku ta Indulġenza Plenarja (maħfra) lil dawk kollha li jżuru u jitolbu quddiem il-presepju f’xi Knisja Franġiskana. Għalhekk nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar se niltaqgħu fil-5:30 pm u nitilqu f’pellegrinaġġ lejn il-Knisja tal-Franġiskani bit-talba tar-rużarju, fis-6:00 pm niċċelebraw il-quddiesa u wara nitolbu quddiem il-presepju biex niksbu l-indulġenza.

  4. Nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar, se jkollna iż-żjara tat-3 slaten Maġi fil-Knisja tagħna, fi triqthom lejn il-presepju ta’ Għajnsielem ġewwa Għawdex. Din se tkun għal ħabta tas-7:15 pm, jiġifieri, hekk kif tispiċċa l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġiġkom sabiex tibqgħu ftit mumenti magħna għal dan l-avveniment.

  5. Nitolbu għal ruħ Josette Sultana, Maggie Spiteri, Frans Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2023

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Għada l-Ħadd huwa lejliet il-Milied.    Fis-6:00 pm is-superjuri tal-mużew jistiednu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom jieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu  fejn jittellgħa programm żgħir ta’ kant u poeziji.

  2. Imbagħad fil-10:45 pm tibda’ l-velja a u f’nofs il-lejl il-quddiesa tal-Milied. Għall-velja se jkollna kant ta’ għanjiet tal-Milied mill-Kor tal-Parroċċa, drama u priedka tat-tifla. Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin u nieħdu xi ħaġa sħuna li għamlulna s-sorijiet tal-Karita’.

  3. Għada It-Tnejn Jum il-Milied il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.

  4. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9:30 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

  5. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

  6. Infakkar li l-ġbir ta’ nhar l-Ewwel tas-sena se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġeneruzi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom.

  7. Infakkar ukoll li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru, l-għaqda mużikali tal-Parroċċa tagħna se żżur lit-tfal li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei. Huma tfal li ma setgħux jgħaddu l-Milied fil-familja tagħhom.  Inferrħuhom u nuruhom imħabba.  Bħalissa qalulna li fil-Wards li se nżuru hemm xi 30. Min jixtieq iġib xi rigali għat-tfal, jista’ jagħmel dan sas-26 ta’ Diċembru.

  8. Fl-1 ta’ Jannar huwa wkoll il-56 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  9. Nitolbu għal ruħ Carmen Demanuele u Alfred Curmi li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2023

It-Tielet Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

      1. Din il-ġimgħa nkomplu bin-novena tal-Milied, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nkantaw il-kurunella tal-Bambin Ġesu’. Inħeġġukom biex tattendu għan-novena ħalli nagħmlu mill-Milied, festa spiritwali.

      2. Minn mindu il-Mulej sejjaħ għal għandu lil Patri Elija Vella, il-quddiesa ta’ Liberazjoni li kienet issir San Pawl il-Baħar kull xahar, aħna bħala eżorċisti, ddeċidejna li nibdew nagħmluha fi knejjes differenti. Għalhekk propju nhar il-Erbgħa fis-6:30 pm ser issir quddiesa bit-talb ta’ liberazzjoni fil-knisja Parrokkjali tagħna.  Inħeġġeġ lil kulħadd biex niġu nitolbu u nfaħħru lil Alla, filwaqt li nitolbu l-protezzjoni tiegħu mit-tfixkil tax-xitan.

      3. Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6:00 pm bis-sehem tat-tfal. Inħeġġu tfal iġibu magħhom bambin jew presepju żgħir biex inberkihom. Ir-rużarju ikun fil-5:30 pm.

      4. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9:30 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

      5. Matul dawn il-ġranet tal-avvent ġew impoġġija qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei.  L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Nitolbukom tkunu ġenerużi ma’ dawn it-tfal li mhux se jqattgħu il-Milied mal-familji tagħhom.

      6. Nhar is-Sibt ir-raba Ħadd ta’ l-Avvent. Fil-5:45 pm ir-rużarju, 6:10 pm talb tas-Salmi u wara quddiesa.

      7. Is-Superjur tal-Museum jixtieq javża li l-Museum tagħna ġie mistieden biex jieħu sehem fil-Purċissjoni Nazzjonali fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru fis-6:00 pm. Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ biex nakkumpanjaw il-Purċissjoni.  Għalhekk se jiġi pprovdut trasport minn quddiem il-Knisja tagħna fil-5:15 pm.  Jekk tkunu tixtiequ tistgħu tkellmu lis-Superjur jew iċċemplu fuq in-numru li hemm fin-notice board.

      8. Nhar il-Ħadd huwa lejliet il-Milied. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.  Imbagħad fil-10:45 pm tibda’ l-velja u f’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Għal velja se jkollna kant, drama u se jkollna sorpriża sabiħa.  Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin u nieħdu xi ħaġa sħuna.

      9. Se jiġi organizzat party għat-tfal fis-Sala Dun Manwel nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru bejn 4:00 pm – 6:00 pm. Għal booking u aktar dettalji fin-notice board tal-knisja.

      10. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

        1.  

Avviżi – Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2023

It-Tieni Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

    1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni.

    2. Matul il-ġranet ta’ l-avvent se jkun hemm qfief apposta biex niġbru  ikel  biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei.  L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Nitolbukom tkunu ġenerużi.

    3. Nhar is-Sibt it-tielet Ħadd tal-Avvent fis-5:45 pm rużarju u fis-6:10 pm nitolbu bis-Salmi.  

    4. Is-Sibt ukoll il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun bis-sehem tat-tfal li fiha se nagħmlu l-mixegħla tad-dawl tal-Milied fil-Knisja. Il-quddiesa se tkun waħda ferriħija u se tkun animata mill-Joy Gospel   Wara  l-quddiesa  se nkomplu b’kunċert sabiħ biex nagħtu bidu għan-novena tal-Milied mill-Joy Gospel Singers . Dħul b’xejn.

    5. Wasal Kliem il-Ħajja, nitolbu dawk li soltu jqassmuh jiġu għalih fil-ħinijiet tal-uffiċċju filgħodu.

    6. Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal. Għalhekk  fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom barra mill-ĦamrunFit -23 ta’ Diċembru jqassam ir-rigali fil-Ħamrun. Min jixtieq jista’ jġib ir-rigali fis-sala Dun Manwel bejn id-9 u s-16 ta’ Diċembru bejn il-5:30 pm u s- 7:30 pm u sibtijiet u Ħdud filgħodu bejn id-9:30 am u 11:30 am . Fit-13 ta’ Diċembru mhux se jkunu miftuħin.

    7. Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.

    8. Suppost li minn din il-ġimgħa se jibda’ jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bjut tal-Knisja, speċjalment fuq it-twieqi tal-koppla. L-għajnuna tagħkom hija  meħtieġa u apprezzata ħafna.  Grazzi.

Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2023

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Bi pjaċir nħabbru li l-vara titulari waslet u issa qiegħdha esposta għall-qima tagħna fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani. Nirringrazzja lil patrijiet Franġiskani li bil-qalb laqgħu il-Madonna fil-Knisja tagħhom.  Illum, fil-quddiesa tad-9:30 am se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini u l-għoti ta’ l-ilbiesi ġodda. Nerġa’ nħeġġeġ lill-ġenituri biex iħajjru t-tfal jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-Parroċċa, biex jagħtu servizz fuq l-artal. 

  2. Illejla niltaqgħu fil-4:45 pm għand il-Patrijiet Franġiskani biex nitolbu flimkien.  Fil-5:30 pm jibda’ ħiereġ il-pellegrinaġġ bil-Madonna Aux Flambeaux, li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Franġiskani, Roger Debattista, Liċeo, Wenzu Mallia, Qrejten, l-Isptar, Ursolini, Danny Cremona, Mimosa, Manwel Magri sal-Knisja. Għall-Pellegrinaġġ xtaqna li l-Madonna tgħaddi minn toroq li ma tgħaddix minnhom normalment. Ni

  3. stieden lil kulħadd biex jieħu sehem kemm dak inhar u kemm ta’ matul il-ġimgħa għall-Programm tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata.  Minn fejn tgħaddi l-Madonna nistedinkom biex tixgħelu gallariji, twieqi u żżejnuhom bix-xbiehat tal-Madonna.  Mad-dħul tal-Madonna ikun hawn il-quddiesa.

  4. Nhar it-Tnejn nibdew it-tlett ijiem tat-Tridu tal-Immakulata Kuncizzjoni. Kuljum Fis- 6:00 pm: Rużarju bil-Litanija kantata. Quddiesa bil-priedtka mill-Kanonku Rev. Charles Gauci. Wara  Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. It-Tnejn mistiedna l-membri tal-Museum, tfal u ġenituri u t-Tlieta mistiedna l-anzjani. L-Erbgħa se ssir quddiesa minn Mons. Isqof Peter Baldacchino.  Dakinhar iffakkru l-50 sena mill-bidu tal-Mixja Neokatekumanali fil-Parroċċa tagħna. Tajjeb li ningħaqdu flimkien biex nirringrazzjaw lil Alla għal ġid kollu li sar fil-Parroċċa tagħna, f’pajjiżna u f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja permezz tal-Mixja Neokatekumenali.

  5. Nhar il-Ħamis lejliet il-festa fid-9:30 am: Purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-iskejjel li titlaq mill-iskola tal-Immaculate Conception tas-Sorijiet Franġiskani tal-Eġittu. Wara quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.  Fis-6:00 pm għasar Solenni u fis-6:30 pm Quddiesa minn Mons. Hector Scerri, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara ssir Velja f’ġieħ Marija Immakulata bir-Rużarju u bil-Barka Sagramentali. Din se tkun imxandra fuq Radju Marija. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali.

  6. Nhar Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru  Jum il-Festa , il-quddies ikun bħal tal-Ħdud.  Qabel il-Quddiesa tad-9:30 am ikun hemm  parata mill-Iscouts tal-Ħamrun. Fid- 9:30 am: Quddiesa. Wara jitlaq korteo mill-Knisja Parrokkjali sa Pjazza Kappillan Muscat. Jitqiegħdu fjuri quddiem il-monument tal-Madonna.  Fis-6:00 pm: Għasar Solenni u fis- 6:30 pm: Quddiesa mill-Isqof Mons. Peter Baldacchino. Wara jkun hemm Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u bews tar-Relikwija. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali.

  7. Nhar Is-Sibt,  huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u għasar kantat fis-6 :10pm. u wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

  8. Matul il-ġranet ta’ l-Avvent se jkun hemm qfief apposta biex niġbru  ikel  biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Nitolbukom tkunu ġenerużi.

  9. Nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tas-6:30 pm se jkun hawn kunċert sabiħ mill-Joy Gospel Singers . Dħul b’xejn.

  10. In vista ta’ proġett ta’ kura u tisbieħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali tagħna, se nibdew nagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni minn barra. Fuq in-notice board ta’ wara l-antiporta, hemm ritratti biex juru s-sitwazzjoni tal-bini fuq il-bjut.  Jekk aħna ma nieħdux ħsieb, se jkollna ħsarat fl-istrutturi tal-Knisja tagħna li jiswew eluf ta’ euro.  Nitlobkom tgħinuna ħalli dan il-proġett jibda’ ma jdumx u nevitaw spejjeż ulterjuri.  Grazzi ħafna li dejjem kontu ġenerużi u wrejtu kemm il-Knisja tagħna hija għal qalb kull wieħed u waħda minnkom.

Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2023

Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

1. Il-Ħadd filgħaxija, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Sultan se ssir ċelebrazzjoni fil-Bażilika ddedikata lilu ġewwa Raħal Ġdid. L-Arċisqof se jmexxi t-talb fil-5:00 pm.  Waqt it-talb Mons. Arċisqof se jagħti wkoll il-messaġġ tiegħu.

2. Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn  l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Wasal iż-żmien li l-Knisja Parrokkjali tagħna terġa’ tilqa’ x-xbieha għażiża ta’ Marija Immakulata wara xhur nieqsa minħabba r-restawr li sar fuqha. Għalhekk nhar is-Sibt  u l-Ħadd li ġej, il-Madonna se tkun esposta għall-qima tagħna fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani.

4. Il-Ħadd filghodu, fil-quddiesa tad-9:30 am se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini u l-għoti tal-ilbiesi ġodda. Nerġa’ nħeġġeġ lil ġenituri biex iħajjru t-tfal jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-Parroċċa, biex jagħtu servizz fuq l-artal.

5. Il-Ħadd fil-4:45 pm niltaqgħu għand il-Patrijiet Franġiskani biex nitolbu flimkien.  Fil-5:30 pm jibda’ ħiereġ il-pellegrinaġġ Aux Flambeaux bil-Madonna, li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Franġiskani, Villambrosa, Roger Debattista, Liċeo, Wenzu Mallia, Qrejten, l-Isptar, Ursolini, Danny Cremona, Mimosa, Manwel Magri sal-Knisja. Għall-Pellegrinaġġ xtaqna li l-Madonna tgħaddi minn toroq li ma tgħaddix minnhom normalment. Nistieden lil kulħadd biex jieħu sehem kemm dak inhar u kemm ta’ matul il-ġimgħa għall-Programm tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata.  Minn fejn tgħaddi l-Madonna nistedinkom biex tixegħlu gallariji, twieqi u żżejnuhom bix-xbiehat tal-Madonna.  Mad-dħul tal-Madonna ikun hawn il-quddiesa.

6. Programm tal-festa qed jitqassam fid-djar kollha u fit-toroq minn fejn se tgħaddi  l-Madonna se jirċievu nota biex kulħadd ikun jaf.

7. Matul dawn il-ġranet se jitqassam l-envelope ta’ l-istrina għalhekk nitolbu lid-distributuri li  jqassmu l-fuljett biex jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.  Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu.  Grazzi mill-qalb.

 

Avviżi – Il-Ħadd 19 ta’ Novembru 2023

It-Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa ta’ l-anzjani fis-Sala Dun Manwel fid-8.45 am.

  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.

  3. Infakkrukom fil-bazaar fis-sala Dun Manwel.  Ikun miftuħ bejn 7:45 am sal-11 am u mill-5:30 pm sas-7:00 pm. Dan huwa l-aħħar jum tal-Bazaar se jibqa’ miftuħ sa llejla.

  4. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir kummiedja fis-sala parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: limħ[email protected].  Inkella kellmu lili personalment. Min jagħmel ħsieb li jiġi, jista’ jkellem lili personalment ukoll. 

  5. Issa riesqa sew il-ġurnata li fiha se nerġgħu nilqgħu ix-xbieha għażiża ta’ Ommna Marija Immakulata lura fil-Knisja tagħna. Fit-2 u t-3 ta’ Diċembru, il-Madonna se tkun esposta fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani ta’ Villambrosa.  Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fil-4:45 pm se jkun hemm talb fil-Knisja tal-Patrijiet.  Fil-5:30 pm jibda’ ħiereġ il-pellegrinaġġ Aux Fleambeux, li se jakkumpanja l-Madonna, li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Franġiskani, Villambrosa, Roger Debattista, Liċeo, Wenzu Mallia, Qrejten, l-Isptar, Ursolini, Danny Cremona, Mimosa, Manwel Magri sal-Knisja. Għall-Pellegrinaġġ xtaqna li l-Madonna tgħaddi minn toroq li ma tgħaddix minnhom normalment. Nistieden lil kulħadd biex jieħu sehem kemm dak inhar u kemm matul il-Ġimgħa għall-Programm tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata.  Minn fejn tgħaddi l-Madonna nistedinkom tixegħlu gallariji, twieqi u żżejnuhom bix-xbiehat tal-Madonna.  Mad-dħul tal-Madonna ikun hawn il-quddiesa. Programm tal-festa qiegħed jitqassam fid-djar kollha u fit-toroq minn fejn se tgħaddi l-Madonna qed jirċievu nota biex kulħadd ikun jaf.  

  6. Kull nhar ta’ Sibt fil-quddiesa tas-6:30 pm, it-tfal qed issirilhom spjega tal-Vanġelu adattata għalihom fis-sala Dun Manwel. Imbagħad ikompllu jsegwu l-quddiesa fil-Knisja.

  7. Nitolbu għal ruħ May Bartoli, Frida Bonello, Salvu Zammit li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 12 ta’ Novembru 2023

It-Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

    1. Minn għada it-Tnejn se jibda l-booking għall-quddies tal-mejtin tas-sena 2024. Il-booking se jsir it-Tnejn, L-Erbgħa u l-Ġimgħa fid-9:00 am u fl-4:30pm . Infakkru li kull nhar ta’  Tlieta, Ħamis u Sibt ma naċċettawx booking għall-quddies. Min ikun irid quddiesa f’dawn l-ġranet, jista jiftiehem mas-saċerdot li jkun se jqaddes. Importanti li ġġibu bil-miktub għal min tridu il-quddies, d-data u f’liema quddiesa

    2. Nhar l-Erbgħa l-quddiesa tas-6:30 pm tkun b’suffraġju għas-saċertdoti li ħadmu fil-parroċċa tagħna. Importanti nitolbu għas-saċerdoti li ħallewna bħala apprezzament għall-ħidma tagħhom.

    3. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni.

    4. Matul din il-ġimgħa sal-Ħadd  qed jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel.  Ikun miftuħ bejn 7:45 am sal-11am u mill-5:30 pm  sas-7:00 pm.  Il-Bazaar se jibqa’ miftuħ sa nhar il-Ħadd 19 ta’ Novembru.

    1. Wara l-laqgħa li saret dwar is-saħħa mentali minn Dr.Vella Baldacchino, li fiha saħaq ħafna biex nagħmlu okkażjonijiet soċjali sabiex ngħinu lilna nfusna mentalment, il-Parroċċa flimkien mal-Għaqda mużikali Marija Immakulata, qed torganizza passiġġata għada l-Ħadd. Niltaqgħu fit-3:00 pm ħdejn il-Kazin u nitilqu minn hemm. Kif naslu lura nieħdu ftit te’ / café flimkien. Din tkun siegħa kollox u tkun okkażjoni biex nitkellmu, nimxu u nneħħu t-tensjoni. Kif qal Dr.Vella Baldacchino, huma affarijiet żgħar li jgħinu ħafna.

    2. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej 18 u 19 ta’ Novembru se ssir il-ġabra għall-iskejjel tal-Knisja. Nappellaw għal ġenerożita’ tagħkom biex l-iskejjel tal-Knisja jkunu jistgħu ikomplu jaqdu u jġibu ‘l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ.

    3. Is-Sibt 18 ikollna quddiesa tal-familja. Din tkun il-quddiesa tas-6:30 pm.  Matul l-ewwel parti tal-quddiesa, it-tfal se jidħlu fis-Sala Dun Manwel biex ikollhom l-ispjega adattata għalihom tal-Vanġelu.  Imbagħad jingħaqdu magħna għal kumplament tal-quddiesa. Inħeġġiġkom biex iġġibu t-tfal u nirringrazzjaw lil dawk li offrew li jagħtu servizz matul din il-quddiesa.

    4. Is-Sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Il-biljett jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: limħ[email protected].  Inkella kellmu lili personalment.

Avviżi – Il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2023

Il-Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa  se ssir ħarġa bil-quddiesa għaċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq. Nitilqu fid-9 am minn fejn il-knisja. Wara nibqgħu sejrin nieħdu xi ħaġa flimkien.  Biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali. 

  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni

  3. Minn nhar il-Ġimgħa 10 sal-Ħadd 19 ta’ Novembru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Ikun miftuħ bejn 7:45 am -11 am u 5:30 pm  – 7:00 pm.

  4. Nhar is-Sibt se ssir il-festa ta’ San Martin Isqof ta’ Tours . Dakinhar nistiednu lit-tfal kollha biex jingħaqdu magħna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tas-6:30 pm li se tkun animata għalihom.  Se jkollna mistieden speċjali.  Wara se mmorru flimkien sa Pjazza Kappillan Muscat fejn jingħata ikel u drink u wkoll xi ħaġa ta’ San Martin lit-tfal. 

  5. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru ser isir ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  6. Wara l-laqgħa li saret dwar is-saħħa mentali minn Dr.Vella Baldacchino, li fiha saħaq ħafna biex nagħmlu okkażjonijiet soċjali sabiex ngħinu lilna nfusna mentalment, il-Parroċċa flimkien ma’ l-Għaqda mużikali Marija Immakulata, qed torganizza passiġġata il-Ħadd 12 ta’ Novembru. Niltaqgħu fit-3:00 pm ħdejn il-Każin u nitilqu minn hemm. Kif naslu lura nieħdu ftit te’ / café flimkien. Din tkun siegħa kollox u tkun okkażjoni biex nitkellmu, nimxu u nneħħu t-tensjoni.  Kif qal Dr. Vella Baldacchino, huma affarijiet żgħar li jgħinu ħafna.

  7. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.

  8. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected].  Inkella kellmu lili personalment.

  9. Bħalissa l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom. Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.   Nitlobkom ixxerrdu il-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parrocca.

  10. Nitolbu għal ruħ Maria Assunta Grima li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.