Nhar Il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Fis 6.30 pm quddiesa u wara Adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar ikun Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes se ssir quddiesa apposta għall-anzjani fid-9.30 am.
Is-superjur tal-Museum jixtieq jinforma lill-genituri li se jibdew joffru laqgħat tal-katekiżmu online għal dawk t-tfal li twieldu bejn s-snin 2010 u 2014 li qegħdin bejn it-Tieni u l-Ħames Sena tal-Katekeżi (Year 3 sa Year 6 tal-Iskola). Huwa importanti ħafna li t-tfal kollha ta’ l-inqas isegwu l-lezzjonijiet online li qed ikunu mniżżlin fir-rassenja u li għalihom tirċievu link apposta. Għalhekk napprezzaw li sa nhar it-Tlieta li ġejjin timlew din il-formola li tridu tagħmluha online u li ssibuha fuq il-facebook tal-Museum. (Dawk li jixtiequ jistgħu jieħdu din il-link mis-sagristija).
Navzaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju, filwaqt li l-Griżma ta’ l-Isqof se nagħmluha l-Ħadd 27 ta’ Ġunju fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistrawhom lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar.
Nitolbu għal ruħ Polly Bezzina u Joseph Markett li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nixtiequ navżaw li qed ikun hawn xi persuni jiġbru flus f’isem organizzazzjonijiet tal-Knisja. Il-Knisja mhi tawtorizza lil ħadd biex isir ġbir fid-djar u għalhekk tkun ħaġa tajba jekk ninfurmaw lill-anzjani li għandna kuntatt magħhom sabiex ma jiftħux lil dawn in-nies.
Nhar it-Tnejn 1 ta’ Frar fis-7.00 pm se tibda’ l-Katekeżi għal kulħadd fil-Katekumenju wara l-Knisja Parrokkjali.
Nitolbu għal Carmen Magrin u Maria Pace li mietu din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar l-Erbgħa se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tifel li saret fil-lejl tal-Milied. Mistednin speċjali huma l-anzjani tal-parroċċa.
Nhar il-Ħamis hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm Adorazzjoni u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.
Nhar il-Ġimgħa l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla. Il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Dakinhar ukoll huwa it-Tlieta u Ħamsin (53) Anniversarju tal-Parroċċa.
Nitolbu għal ruħ Tania Ellul li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis filgħaxija lkollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda il-Velja tal-Milied, kant mill-Kor u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa, Jum il-Milied, il-quddies jkun bħal tal-Ħdud.
Nfakkrukom fl-envelopes tal-Istrina għall-parroċċa u nirringrazzjaw lil dawk kollha li diġa taw id-donazzjonijiet.
Il-Caritas bagħtitlilna l-ikel u preserves bħala għajnuna lill-familji fil-bżonn. Dan l-ikel jista’ jinġabar mill-Uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Importanti li dawk li se jiġbru l-ikel iġibu magħhom basket apposta.
Se nixtru kwantità ta’ punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejlet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-parroċċa.
Għall-darb’oħra l-Kummisjoni Emigranti se torganizza kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin. Dan se jsir bejn il-11 u l-15 ta’ Jannar 2021. Minħabba l-pandemija dan il-kors se jsir on line. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2021.
Nitolbu għalruħ Maria Emmanuela Attard , Victor Darmanin u Frans Tanti li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar it-Tlieta tibda n-novena tal-Milied. Matul in-novena ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa ta’ filgħaxija
Nhar il-Ħamis ikun hawn l- adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar is-Sibt fil-5.45pm jingħad ir-rużarju, fis-6.10 pm jitkanta l-għasar tar-raba’ Ħadd tal-Avvent u fis-6.30 pm quddiesa .
Bħalissa qed inqassmu l-envelop tal-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu kif tistgħu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex igġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma’ xi ħadd ta’ fiduċja.
Il-Caritas bagħtitlilna l-ikel u preserves bħala għajnuna lill-familji fil-bżonn. Dan l-ikel jista’ jinġabar mill-Uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Importanti li dawk li se jiġbru l-ikel iġibu magħhom basket apposta.
Armajna s-siġra tal-Milied sabiex inkunu nistgħu nilqgħu donazzjonijiet ta’ ikel li din is-sena se noffruhom lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.
Se nixtru kwantità ta’ punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Alfred Borg u Johnny Migneco li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistireħ ta’ dejjem.
Fil-Festa tal-Kuncizzjoni ħabbarna proġett ġdid ta’ seba’ pannelli maħdumin fl-injam mid-Ditta Stuflesser ta’ Ortisei li se jirrappreżentaw is-saġramenti u li se jitpoġġew fis-seba’ spazji li hemm fuq l-antiporta fil-gallarija. Il-proġett se jqum ftit inqas minn € 9000. Kulħadd jista’ jgħin ħalli nagħmlu dan il-proġett ta’ tisbiħ fil-Knisja tagħna.
Nhar it-Tnejn lejliet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ir-Rużarju jkun fis-5.45 pm, ħsieb fuq il-ħajja ta’ Marija, Kurunella u kant tal-Ewwel Għasar tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30 pm quddiesa. Wara l-quddiesa se nagħmlu velja ta’ talb bi ftit riflessjonijiet fuq Maria.
Nhar it-Tlieta hija l-festa liturġika tal- Immakulata Kunċizzjoni, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fit- 8.45 am se jsir it-Tifħir ta’ sbieħ il-Jum kantat. Fillgħaxija fis–5.45 pm Rużarju meditat, fis-6.10 pm Ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar u fis-6.30 pm quddiesa kantata mmexxija minn Patri Pawl Galea OFM, Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani. Dak inhar ukoll se nkunu qed jinbiegħu Ponsietti fejn il-knisja. Il-qliegħ imur għall-knisja.
Nhar il-Ħamis fid-8.45 am ikun hawn l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Kappella u adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar is-Sibt fis-5.45 pm jingħad ir-Rużarju, fis-6.10 pm jitkanta l-għasar tat-tielet Ħadd ta’ l-Avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
Armajna s-siġra tal-Milied bl-iskop li, apparti li nżejnu l-Knisja, inpoġġu taħtha ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn . Nitolbukom tkunu ġenerużi.
Fil-ġranet i ġejjin se nqassmu l-envelop tal-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Bħal ma tafu din is-sena kienet sena diffiċli , għax il-ġbir naqas b’madwar 30 fil-mija tas-soltu apparti li l-ispejjeż baqgħu l-istess. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex iġġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma xi ħadd ta’ fiduċja.
Il-Caritas qed toffri għajnuna lill-familji fil-bżonn permezz ta’ għoti ta’ ikel u ikliet kif ukoll qed toffri ikla tal-Milied. Nitolbukom sabiex twasslu dan il-messaġġ lil dawk li jistgħu jibbenifikaw minn din l-għajnuna sabiex jikkuntattjawna l-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.
Nitolbu għal ruħ Melita Spiteri li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej Il-mistrieħ ta dejjem..
Illum tibda in-novena tal-Immakulata Kunċizzjoni. Matula ser ikollna riflessjonijiet fuq il-ħajja tal-Madonna. Dawn ser jinqraw qabel il-quddiesa tat-8.15 am u qabel il-quddiesa tas-6.30 pm. Filghaxija tingħad ukoll il-Kurunella wara r-rużarju.
Nhar it-Tnejn fil-quddiesa tas-6.30 pm ser infakkru il-35 sena mill-wasla tal-Vara tal-Kunċizzjoni fil-Parroċċa tagħna. Għal din il-Quddiesa ġew mistiedna r-reffiegħa kollha li ħadu sehem fil-purċissjonijiet.
Nhar it-Tlieta se jiltaqa’ l–Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7 pm.
Nhar Il-Ħamis fis 6.30 pm ser ikollna l-quddiesa bis-sehem tal-abbatini tal-Parroċċa. Huma se jġeddu l-wegħdiet tagħhom flimkien mal-ġenituri.
Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Fis-6.30 pm quddiesa u wara Adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar is-Sibt fil-5.45pm jingħad ir-rużarju u wara l-kurunella tal-Kunċizzjoni, ħsieb fuq il-Madonna, fis-6.10 pm ċelebrazzjoni tal-Ewwel għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
Fl-okkażjoni tal-festa tal-Immakulata Kunċizjoni se norganizzaw katina ta’ rużarju mid-djar tagħna fil-jum tal-festa fit-8 ta’ Diċembru. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistghu jagħti isimhom u l-ħin fis-sagrisitja. Nitolbu biex il-Madonna thares u tipprotegi lil Parrocca u d-dinja kollha f’din il-pandemija.
Nitolbu għall-erwieh ta’ William Dimech, Martino Attard u Emanuela Bartolo li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.
Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re, llejla ser isir ċelebrazzjoni imexxxija minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna, fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00 pm.
Nhar il-Ħamis ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar is-Sibt li se nibdew iż-żmien ta’ l-Avvent. Fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju fis-6.10 pm jitkanta l-Ewwel għasar u fis-6.30 pm quddiesa .
Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, kif ukoll nagħtu bidu għan-novena tal-festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni. Matul in-novena fis-6.00 pm jinqara ħsieb fuq il-ħajja tal-Madonna, rużarju u kurunella. Fis-6.30 pm quddiesa.
Nixtiequ ninfurmawkom li ħarġu r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta. Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website www.knisja.mt.
Navżaw li l-Ħadd li ġej se ssir il-Ġabra Speċjali biex ngħinu lill-Patrijiet Franġiskani fl-Art Imqaddsa.