Il-Ħadd 17 t’April 2022 – L-Għid il-Kbir

Avviżi

Infakkru li matul iż-żmien tal-Għid sal-Pentecoste matul il-ġimgħa, fis-6.00 pm ikollna l-Via Luċis, it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt, filwaqt li t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa ikollna r-rużarju. Il-Ħadd fis-6.10 pm ikollna t-talba ta’ l-Għasar kantat.

Għada t-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna persuni bi bżonnijiet speċjali. Wara l-quddiesa se tingħatalhom figolla kull wieħed.

Nhar it-Tnejn  ħa jkompli t-tberik tal-Familji: It-Tnejn  inbierku Pjazza Kappillan Muscat u Triq il-Fatati. Nhar It-Tlieta. nbierku l-familji fi Triq Vincenzo Bugeja. Nhar l-Erbgħa  t-tberik ikun fi Triq Wenzu Mallia u Triq Kappillan Valletta. Il-Ħamis filgħodu Triq il-Kunċizzjoni u Triq Pawlu Burlo’.  Il-Ġimgħa filgħaxija nbierku Triq Qrejten.  It-Tberik filgħodu jibda fid-9.00 am u filgħaxija  jibda fl-4.30 pm.

Nhar il-Ħamis se jkun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

Nhar il-Ħadd huwa t-Tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Fil-5.30 pm tibda l-Adorazzjoni, fis-6.10 pm ikollna l-Għasar kantat u Barka Sagramentali. Wara quddiesa fis-6.30 pm.

Il-Caritas qed tiġbor għajnuna għall-Ukraina nhar is-Sibt 23 ta’ April bejn 1 pm u 7pm fil-parroċċi ta’ Pembroke – Marsaskala – Mqabba – Qawra – Naxxar . Fin-notice board hemm x’għandhom bżonn. Affarijiet mhux fil-lista ma jiġux aċċettati

Nitolbu għal ruħ Mary Camilleri li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2022 – It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena Ċ

 

   

              Avviżi

  1. Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa se jibda kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd filgħodu wara l-quddiesa tat-8.15 am. Il-Kelliem se jkun is-Superjur Joe Fenech.
  2. Minn din il-ġimgħa se nagħtu bidu għat-tberik tal-familji. Għalhekk nhar it-Tlieta li ġej ser jsir it-tberik fi Triq Sta. Venera u fi Triq il-Kunzar u nhar l-Erbgħa fi Triq is-Snajja u Triq Ġwann Mamo. It-tberik jibda fl-4.30 pm. Matul il-ġranet li ġejjin se jitqassam programm tat-tberik f’kull dar tal-parroċċa. Lista sħiħa tal-programm tat-tberik tidher f’din il-website taħt avvenimenti fil-qrib.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser nagħtu bidu għal 3 laqgħat ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan. Iż-żewġ laqgħat l-oħra se jsiru l-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu u l-Ġimgħa, 1 ta’ April.
  5. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm issir il-Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lGħasar u fis-6.30 pm quddiesa. Dakinhar taħbat ukoll il-festa ta’ San Ġużepp u għalhekk fil-quddiesa tas-6.30 pm ikunu mistiedna b’mod speċjali dawk li jisimhom għal dan il-qaddis.
  6. Nhar il-Ġimgħa ser issir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali fis-7 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
  7. Nitolbu għar-ruħ ta’ Patri Ġwann Micallef u Tessie Micallef  li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 6 ta’ Marzu 2022 – L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena Ċ

  1. Nixtiequ navżaw li minn nhar it-Tnejn, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fi żmien ir-Randan kollu,  il-quddiesa tas-6.15 am se tibda tkun fis-6.00 am.  Wara l-quddiesa, fis-6.25 am, se jibda’ jkun hawn talb tal-Lawdi mill-membri tal-Mixja Neokatekumenali li għalih kulħadd ikun mistieden.
  2. Nhar it-Tnejn fis-6.00 pm(flok fis-6.30 pm) se jkun hawn Quddiesa għat-Tfal kollha. Se nqassmu l-Karus ta’ Mħabba u Kalendarju tat-Tfal għal matul ir-Randan. Wara fis-7.00 pm jibda’ l-kors ta’ eżerċizzi tar-Randan b’enfażi fuq il-familja. Il-Predikatur se jkun Fr Noel Vassallo
  3. Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Il-Caritas qed tiġbor fondi għall Ukrajna. Min jixtieq jagħmel donazzjoni jista’ jgħaddiha lil Caritas jew lil parroċċa.
  5. Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu ser issir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali fis-7 pm. Biljetti mingħand il-helpers
  6. Nitolbu għal ruħ Anna Laus u Elsie Casapinta li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd, 27 ta’ Frar 2022 – It-Tmien Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa jibda r-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna biex dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30pm quddiesa kantata.
  2. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ġimgħa minħabba li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ bis-Salib, li kien isir kull sena, fis-6 pm Via Sagra, quddiesa fis-6.30 pm u wara riflessjonijiet fuq is-Salib quddiem il-Kurċifiss fil-knisja.
  4. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  5. Nixtiequ navċaw li mit-Tnejn 7 ta’ Marzu, mit-tnejn sal-ġimgha fi żmien ir-Randan,  il-quddiesa tas-6.15 am se tibda tkun fis-6.00 am.  Wara l-quddiesa, fis-6.25 am, se jibda’ jkun hawn talb tal-Lawdi mill-membri tal-Mixja Neokatekumenali li ghalih kulħadd ikun mistieden.
  6. Matul din il-ġimgħa qassamna l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-festa. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali.
  7. Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.
  8. Nhar Il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.
  9. Nitolbu għal ruħ Josephine Grima li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 20 ta’ Frar 2022 – Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

                

Avviżi

  1. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Marzu ser issir ħarġa bil-quddiesa għall-knisja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fejn se jkun hemm ir-relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. Wara jkun hemm attivita’ soċjali . Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers jew mill-uffiċċju parrokkjali .
  3. Matul din il-ġimgħa qeghdin  inqassmu l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-festa, għalkemm għadna ma nafux eżatt kif se tiġi organizzata l-festa esterna;  napprezzaw ħafna l-ġenerożità tagħkom. Nitolbu lid-distributturi tal-fuljett biex jiġbru l-envelopes tat-triq tagħhom mis-sagristija. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali.
  4. Nitolbu għal ruħ ta’ Doris Pisani li mietet matul din il-ġimgħa.  Agħtiha  O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022 – Is-Sitt Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar it-Tlieta fid-9.00 am se norganizzaw attivita’ soċjali fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mill-helpers jew mill-uffiċċju parrokkjali.
  2. Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn  Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Harry Zammit Cordina u John Galea  li mietu matul din il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022 – il-Ħames Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Navaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am ġew mistiedna membri tal-Parroċċa li jisimhom għal San Pawl.
  2. Nhar il-Ġimgħa huwa Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes. Għal din l-okkażjoni se niċċelebraw quddiesa għall-anzjani fid-8.15 am. Wara, l-anzjani huma mistiedna jidħlu fis-Sala Dun Manwel.
  3. Infakkru lill-ġenituri li għandhom it-tfal għall-Preċett, li se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  4. Nhar it-Tlieta 15 ta’ Frar fid-9.00 am se norganizzaw attivita’ soċjali fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mill-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.
  5. Nitolbu għal ruħ, Francis Sciortino li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 30 ta’ Jannar 2022 – Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa biċ-ċerimonja tat-tberik tax-xemgħa.
  2. Nhar il-Ħamis fis-7.00 pm se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali fis-Sala Dun Manwel.
  3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7 pm jkun hawn adorazzjoni ewkaristika.
  4. Nhar il-Ħadd huwa l-Ewwel Ħadd tax-xahar, ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  5. Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta matul ix-xahar ta’ Frar.  Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website tad-Djoċesi.
  6. Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
  7. Nitolbu għal ruħ Karmena Portelli u Emanuel Pace li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.