Avviżi – Il-Ħadd 29 t’Ottubru 2023

It-Tletin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta 31 t’Ottubru, se ssir il-festa tal-qaddisin kollha flimkien mat-tfal. Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu libsin ta’ xi qaddis partikolari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabiħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll.  It-tfal jistgħu ukoll iġibu xi statwa żgħira ta’ xi qaddis li jħobbu. Għalhekk ir-rużarju ikun fil-5.30 pm u l-quddiesa tkun fis-6.00 pm.

  2. Nhar l-Erbgħa hija l-festa tal-qaddisin kollha. Tajjeb li dak inhar inqaddsu l-jum bis-smiegħ tal-quddies.

  3. Nhar il-Ħamis  2 ta’ Novembru  ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: Fis-6.15; 6.45; 7.15; u fit-8.00 am Filgħaxija jkollna  rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa  offruta għall-erwieħ tal-parruċċani li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra. Niftakru fid-dover tagħna li nitolbu għal dawk li ħallewna.

  4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  5. Nhar il-Ħadd se tiġi ċċelebrata l-Griżma ta’ l-Isqof lil grupp ta’ addoloxenti mill-parroċċa fil-quddiesa tad-9.30 am.  Iċ-ċelebrazzjoni se ssir mill-Isqof Mons. Joe Galea Curmi. Inżommuhom fit-talb tagħna.

  6. Nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru se ssir il-festa ta’ San Martin. Dakinhar nistiednu lit-tfal kollha biex jingħaqdu magħna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tas-6.30 pm li se tkun animata għalihom.  Se jkollna mistieden speċjali.  Wara se nagħmlu korteo flimkien sa Pjazza Kappillan Muscat fejn tingħata ikel, drink u wkoll xi ħaġa ta’ San Martin lit-tfal. 

  7. Matul dawn il-ġranet helpers tagħna qed jiġbru preserve għall-bazaar li se jsir f’Novembru b’riżq il-Parroċċa. Nitlob il-kollaborazzjoni ta’ kulħadd u grazzi ta’ kull għajnuna.

  8. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.

  9. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected].  Inkella kellmu lili personalment.

  10. Bħalissa l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom. Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.   Nitlobkom ixxerrdu il-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parrocca.

  11. Nitolbu għal ruħ Angela Borg u Ġuża Grasso li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 22 t’Ottubru 2023

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoi wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Se jsir seminar bi preparazzjoni għall-Griżma tal-Isqof li se ssir fil-5 ta’ Novembru li ġej. Is-seminar se jkun il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru fl-iskola St. Michael, Sta. Venera.  Is-seminar se jibda’ fis-6:30 pm u għalih huma mistiedna jattendu tfal, ġenituri u parrini.  Min għadu ma rreġistrax lit-tfal għall-Griżma għandu jiġi fl-uffiċċju Parrokkjali t-Tnejn mid-9:00 am ‘l quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘l quddiem.

  3. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru, se ssir il-festa tal-Qaddisin kollha flimkien mat-tfal.  Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu lebsin ta’ xi qaddis partikulari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabieħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll.  Il-quddiesa tkun fis-6:00 pm.

  4. Mix-xahar ta’ Novembru kull nhar ta’ Sibt filgħaxija se nkunu qed nibdew nagħmlu quddiesa għall-familji.  F’din il-quddiesa, it-tfal se jidħlu fis-sala Dun Manwel, fejn se ssir attivita’ apposta għalihom.  Imbagħad jingħaqdu magħna għall-kumplament tal-quddiesa, Nirringrazzja lil dawk li lesti jagħtu servizz mat-tfal waqt din il-quddiesa biex dan ikun mument li jappella aktar għat-tfal.

  5. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.

  6. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected].  Inkella kellmu lili personalment.

  7. Minn din il-ġimgħa, l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom.  Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.  Nitlobkom ixxerrdu l-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parroċċa.

  8. Nixtiequ navżaw li l-uffiċċju Parrokkjali għal nhar it-Tnejn li ġej biss mhux se jiftaħ.

Avviżi – Il-Ħadd 15 t’Ottubru 2023

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa oħra taċ-ċenru tal-Anzjani fis-sala Dun Manwel.  Imexxi din il-laqgħa soċju tal-Museum. Kulħadd huwa mistieden. Ħin fid-8:45 am.

  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoi wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  3. Se ssir Ftira Night nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru fis-sala Parrokkjali fis-7:00 pm. Min hu interessat jagħti ismu fis-sagristija.

  4. Se jsir seminar għall-ġenituri flimkien mat-tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej. Is-seminar se jkun fis-27 ta’ Ottubru fl-iskola St. Michael, Sta. Venera.  Dettalji jitħabbru aktar ‘l quddiem.  Min għadu ma rreġistrax lit-tfal għall-Griżma għandu jiġi fl-uffiċċju Parrokkjali t-Tnejn mid-9:00 am ‘l quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘l quddiem.

  5. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru, se ssir il-festa tal-Qaddisin kollha flimkien mat-tfal.  Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu lebsin ta’ xi qaddis partikulari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabieħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll.  Il-quddiesa tkun fis-6:00 pm.

  6. Mix-xahar ta’ Novembru kull nhar ta’ Sibt filgħaxija se nkunu qed nibdew nagħmlu quddiesa għall-familji.  F’din il-quddiesa, it-tfal se jidħlu fis-sala Dun Manwel, fejn se ssir attivita’ apposta għalihom.  Imbagħad jingħaqdu magħna għall-kumplament tal-quddiesa, Nirringrazzja lil dawk li lesti jagħtu servizz mat-tfal waqt din il-quddiesa biex dan ikun mument li jappella aktar għat-tfal.

  7. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġerri oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira.

  8. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected].  Inkella kellmu lili personalment.

  9. Minn din il-ġimgħa, l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom.  Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.  Nitlobkom ixxrrdu il-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parroċċa.

  10. Il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur għax-xogħol li jsir mill-Missio, f’artijiet tal-missjoni.

  11. Nixtiequ navżaw li għal dawn il-ħmistax li ġejjin l-uffiċċju Parrokkjali jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn filgħodu bejn 9:00 am u l-10:30 am u l-Ġimgħa mill-4:30 pm sas-5:45 pm biss.

Avviżi – Il-Ħadd 8 t’Ottubru 2023

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija u wara tingħata l-barka.

  2. Nhar il-Ħamis ukoll ikun hawn it-talb tal-Ħniena Divina fil-kappella tas-Sagrament fid- 9.30 am.

  3. Bħala parti mill-Jum Dinji għas-saħħa mentali, nhar il- Ġimgħa ser issir laqgħa nteressanti fuq is-Saħħa Mentali fis-Sala Parrokkjali fis-7.00 pm. Il-kelliem se jkun Dr Vella Baldacchino, Kummissarju għas-Saħħa Mentali . Kull min jattendi jingħata ċertifikat ta’ attendenza.

  4. Ser isir ftira night nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru fis-sala parrokkjali fis-7 pm . Min hu interessat jagħti ismu fis-sagristija.

  5. Il-Ħadd li ġej se jkun possibbli li tagħmlu żjara fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana bejn it-8.30 am u t-8.00 pm. Hemmhekk se jkun hemm wirja unika f’dak li kien ir-refettorju, jiġifieri l-post fejn kienu jieklu. Kulhadd huwa mistieden. Se jsiru diversi attivitajiet matul il-ġurnata: quddiesa, kuncert fuq l-arpa u żjajjar ggwidati fil-postijiet fejn soltu ma jkunx aċċessibbli għall-pubbliku.  Kulħadd hu mistieden.

  6. Is-Sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI.  Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected].  Inkella kellmu lili personali.

Avviżi – Il-Ħadd 1 t’Ottubru 2023

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Infakkrukom li fil-quddiesa tad-9.30 am se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola. Għalhekk it-tfal, għalliema,  LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Wara l-quddiesa nkomplu b’attivita’ għall-kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat.   Lit-tfal se noffrulhom pizza u drink, se jkollhom facepainting u xi logħob mill-Girl Guides tal-Ħamrun.

  2. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk matul il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu jingħad ir-rużarju wara l-quddiesa tas-7.15 am. Fis-6.00 pm mbagħad jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali.

  3. Nhar l-Erbgħa filgħodu ser jerġa jibda jiltaqa ċ-Ċentru ta’ l-anzjani fis-sala Dun Manwel. Nibdew b’quddiesa fit-8.15 am fil-knisja u wara jkollna kelmtejn mill-Kappillan u nieħdu xi ħaġa flimkien.   L-anzjani kollha huma mistiedna li jattendu.

  4. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30 pm se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex flimkien inkomplu nippjanaw is-sena Pastorali.

  5. Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru, se nibdew is-sena Pastorali.  Għalhekk inħeġġeġ lilkom  ilkoll parruċċani, lil lajċi mpenjati, gruppi, reliġjużi u soċjali biex niltaqgħu għall-quddiesa fis-6:00pm (mhux fis-6.30 pm) biex wara, bix-xemgħat f’idejna,  nagħmlu pellegrinaġġ żgħir mill-Knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn se ngħidu r-Rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna.  Peress li dak in-nhar huwa ukoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, se nieħdu magħna wkoll lil Ġesu’ Ewkaristija u nagħmlu mument żgħir ta’ Adorazzjoni u nirċievu l-barka tiegħu.

  6. Infakkrukom fil-ħinijiet ġodda tal-quddies minn nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddies se jkun:  matul il-ġimgħa 6.15 am – 7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am – 9.30 am – 6.30 pm . Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru f‘tat-8.15 am u l-Ħadd tal-11am nitolbuhom jiġu l-uffiċċju ħa ntuhom data oħra.   Nerġa’ ntenni li dan mhux qed isir biex aħna nkunu komdi, imma minħabba li ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk.  Aħna se nibqgħu nagħmlu ħilitna biex naqdukom mill-qalb.

  7. Bħala parti mill-Jum Dinji għas-saħħa mentali, nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru ser isir laqgħa nteressanti fuq is-Saħħa Mentali fis-Sala Parrokkjali fis-7.00 pm. Il-kelliem se jkun Dr Vella Baldacchino Kummissarju ghas-Saħħa Mentali . Kull min jattendi jingħata certifikat ta’ attendenza.

  8. Nhar il-Ħadd 8 t’Ottubru, il-1st Hamrun Scout Group se jiċċelebra l-110 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għalhekk huma se jieħdu sehem fil-quddiesa tad-9.30 am, imbagħad il-Kappillan se jinżel ibierek il-Quarters tagħhom. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi u nuruhom l-apprezzament tagħna għax-xogħol kollu li jagħmlu, l-edukazzjoni u d-dixxiplina li jagħtu lit-tfal u ż-żgħażagħ. Grazzi u awguri!

  9. Nitolbu għal ruħ Joseph Soler li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 24 ta’ Settembru 2023

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.   

  2. Nhar it-Tlieta se jsir Coffee Morning fis-Sala Parrokkjali. Min jixtieq jista’ jkellem lil Tessie Brown jew lil Marianne. Nibdew fid-9.00 am. 

  3. Issa li t-tfal daqt jibdew l-iskola, nhar il-Ħadd li ġej se jkollna okkażjoni sabiħa għalihom. Se nagħmlu quddiesa fid-9.30 am animata għalihom.  Fiha se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola. Għalhekk it-tfal, għalliema,  LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Wara l-quddiesa, nkomplu b’attivita’ għall-kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat.   Lit-tfal se noffrulhom pizza u drink, se jkollhom facepainting u xi logħob mill-Girl Guides tal-Ħamrun.

  4. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk il-ġabra tkun b’rizq l-ispejjeż tal-Parroċċa. Speċjalment il-konsum tad-dawl minħabba l-AC. 

  5. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk matul il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt jingħad ir-rużarju wara l-quddiesa tas-7.15 am.  Fis-6.00 pm mbagħad jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali.

  6. Il-Ġimgħa 6 t’Ottubru se nagħmlu pellegrinaġġ żgħir mill-Knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn se nitolbu ir-Rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna. Peres li dak in-nhar tkun ukoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, se nieħdu magħna wkoll lil Ġesu’ Ewkaristija u nagħmlu mument ta’ Adorazzjoni u barka.

  7. Is-Superjur tal-MUSEUM subien jixtieq javża li nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru, se jibdew il-klassijiet il-ġodda tal-Katekiżmu. Nitlobkom biex tidħlu fil-paġna tal-Facebook tal-MUSEUM Ħamrun għal aktar dettalji.

  8. Nitolbu għal ruħ May (Maria Rosa) Mercieca, Georgina Portelli u Giovanna Busuttil li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

  9. Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nawgura lill-Patrijiet Franġiskani li qed jiċċelebraw il-festa ta’ għoti tal-Pjagi lil San Franġisk. Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol kollu li jagħmlu fil-Parroċċa tagħna.

  10. Nixtieq ngħidilkom GRAZZI għaliex is-somma kollha li kellna bżonn għar-restawr tal-vara titulari tagħna, issa nġabret kollha. Grazzi mill-qalb lil kulħadd u verament urejtu kemm hi għal qalbna din ix-xbieha għażiża tal-Madonna fil-Parroċċa tagħna.

Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2023

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Peres li nhar il-Ħamis li ġej hija festa pubblika, l-Adorazzjoni Ewkaristika se ssir il-Ġimgħa minflok. Din se tkun immexxija minn Fr. Norbert Bonavia tas-Soċjeta Missjunarja ta’  San Pawl.  Din se tkun bħala parti minn ġimgħa ddedikata lil Mons. Giuseppi Depiro, il-fundatur tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

  2.   Din il-ġimgħa komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari: kellna  donazzjoni ta’ €1000, 2 ta’ €100, 2 ta’ €50 u 3 ta’ €20.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’  €8,470.   Grazzi mill-qalb għall-ġenerożita’ tagħkom.  Baqa biss madwar €530 x’jinġabru.

  3. Bħal ma diġa avżajna nhar il-Ħadd li għadda, mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru il-quddies tat-8.15 am matul il-ġimgħa u tal-11 am nhar ta’ Ħadd mhux se jibqgħu isiru. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddies se jkunu 6.15 am -7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am – 9.30 am – 6.30pm . Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru f‘tat- 8.15 am se navżawhom meta se jsiru.

  4. Din il-gimgha se jkun hawn Fr. Norbert Bonavia tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl li se jipprovdi materjal dwar il-Fundatur tas-Soċjeta’ , Mons. Giuseppi DePiro. Din se tkun bl-iskop li aħna nsiru nafu aktar dwaru u fl-istess ħin isir talb għall-Beatifikazzjoni tiegħu.  Għalhekk wara l-bieb għandkom issibu materjal dwaru.  Fr. Bonavia se jkun qed imexxi wkoll l-Adorazzjoni Ewkaristika ta’ nhar il-Ġimgħa u l-quddiesa tat-8 am nhar il-Ħadd li ġej.

  5. Se jsir Coffee Morning fis-Sala Parrokkjali nhar it-Tlieta 26 ta’ Settembru. Min jixtieq jista’ jkellem lil Tessie Brown jew lil Marianne.  Nibdew fid-9.00 am.

  6. Nitolbu għal ruħ Rose Sammut u Vincenza Schembri li mietu matul din il-ġimgħa.  Aghtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 10 ta’ Settembru 2023

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Din il-ġimgha komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari: kellna 2 ta’ €50, 2 ta’ €40, 2 ta’ €10 u 1 ta’ €5.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €7,110.  Grazzi mill-qalb għall-ġenerożita’ tagħkom.  Baqa’ biss madwar €1,890 x’jinġabru. Kuraġġ!

  3. Jidher li se jkollna tibdil ukoll fil-Museum tas-subien. Is-superjur Raymond  D’Amato u s-soċju Mario se jieqfu jagħtu servizz fil-Museum tal-Parroċċa, imma ġew imsejjħa sabiex jagħtu s-servizz tagħhom fil-Museum tal-Qrendi u Mqabba u Pembroke.  Ikollna ċans li nsellmulhom u nirringrazzjawhom għal dak kollu li għamlu mat-tfal permezz tal-formazzjoni spiritwali u umana.  Nagħtu merħba lis-Superjur Gwido li huwa mill-Parroċċa tagħna u lil Gejtu Caruana li issa se jibdew jagħtu servizz fil-Museum tal-Parroċċa.  Nitolbu għalihom u naħdmu flimkien għall-ġid ta’ uliedkom.

  4. Fil-weekend li ġej, il-ġbir kollu se jmur għand il-Patrijiet Franġiskani tal-Art Imqaddsa. Nippruvaw ngħinu minn qalbna biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u nkunu ta’ għajnuna għal ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.

  5. Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru se ssir Pasta night fil-Euroclub Hotel ħdejn il-pool.  Nistedinkom biex tieħdu sehem f’lejla sabiħa fejn se jkollna live music, 4 kwalitajiet ta’ għaġin u ambjent rilassanti.  Tistgħu tkellmu lili jew l-uffiċċju Parrokkjali sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru.  Hekk tkunu qed tgħinu wkoll lil Parroċċa fl-ispejjeż li jkollna.

  6. Bħalma diġa avżajna nhar il-Ħadd li għadda, mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru l-quddies tat-8.15 am matul il-ġimgħa u tal-11 am nhar ta’ Ħadd mhux se jibqgħu isiru. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddies se jkunu 6.15 am -7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am- 9.30 am – 6.30 pm. Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru fil- quddiesa tat- 8.15 am se navżawhom meta se jsiru.

  7. Nitolbu għal ruħ Rose Sammut li mietet matul din il-ġimgħa . Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Settembru 2023

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix ġurnata tal-obbligu tal-quddies, inħeġġu lil kulħadd biex inqaddsu dan il-Jum bil-quddiesa. Il-ħinijiet ikunu bħal ta’ matul il-ġimgħa.
  3. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Se jkollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil kappillan jew fl-uffiċċju parrokkjali.
  4. Din il-gimgħa kellna aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari. Kellna donazzjoni ta’ $300, 1 ta’ €250, 3 ta’ €100, 1 ta’ €70, 5 ta’ €50, 3 ta’ €20, 2 ta’ €10.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €6,855.  Prosit u grazzi mill-qalb.  Ftit ieħor u naslu!
  5. Nitolbu għar-ruħ Gina Mifsud u JosephScicluna li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta dejjem. 

AVVIŻ MILL-KAPPILLAN:

  1. Huwa dover tagħna bħala Kappillan u Saċerdoti, li nagħtu servizz lilkom, għeziez Parruċċani, mill-aħjar li nistgħu.  U ibqgħu ċerti li  kull wieħed minna, dan jagħmlu bi mpenn u bil-ferħ.  Izda dejjem irridu nżommu f’moħħna li ċ-ċirkostanzi u l-impenji mhux dejjem jagħtuna l-possibilita’ li nagħmlu kemm nixtiequ.

Iċ-ċirkostanzi fil-preżent huma dawn:

  1. Dun Ġużepp illum huwa raġel kbir u għalkemm għad għandu rieda qawwija li jservi lil Parroċċa, imma saħħtu mhix tippermettilu.  Għaldaqstant, filwaqt li kull meta jkun jixtieq u jista’, aħna nilqgħuh bil-ferħ fil-Parroċċa tagħna, imma ma tkunx ħaġa ġusta miegħu li nibqgħu ngħabbuh bl-obbligu li jiġi jqaddes minħabba s-sitwazzjoni ta’ saħħtu.
  2. Is-saċerdoti l-oħra li għandna fil-Parroċċa jagħmlu kull ma jistgħu biex joffru servizz mill-qalb u mill-aħjar.  Izda lkoll għandhom impenji oħra fid-Djoċesi, impenji fil-Kurja, Tribunal tal-Knisja, Tagħlim ġewwa l-Universita’ ta’ Malta u tant oħrajn.  Dan jillimita mħux ħazin il-ħin li jistgħu jinvestu fil-Parroċċa.  Minn qalbi ngħidilhom grazzi li dejjem għamlu kull ma setgħu u kienu ta’ bastun għalija.
  3. Jiena bħala Kappillan, għalkemm qiegħed full time fil-Parroċċa, imma għandi wkoll impenji li jridu jsiru: Uffiċċju Parrokkjali, counselling, tqarbin u qrar tal-morda, funerali (li mhumiex ftit) u sagramenti oħra, maintenance, involviment fil-Fondazzjoni RISe u fil-Mission Fund, Kummissjoni Eżorċisti eċċ.
  4. Fid-dawl ta’ dan kollu, aħna tkellimna u wasalna għal deċiżjoni li titnaqqas quddiesa waħda matul il-ġimgħa u waħda il-Ħadd.  

Għalhekk il-ħin tal-quddies sa mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru se jkun hekk:

Matul il-ġimgħa: 6.15 am, 7.15 am u 6.30 pm

Il-Ħadd u Festi: 6.30 am, 8.00 am, 9.30 am u 6.30 pm.

Il-Funerali se jibqgħu isiru f’quddiesa filgħodu apparti jew wara nofs in-nhar.

Naf li din id-deċiżjoni tista’ tolqot ħażin lil xi wħud, imma nitolbukom biex tifhmu li aħna nixtiequ nagħmlu dak kollu li hu possibli li nagħmlu għalikom u li dan mhux qed isir biex inkunu komdi aħna, imma għax iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk. Minn qalbi ngħidilkom grazzi u nwegħdkom li se nkomplu naħdmu kemm nifilħu għal ġid tal-komunita’ Parrokkjali tagħna.

 

Avviżi – Il-Ħadd 27 t’Awwissu 2023

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta huwa l-44 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni. Għalhekk ser issir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin fis-7 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx.  Dak in-nhar se jiġu inawgurati wkoll opri ġodda fil-Każin. Wara jkun hemm ukoll reception.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali b’risq il-parroċċa.
  4. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel, il-Qawra, nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru. Se jkollna t-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil Kappillan jew jiġu fl-uffiċċju parrokkjali. Aktar dettalji fin-notice board tal-knisja.
  5. Din il-gimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna 1 ta’ €250,  2 ta’ €200, 2 ta’ €20,  1 ta’ €10.  Is-somma li nġabret sa issa hija ta’ €5,505.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd. Ejjew nagħmlu l-aħħar sforz biex inkopru l-ispejjeż ta’ dan il-proġett delikat u bżonnjuż biex nippreservaw bl-aħjar mod ix-xbieha tant għażiħa ta’ Marija Immakulata.
  6. Minn Settembru li ġej se jkollna tibdil fil-Museum tal-bniet . Is-Superjura Odette Scerri u s-Soċja Caroline Dye mhux se jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fil-qasam tal-Ħamrun imma ġew imsejjħa sabiex jagħtu servizz post ieżor. Għaldaqstant qed nistieden lilkom u speċjalment lit-tfal li jattendu l-Museum tal-bniet sabiex nhar il-Ħadd li ġej 3 ta’ Settembru ningħaqdu flimkien għall-quddiesa tad-9.30 am biex ngħidlulhom grazzi għall-ħidma li huma wettqu fil-qasam tagħna. Fl-istess waqt nawguraw u nagħtu merħba lis-superjura ġdida Anna Briffa u lis-soċja Jospehine Cilia li issa se jibdew joffru s-servizz tagħhom fil-qasam tal-Museum tal-bniet tagħna. Niltaqgħu il-Ħadd 3 ta’ Settembru fid-9.30 am.
  7. Nitolbu għal ruħ Francesca Saveria Borg, Karmenu Calleja u George Tonna li mietu matul dawn il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
  8.