Avviżi – Il-Ħadd 27 t’Awwissu 2023

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta huwa l-44 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni. Għalhekk ser issir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin fis-7 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx.  Dak in-nhar se jiġu inawgurati wkoll opri ġodda fil-Każin. Wara jkun hemm ukoll reception.
  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna l-adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u se nagħmlu ġabra speċjali b’risq il-parroċċa.
  4. Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel, il-Qawra, nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru. Se jkollna t-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw, jgħidu lil Kappillan jew jiġu fl-uffiċċju parrokkjali. Aktar dettalji fin-notice board tal-knisja.
  5. Din il-gimgħa komplew deħlin donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna 1 ta’ €250,  2 ta’ €200, 2 ta’ €20,  1 ta’ €10.  Is-somma li nġabret sa issa hija ta’ €5,505.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd. Ejjew nagħmlu l-aħħar sforz biex inkopru l-ispejjeż ta’ dan il-proġett delikat u bżonnjuż biex nippreservaw bl-aħjar mod ix-xbieha tant għażiħa ta’ Marija Immakulata.
  6. Minn Settembru li ġej se jkollna tibdil fil-Museum tal-bniet . Is-Superjura Odette Scerri u s-Soċja Caroline Dye mhux se jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fil-qasam tal-Ħamrun imma ġew imsejjħa sabiex jagħtu servizz post ieżor. Għaldaqstant qed nistieden lilkom u speċjalment lit-tfal li jattendu l-Museum tal-bniet sabiex nhar il-Ħadd li ġej 3 ta’ Settembru ningħaqdu flimkien għall-quddiesa tad-9.30 am biex ngħidlulhom grazzi għall-ħidma li huma wettqu fil-qasam tagħna. Fl-istess waqt nawguraw u nagħtu merħba lis-superjura ġdida Anna Briffa u lis-soċja Jospehine Cilia li issa se jibdew joffru s-servizz tagħhom fil-qasam tal-Museum tal-bniet tagħna. Niltaqgħu il-Ħadd 3 ta’ Settembru fid-9.30 am.
  7. Nitolbu għal ruħ Francesca Saveria Borg, Karmenu Calleja u George Tonna li mietu matul dawn il-ġimgħa.  Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
  8.  

Tags: No tags

Comments are closed.