1. Nhar l-Erbgħa ser isir coffee morning b’risq il-knisja fis-sala parrokkjali fid-8.45 am . Biljetti mingħand il-helpers.
2. Nhar l-Erbgħa wkoll, fis-6.30 pm se ssir il-Quddiesa ta’ Liberazzjoni. Din hija quddiesa li tiġi organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu li fiha jsir talb ta’ Ħelsien u talb ta’ Protezzjoni. Jieħdu sehem fiha l-Eżorċisti tad-Djoċesi flimkien ma’ Saċerdoti oħra u nitolbu fuq kull min ikun preżenti.
3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddies tas-6.30 pm.
4. Il-Ġimgħa jiltaqa’ il-KPP fis-Sala Dun Manwel fis-7.15 pm.
5. Nhar il-Ħadd li ġej, 16 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am, se nilqgħu lil Ħamrun Ameteurs u nifirħu magħhom għas-suċċessi li qegħdin jagħmlu. Dan l-aħħar il-Ħamrun Ameteurs rebħu l-kampjonat tal-futbol ameteurs (MAFA).
Dak in-nhar ukoll huwa JUM IL-MISSIER. Għalhekk fil-quddiesa se nitolbu għall-irġiel kollha, inberkuhom u noffru l-quddiesa għalihom.
6. Fil-ġranet li ġejjin se jibdew jitqassmu il-programmi tal-festa li se tkun fit-7 ta’ Lulju. Nitlobkom biex tħarsu lejhom u taraw id-diversi okkażjonijiet sbieħ li jsiru matul in-Novena. Nieħdu sehem fihom għaliex l-isbaħ tiżjin tal-Knisja huwa l-preżenza tagħna. Magħhom ukoll se ssibu lotterija li tibgħatuha fl-envelope flimkien mad-donazzjoni tagħkom. L-envelopes se jinġabru mid-djar minn persuni awtorizzati minni (mill-Kappillan). Dawn se jkollhom tag li turi li qed jiġbru f’isem il-Parroċċa. Tistgħu ukoll tibgħatuhom ma’ persuna tal-fiduċja tagħkom jew impustawh l-uffiċċju Parrokkjali.
7. Nitolbu għal ruħ Marlene Darmanin li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Solennita’ ta’ Corpus Christi Il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1. Is-Sibt, fil-Vġili nfakkrukom li wara l-quddiesa ikun hawn ftit ħin ta’ Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kappillan.
2. Il-Ħadd fis-5.45 pm–Kant tat-Tieni Għasar mill-Mixja Neo Katekumenali. Fis-6.30 pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-preċett, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Manwel Magri, Triq Villambrosa, Triq id-Duluri, Triq Maitland, Triq il-Ferrovija, Triq il-Kbira San Ġużepp sal-Parroċċa ta’ San Gejtanu fejn hemmhekk tingħata l-barka. Navżaw in-nies li jogħqodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi il-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purcissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqogħdu f’dawn it-toroq.
3. Nhar l- Erbgħa fid-8.45 am ikun hawn laqgħa oħra miċ-Ċentru ta’ l–anzjani fis-sala Dun Manwel.
4. Nhar il-Ġimgħa hija l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu u l-Ewwel Gimgħa tax-xahar . Wara l-Quddiesa ser isir l-adorazzjoni.
5. Fil-ġranet li ġejjin se jibdew jitqassmu il-programmi tal-festa li se tkun fit-7 ta’ Lulju. Nitlobkom biex tħarsu lejhom u taraw id-diversi okkażjonijiet sbieħ li jsiru matul in-Novena. Nieħdu sehem fihom għaliex l-isbaħ tiżjin tal-Knisja huwa l-prezenza tagħna. Nieħdu sehem kemm nistgħu biex nagħmlu festa sabiħa. Magħhom ukoll se ssibu lotterija li tibgħatuha fl-envelop flimkien mad-donazzjoni tagħkom. L-envelops se jinġabru mid-djar minn persuni awtorizzati minni (mill-Kappillan). Dawn se jkollhom tag li turi li qed jiġbru f’isem il-Parroċċa. Tistgħu ukoll tibgħatuhom ma’ persuna tal-fiduċja tagħkom jew impustawħ l-uffiċċju Parrokkjali.
6. Ser isir coffee morning nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju fid-9 am b’risq il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
7. Kif stajtu ssegwu fuq il-FB, il-Knisja Parrokkjali se tingħata għajnuna ta’ aktar minn €13,000 għar-restawr tal-koppla. Dan bil-ħsieb li wara li sar maintenance minn barra, issa nieħdu ħsiebha minn ġewwa. M’aħniex se nieqfu hemm! Wara li nieħdu ħsiebha minn ġewwa, ser nagħmlu wkoll tisbieħ. Il-quddiem nesponu wkoll disinn ta’ dik li ġejja. Dan ifisser li €13,000 ma jkunux biżżejjed. Imma dawn se jagħtuna spinta tajba. Grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex dan il-proġett li ili nhewden fuqu jkun jista’ jsir.
8. Nitolbu għal ruħ Alfred Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Id-Disa’ Ħadd tal-Għid – Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1. Illum fil-quddiesa tad- 9.30 am ser issir l-Ewwel Tqarbina lil 10 tifel u tifla. Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu iħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom.
2. Nhar It-Tnejn se niċċelebraw Jum il-Ħamrun. Fis-6.30 pm Quddiesa bis-sehem tal-kor. F’din il-quddiesa se jieħdu sehem entitajiet Ċivili tal-Ħamrun, Is-Sindku u l-Kunsill Lokali u se jkollna magħna wkoll il-ġeneral tal-Patrijiet Teatini imwaqqfin minn San Gejtanu.
3. Nhar It-Tlieta : jaħbat is-36 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. Fis-6.30 pm se jkollna quddiesa bil-kor Parrokkjali u fiha jiġu nċensati is-slaleb tal-Konsagrazzjoni.
4. Minn nhar l-Erbgħa nibdew jiem ta’ preparazzjoni għall-festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. L-Erbgħa Quddiesa fis 6.30 pm. Fis 7.00 pm adorazzjoni mill-Mixja Neo Katekumenali. Peress li dak in-nhar se ssir ukoll purċissjoni bl-ikona tal-Madonna tas-Sokkors, x’ħin tasal quddiem il-Knisja tagħna, se noħorġu biex insellmulha u noffrulha bukkett f’isem il-Parruċċani kollha.
5. Nhar Il-Ħamis : Fis-6.30 pm quddiesa fil-knisja. Wara ser isir ħin t’Adorazzjoni fi Pjazza Oreste Chircop Triq Alexander mis-7.30 pm. ‘il quddiem. Imexxiha l-Kappillan. Inħeġġiġkom biex tattendu u nakkumpanjaw lil Ġesu’ Ewkaristija.
6. Nhar Il-Ġimgħa : Quddiesa fis-6.30 pm. Fis-7.00 pm Adorazzjoni animata mill-Fratellanza tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu.
7. Nhar Is-Sibt : Il-Quddiesa tas-6.30 pm tkun bl-Ewwel Għasar tal-Festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Bejn is-7.15 pm u t-8.00 pm ikun hemm Adorazzjoni komunitarja animata mill-Kappillan.
9. Nitolbu għal ruħ Godwin Zammit li miet matul din il-ġimgħa. Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta
Tel: 21232643
8. Nhar Il-Ħadd: 5.45pm–Kant tat-Tieni Għasar mill-Mixja Neo Katekumenali. Fis-6.30pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-precett, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Manwel Magri, Triq Villambrosa, Triq id-Duluri, Triq Maitland, Triq il-Ferrovija, Triq il-Kbira San Ġużepp sal-Parroċċa ta’ San Gejtanu fejn hemmhekk tinghata l-barka. Navżaw in-nies li jogħqodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi il-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purcissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqogħdu f’dawn it-toroq.
It-Tmien Ħadd tal-Għid – Għid il-Ħamsin – Il-Pentecoste
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1. (Is-Sibt) Illejla se ssir velja Djoċesana ta’ Pentekoste fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju il-Furjana. Kulħadd huwa mistieden biex jieħu sehem, flimkien mal-Isqfijiet tagħna għal din il-velja ta’ talb. Tibda fis-7.30 pm. ikun hemm testimonjanzi, talb u adorazzjoni.
2. Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:
It-Tnejn: Triq id-Duluri (minn Indri’ Cilia sa Joe Sciberras).
It-Tlieta: Triq Nuzzo
L-Erbgħa: Triq id-Duluri (minn Villambrosa sa Indri’ Cilia) u Triq il-Ferrovija
Il-Ħamis: Triq Qrejten
Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li irċivejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal- blokka u jikteb in-numru tal-flat. U b’hekk inkunu lestejna it-tberik ta’ din is-sena, min jixtieq ibierek għax ma kienx id-dar jiġi l-uffiċċju għall-appuntament.
3. Nhar it-Tlieta ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers
4. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.
5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm
6. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00 pm ser isir il-prova tat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel tqarbina nhar il-Ħadd li ġej.
7. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad- 9.30 am ser issir l-Ewwel Tqarbina lil 10 tifel u tifla. Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu iħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom.
8. Mit-Tnejn 27 ta’ Mejju se jkollna ġimgħa ta’ tħejjija għall-festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Nistedinkom taraw il-poster li hemm fin-notice boards sabiex inkunu nfurmati u nipparteċipaw kemm nistghu. Din hija festa ghaziza ħafna għalina li tfakkarna kemm Ġesu’ iħobbna u jagħtina lilu nnifsu fl-Ewkaristija biex jibqa’ magħna u fina dejjem.
Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li irċivejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal- blokka u jikteb in-numru tal-flat.
2. Nhar il-Hamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
3. Nhar il-Ġimgħa se ssir ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
4. Nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
5. Nitolbu għal ruħ John Ellul li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
It-Tlieta: Triq Ġuże’ Maria Camilleri, Triq Ġuże’ Pace, u Triq Gaetano Pace Forno
L-Erbgħa: Triq Schembri, Muscat Azzopardi u Triq Alexander
Il-Ħamis: Triq Danny Cremona u Triq Turu Lentini.
Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li rċivejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal- blokka u jikteb in-numru tal-flat.
2. Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorg Preca l-membri tal-museum qed jistiednu lil kulħadd għall-Quddiesa ta’ radd il-Ħajr lil Mulej Alla, li għoġbu jibgħat lil dan is-Saċerdot Qaddis li għamel ġid kbir lil Malta u għadu jagħmel anki llum bis-Soċjeta’ tal-Museum li hu waqqaf. Għalhekk niltaqgħu nhar it-Tnejn 6 ta’ Mejju fis-6.30 pm biex f’din il-Knisja tal-Kunċizzjoni nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Ser tiqassam tifkira ċkejkna ta’ l-okkażjoni.
3. Fuq in-notice boards hemm ukoll programm li ser isir matul din il-ġimgħa fil-Knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża, l-Blata l-Bajda fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca.
4. Illum il-Ħadd, fis-6.30 pm se jkun hemm quddiesa solenni mill-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ G’Mangia. Din se ssir fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. Il-Knisja Parrokjali ta’ G’Mangia se titgħolla wkoll għal Santwarju tal-Madonna tar-Rużarju. Filwaqt li nawguraw lil komunita’ tal-Patrijiet Dumnikani, nitolbu biex tkompli tinxtered id-devozzjoni lejn Ommna Marija, permezz tat-talba tar-Rużarju.
5. Nirringrazzjaw lil Ommna Marija Immakulata għallmawra li għamilna ġewwa Lourdes. Kien mument ta’ emozzjoni kbira li niċċelebraw fil-post fejn il-Madonna rifset u fejn ikkonfermat li hija l-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI. Kellna ċelebrazzjonijiet sbieħ li bihom żgur tajna glorja lil Alla u lil Ommna Marija u għamilna isem għall-Parroċċa, għal raħalna u għal Pajjiżna. Jalla l-ferħ li ħassejna hemmhekk, jibqa’ jakkumpanja il-komunita’ tagħna. Ma nqasnix ukoll li nitolbu għalikom u għal familji tagħkom. Grazzi lill-Għaqda Mużikali tagħna u lil dawk kollha li għamlu l-arrangamenti biex din il-mawra tkun suċċess. Inwassal ukoll it-tislijiet tal-E.T. is-Sur Pierre Clive Agius l-Ambaxxatur Malti għal Franza li huwa wkoll mill-Parroċċa tagħna, u li ġentilment akkumpanjana tul il-mawra kollha.
6. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
7. Nhar il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.30 am se jkollna magħna il-President u l-Kumitat tal-Ħamrun Spartans, flimkien ma wħud mill-players sabiex niċċelebraw flimkien l-10 rebħa tal-kampjonat. Dawn il-mumenti jkomplu jgħaqqduna u jagħmluna kburin bir-raħal tagħna.
Dak in-nhar niċċelebraw ukoll jum l-Omm u għalhekk se nitolbu l-Mulej ibierek in-nisa kollha, filwaqt li jdaħħal fis-saltna tiegħu lil dawk li ħallewna.
1. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġuzepp Ħaddiem. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa xierqa jekk inqaddsu din il-ġurnata bil- quddiesa. Il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ xogħol.
Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
. Iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa għall-Għawdex nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju. Biljetti u aktar dettalji mingħand il-helpers.
Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
Minħabba li l-kappillan se jkun qed jakkumpanja l-Għaqda Mużikali tagħna ġewwa Lourdes, l-Uffiċċju mhux se jkun miftuħ bejn il-Ġimgħa 26 ta’ April u l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju.
It-Tlieta: Triq Manwel Magri u Triq Villambrosa (sal-garage tas-sorijiet)
L-Erbgħa: Triq Dun Edgar , Triq Vitale, u Sqaq No 1 fi Triq id-Duluri
Il-Ħamis: Triq Indri Cilia
Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li irċevejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal-blokka u jikteb in-numru tal-flat.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm
Nhar il-Ġimgħa se ssir ftira night fis-sala parrokkjali u t-Tlieta 23 ta’ April ser isir coffee morning. Biljetti mingħand il-helpers.
Minn nhar it-Tnejn 22 sal-Ħadd 28 ta’ April se ssir Ġimgħa Ewkaristika f’diversi knejjes madwar Malta, fl-okkażjoni tat-tberik tal-Kappella tal-Adorazzojni Perpetwa fil-Furjana. Din se tkun unika f’Malta għax se tkun miftuħa lejl u nhar. Wieħed jista’ jara l-programm kollu fuq in-notice board tal-parroċċa.
Peress li bejn is-27 ta’ April u l-1 ta’ Mejju, se nkun ma’ l-Għaqda Mużikali tagħna f’mawra ġewwa Lourdes, fis-Sagristija għandna formoli li tistgħu teħduhom biex tiktbu fuqhom xi intenzjonijiet li tixtiequ nitolbu lil Madonna għall-bżonnijiet tagħkom. Min jixtieq jista’ jiġbor formola u jimlieha, jagħlaqha ġo envelope u jgħaddihielna jew titfgħuha fil-letter box tal-uffiċċju parrokkjali biex aħna ntellgħuhom magħna u nippreżentawhom lil Madonna fil-Grotta għażiża tal-apparizzjoni ġewwa Lourdes.
Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca (Liceo) javża li se ssir Maratona tal-isports li l-qliegħ tagħha se jmur għal Malta Trust Fundation. Din se ssir il-Ħadd 21 t’April bejn id-9.00 am u 9.00 pm. F’din l-attivita’ se tieħu sehem ukoll il-banda Immakulata Kunċizzjoni.
Nitolbu għal ruħ Ġużeppa Perks u Teresa Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Infakkrukom li llum, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ nnifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.
Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:
It-Tnejn: Triq Mimosa
It-Tlieta: Triq Misraħ il-Barrieri, Triq il-Kunzar, Triq Santa Venera, Triq is-Snajja, Triq Roger Debattista
L- Erbgħa: Triq Oscar Zammit, Triq Ġwann Mamo
Il-Ħamis: Triq Mons. Depiro, Triq it-Tramm
Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ April se ssir ftira night fis-sala parrokkjali u t-Tlieta 23 ta’ April ser isir coffee morning. Biljetti mingħand il-helpers.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se niċċelebraw jum il-Karita’. Għalhekk fil-quddies tas-Sibt 13 t’April u l-Ħadd 14 t’April, il-ġbir se jmur biex ngħinu l-opri ta’ Karita’ fi ħdan il-Knisja.
Nitolbu għal ruħ Guido Vassallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar it-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna residenti ta’ Dar il-Wens biex jieħdu l-figolli li ġibtu intom. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita tagħkom.
Minn nhar it- Tlieta se jibda it-tberik tal-Familji. Qed jitqassam fuljett bid-dati kollha u t-toroq tat-tberik. Miegħu se jkun hemm bookmark bid-data ta’ meta jmissha it-triq tiegħek. Min jixtieq ibierek, dak in-nhar li jkun imiss it-triq tiegħek, waħħal din il-bookmark mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li rridu nħabbtulek. Fejn ma narawx il-bookmark ifisser li dak li jkun ma jixtieqx ibierek.
It-Tlieta nbierek Triq Adelaide Cini, Triq Barth u Triq Lunzjata.
L- Erbgħa Triq Liceo, Triq il-Fatati , Triq Wenzu Mallia
Il-Ħamis Pjazza Kappillan Muscat, Triq il-kappillan Valletta.
Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ innifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.
Nirringrazzja lil helpers kollha li matul dawn il-jiem taw il-ħin kollu li setgħu biex ikollna ċelebrazzjonijiet sbieh u dinjitużi li żgur ħallew il-frott ġewwa fina. Żgur li ma nistgħux nagħmlu dak li għamilna kieku ma jkunux huma li jagħtu l-ħin tagħhom. Grazzi mill-qalb f’isem il-komunita’ kollha. Grazzi.
Nitolbu għal ruħ Maria Dolores Mizzi u Margaret Gatt li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenaza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-22 u 29 ta’ Marzu. Għal dan l-iskop, matul dawn id-dati se titqiegħed kaxxa bil-kitba ‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ biex nitfgħu fiha l-offerti tagħna. Dawn se jmorru sabiex issir ħidma ta’ karita’ ma’ familji u persuni li jeħtieġu diversi forom ta’ għajnuna.
Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u f’Dar il-Wens, f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 1 t’April fis-6.30 pm.
Nitolbu għal ruħ Salvu Buhagiar li miet matul din il-ġimħha. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.