Il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021 – Il-Pentekoste – L-Għid il-Ħamsin

AVVIZI

  1. Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi ċċelbrata l-ewwel tqarbina fil-quddiesa tad-9.30 am, għalhekk il-quddiesa tal-11 am tibda fil-11.15 am.
  2. Nhar it-Tnejn ser isir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Preċett fil-Knsija fis-7:00 pm. Dakinhar titla’ l-polza.  
  3. Nhar il- Ħamis fis-5 pm fil-knisja ikun hawn il-qrar għat-tfal ta’ l-Ewwel tqarbina u l-prova.
  4. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  5. Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju huwa t-33 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-6.30 pm.
  6. Nitolbu għal ruħ Mary Spiteri li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju 2021 – Tlugħ is-Sema tal-Mulej Sena B

Tlugħ fis-sema tal-Mulej

AVVIZI

  1. Matul din il-ġimgħa se ssir in-novena tal-Pentecoste bit-tħejija għall-festa tal-Pentecoste nhar il-Ħadd li ġej, għalhekk fis-6 pm se tingħad it-talba tal-Veni Creator, ħsieb fuq doni tal-Ispirtu s-Santu, u rużarju fejn tingħad il-litanija tal-Ispirtu Santu. Fis-6.30 pm il-quddiesa.
  2. Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar Is-Sibt u nhar il-Ħadd fis-6.10 pm se jingħad l-għasar tal-Pentecoste. Fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nitolbu għal Joseph Ciantar, Filomena Bonello, Petrina Xerxen  u Paul Zerafa li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  5. Nitolbu ukoll għal ruħ Dun Karm Grech mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal-Qormi li għamel snin jaħdem fil-parroċċa tagħna li miet matul din il-ġimgħa. Il-funeral ser isir għada it-Tnejn fil-Parroċċa San Ġorġ fid-9.30 am.

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021 – Is-Sitt Ħadd tal-Għid Sena B

AVVIZI

  1. Nhar il-Ħamis, fid-8.45 am, ikun hawn l-adorazzjoni immexxija mill-Grupp Ħniena Divina. Il-Ħamis ukoll ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Bi preparazzjoni għall-festa ta’ Pentecoste  il-Ħadd 23 ta’ Mejju, minn nhar is-Sibt li ġej nibdew in-novena ta’ Pentecoste fejn se jkun hemm ħsieb qasir kuljum fuq id-doni ta’ l-Ispirtu  s-Santu qabel il-quddiesa .
  3. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha.

Il-Ħadd 6 ta’ Marzu 2021 – It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena B

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am.
  2. Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għar-raba’ Ħadd tar-Randan.
  3. Nhar is- Sibt, fis-5.45 pm  ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Infakkrukom li  qegħdin  niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Kull donazzjoni hija apprezzata. Id-Donazzjonijiet se jitieħdu id-Dar tal-Providenza l-għada ta’ l-Għid. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw  lill-persuni b’disabilita’ tal-parroċċa u tad-djar li jieħdu ħsiebhom.
  5. L-Uffiċċju Reġistrazzjoni Żwiġijiet fil-Kurja se jorganizza kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin.  Dan se jsir bejn il-12 u l-16  ta’ April 2021. Minħabba l-pandemija dan il-kors se jsir online.  L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn, 5 ta’ April 2021. (Min hu interessat għandu jibgħat imejl fuq dan l-indirizz: [email protected].)
  6. Nitolbu għal ruħ Francesco Grasso, Ġuża Spiteri  u Joseph Ebejer li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  7. Min-nhar it-Tnejn 8 ta’ Marzu sakemm joħroġ avviż ieħor, fil-MUSEUM tas-Subien mhux se jsiru lezzjonijiet u laqgħat għat-tfal u liż-żgħażagħ. Is-Superjur se jkun qed javża l-ġranet u l-ħin li fihom se jsiru l-laqgħat online.

Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021 – It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm minflok il-Ġimgħa.
  2. Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir l-ewwel laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-aħħar tlett iħdud tar-Randan.
  3. Nhar is- Sibt, fis-5.45 pm  ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lEwwel Għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Nhar il-Ħadd issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal- knisja.
  5. Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Kull donazzjoni hija apprezzata. Id-Donazzjonijiet se jitieħdu d-Dar tal-Providenza l-għada tal-Għid.
  6. Il-Ġabra speċjali li għamilna għas-Seminarju laħqet is-somma sabiħa ta’ € 1,002. Grazzi lil-kulħadd.
  7. Nixtiequ navżaw li għad hawn diversi tfal li qegħdin fis-sena tal-preċett li se jsir fit-30 ta’ Mejju u  li għadhom mhumiex reġistrati fil-parroċċa. Importanti li din issir mhux iktar tard mil-ġimgħa li ġejja.

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021 – Is-Sitt Ħadd matul is-Sena B

Avviżi             

 

  1. Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm fil-Knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-preċett.
  2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittiekilx laħam/isiru sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18 il-sena). Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, Via Sagra u fis-6.30 pm quddiesa kantata.
  3. Il-Ħamis fis-7.00 pm Adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Nhar il-Ġimgħa peress li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ li kien isir kull sena bis-Salib, fis-6 pm se ssir Ċelebrazzjoni tal-Via Sagra quddiem il-Kurċifiss fil-knisjaIl-quddiesa ssir fis-7.00 pm.
  5. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lEwwel Għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  6. Nhar il-Ħadd li ġej ser isir ġabra speċjali b’risq is-Seminarju.
  7. Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021 – Il-Ħames Ħadd matul is-Sena B

  1. Nhar  l-Erbgħa  hija il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd.  Fil-quddiesa tad-9.30am se jkunu mistiedna l-parruċċani li jisimhom għal San Pawl.
  2. Nhar il-Ħamis huwa Jum il-Morda u l-Ewwel Dehra ta’ Lourdes. Għal din l-okkażjoni se niċċelebraw quddiesa għall-anzjani fid-9.30 am.
  3. Il-Ħamis fis-7.00 pm jkollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju, filwaqt li l-Griżma ta’ l-Isqof se nagħmluha l-Ħadd 27 ta’ Ġunju fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenuturi ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna jirreġistraw lit-tfal fl-uffiċċju parrokkjali mill-iktar fis possibbli.
  5. Nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar fis-7.00 pm fil-Knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-preċett.
  6. Nitolbu għal ruħ Maria Dolores Muscat u Rosaria Azzopardi li mietu din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.