Il-Ħadd 6 ta’ Marzu 2021 – It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena B

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am.
  2. Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għar-raba’ Ħadd tar-Randan.
  3. Nhar is- Sibt, fis-5.45 pm  ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta lgħasar u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Infakkrukom li  qegħdin  niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Kull donazzjoni hija apprezzata. Id-Donazzjonijiet se jitieħdu id-Dar tal-Providenza l-għada ta’ l-Għid. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw  lill-persuni b’disabilita’ tal-parroċċa u tad-djar li jieħdu ħsiebhom.
  5. L-Uffiċċju Reġistrazzjoni Żwiġijiet fil-Kurja se jorganizza kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin.  Dan se jsir bejn il-12 u l-16  ta’ April 2021. Minħabba l-pandemija dan il-kors se jsir online.  L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn, 5 ta’ April 2021. (Min hu interessat għandu jibgħat imejl fuq dan l-indirizz: alfred.vella@maltadiocese.org.)
  6. Nitolbu għal ruħ Francesco Grasso, Ġuża Spiteri  u Joseph Ebejer li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  7. Min-nhar it-Tnejn 8 ta’ Marzu sakemm joħroġ avviż ieħor, fil-MUSEUM tas-Subien mhux se jsiru lezzjonijiet u laqgħat għat-tfal u liż-żgħażagħ. Is-Superjur se jkun qed javża l-ġranet u l-ħin li fihom se jsiru l-laqgħat online.
Tags: No tags

Comments are closed.