Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2023

   Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

It-Tnejn Triq Wenzu Mallia

It-Tlieta Vincenzo Bugeja

Il-Ħamis Triq Orsolini

 2. Fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir l-Ewwel Tqarbina lil 12-il tifel u tifla.  Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu jħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom. 

 3. Bi preparazzjoni għall-festa ta’ Corpus Christi li niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, minn nhar it-Tnejn sal-Ħamis se  tingħata l-barka kuljum fil-knisja wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Il-Ġimgħa se ssir Quddiesa u Adorazzjoni fi Sqaq il-Għajn. Nibdew fis-6.30 pm. Din se ssir sabiex inħejju lin-nies jilqgħu lil Ġesu’ Ewkaristija meta ngħaddu bil-Purċissjoni l-Ħadd fil-festa ta’ Corpus.  Il-Quddiesa hawnhekk fil-Knisja ma ssirx.  Inħeġġiġkom sabiex tattendu għall-quddiesa u l-Adorazzjoni hemmhekk.

5. Is-Sibt Lejliet Corpus ser jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil wieħed adult. Għalhekk fis-6 pm nitolbu bis-Salmi, imbagħad niċċelebraw il-quddiesa bl-amministrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma.

6. Il-Ħadd, jum il-festa ta’ Corpus Christi, il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej.  Fil-5.30 pm nitolbu bis-Salmi  u  l-quddiesa se tkun fis-6.00pm.  Wara l-quddiesa toħroġ il-purċissjoni li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Vitale, Dun Edgar Vella, Duluri,  Maitland, Ferrovija, Duluri u Manwel Magri sal-knisja. Fil Knisja tingħata l-barka. Navżaw in-nies li joqgħodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi l-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purċissjoni se jsir it-tqarbin lil morda li joqgħodu f’dawn it-toroq.

7. Is-Superjur tal-Mużew jixtieq javża li se ssir ĠIMGĦA TA’ TAGĦLIM mis-Soċjetà tal-Museum fil-Ħamrun bejn it-Tnejn 12 u l-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju fis-7.15 pm ħdejn il-knisja tas-Samra fi Triq Atocia. Minħabba li hi ftit il-bogħod se jipprovdu trasport b’xejn li jitlaq minn ħdejn il-Knisja tagħna fis-6.55 pm, jiġifieri eżatt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Avviżi – Il-Ħadd 28 ta’ Mejju 2023

It-Tmien Ħadd tal-Għid – Għid il-Ħamsin

Il-Pentekoste

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

It-Tnejn Triq Oscar Zammit

It-Tlieta – Triq Qrejten

L-Erbgħa Triq Turu Lenini, Roger Debattista u Triq Santa Venera

Il-Ħamis Triq Villambrosa

2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Nhar it-Tlieta fis-7.00 pm se ssir il-prova tat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel tqarbina nhar il-Ħadd li ġej.

4. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir l-Ewwel Tqarbina lil 12-il tifel u tifla.  Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu iħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom.

5.Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u ssir il-ġabra speċjali għall-parroċċa. Kif qed taraw saret is-sistema tas-sound ġdida u l-ġabra se tmur biex inkopru l-ispejjeż tagħha.

6.Nitolbu għar-ruħ Charles Micallef li li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 21 ta’ Mejju 2023

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ is-Sema tal-Mulej

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

Il-Ħamis:   Triq Nuzzo

2. Nhar it-Tlieta wara l-quddiesa ta’ 7.15 am se jkun hawn 2 social workers li jaħdmu fil-komunita’ tal-Ħamrun li qed jagħmlu survey fuq il-ħtiġijiet tal-anzjani fil-Ħamrun. Jekk jogħġobkom min ikun jista’ jieqaf 2 minuti kemm tirrispondu 4 domandi dak il-ħin stess.  B’hekk tkunu qed tagħtu  għajnuna kbira biex ikunu jistgħu jaraw x’għandhom bżonn l-anzjani fil-Ħamrun.

3. Nhar l-Erbgħa  se ssir laqgħa għal kulħadd miċ-Ċentru ta’ l-anzjani,  mis-Superjur Joe Fenech.  Nibdew wara l-quddiesa tat-8.15 am.  Min jista’ ma jitlifx din l-okkażjoni biex jisma’ kelma tajba mis-Superjur li huwa tant imfittex biex jagħti laqgħat sbieħ.

4. Nhar il-Ħamis isir l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

5. Nhar il-Ġimgħa  huwa l-35 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-6.30 pm.

6. Nhar il-Ġimgħa  se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7.00 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljett mingħand il-helpers.

Avviżi – Il-Ħadd 14 ta’ Mejju 2023

Is-Sitt Ħadd tal-Għid

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

It-Tnejn : Inbierku Triq Maitland

It-Tlieta:   Triq Pawlu Burlo’  u Triq Manwel Magri

L- Erbgħa:Triq Misraħ il-Barrieri

Il-Ħamis:   Triq Mons Depiro

2. Għada huwa jum l-Omm.  Il-Quddiesa tad-9.30 am se tkun speċjalment għall-Ommijiet kollha.  Se nitolbu kemm għall-Ommijiet mejtin biex il-Mulej idaħħalhom fil-mistrieħ tiegħu, għal dawk li jkunu preżenti u anki għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet biex il-Mulej jisma’ talbhom. Nistieden it-tfal ukoll jingħaqdu magħna  jitolbu għall-ommijiet tagħhom u nagħmlulhom festa sabiħa.  Dak in-nhar se titkellem ukoll Omm ta’ 6 itfal fuq l-esperjenza tagħha bħala Omm.  L-ommijiet kollha se jinghataw ukoll tifkira.

3. L-Erbgha 24 ta’ Mejju se ssir laqgħa għal kulħadd mis-Superjur Joe Fenech.  Nibdew wara l-quddiesa tat-8.15 am.  Min jista’ ma jitlifx din l-okkażjoni biex jisma’ kelma tajba mis-Superjur li huwa tant imfittex biex jagħti laqgħat sbieħ.

4. Nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

5.Nitolbu għal ruh Lizia Aquilina  li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

It-Tnejn :  Inbierku Triq Mimosa

It-Tlieta:   Triq is-Snajja u Triq it-Tramm

L- Erbgħa: Triq Lord Byron

Il-Ħamis:   Triq Joe Sciberras

2. Nhar l-Erbgħa is-Superjura Ġenerali tal-Museum tal-Bniet, flimkien ma’ Soċji oħra se jagħmlu laqgħa Marjana fil-Knisja fis-7.00 pm. Inħeġġiġkom biex inkunu preżenti għal din il-laqgħa f’dan ix-xahar iddedikat lil Madonna biex nikbru fl-imħabba tagħna lejn Ommna Marija, issa li riesqa il-festa titulari tal-Parroċċa tagħna.

3.  Nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

4. Il-Ħadd 14 ta’ Mejju huwa jum l-Omm.  Il-Quddiesa tad-9.30 am se tkun speċjalment għall-Ommijiet kollha.  Se nitolbu kemm għall-Ommijiet mejtin biex il-Mulej idaħħalhom fil-mistrieħ tiegħu, għal dawk li jkunu preżenti u anki għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet biex il-Mulej jisma’ talbhom. Nistieden it-tfal ukoll jingħaqdu magħna jitolbu għall-ommijiet tagħhom u nagħmlulhom festa sabiħa.  Dak in-nhar se titkellem ukoll Omm ta’ 6 itfal fuq l-esperjenza tagħha bħala Omm. 

5. Minn din il-ġimgħa ‘l quddiem aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru t-toroq u d-djar tagħna u jħabbtu l-bibien biex iwasslu lil Ġesu’ lil familji tagħna. Bħalma lqajtu u qegħdin tilqgħu lili fil-jiem tat-tberik, nistedinkom biex ma titilfux din l-opportunita’ biex tilqgħu lil dawn l-aħwa u taqsmu kelma tajba flimkien. Inħallu l-Mulej jiltaqa’ magħna u jagħtina l-imħabba tiegħu permezz ta’ xulxin.

6. It-Tnejn 8 ta’ Mejju 2023 fil-5.00 pm fil-Kappella tal-Medalja Mirakoluża se jkun hemm Adorazzjoni u fis-6.00 pm tibda l-quddiesa. Il-Kappella se tkun miftuħa mill-4.00 pm sal-10.00 pm. Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.

7. It-Tlieta 9 ta’ Mejju 2023 – Jum il-Festa. Fis-6.30 pm tibda Quddiesa Solenni tal-festa ppreseduta minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali tal-Museum. Il-Kappella tkun miftuħa mis-7.00 am sa 12.00 am u mill-4.00 pm sal-10.00 pm. Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.

8. Nitolbu għal ruħ Paul Zerafa u Emilia Spiteri Sacco li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 30 t’April 2023

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. It-Tnejn 1 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa xierqa jekk inqaddsu din il-ġurnata bil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol.
  2. It-Tlieta 2 ta’ Mejju se jsir ħin ta’ talb u riflessjoni quddiem ir-relikwija ta’ San Ġorġ Preca fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża Blata l-bajda. Aħna li noqgħodu l-Ħamrun għandna nħossuna privilegġġati li Dun Ġorġ kien jgħix il-Ħamrun u li fil-Ħamrun għandna l-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Għalhekk tajjeb li ningħaqdu fis-7.00 pm fl-istess Kappella biex nitolbu flimkien.
  3. Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji
    It-Tlieta: Inbierek Triq il-Kanonku Bonnici
    L- Erbgħa: Triq il-Kappillan Mifsud
    Il-Ħamis: Triq Kunċizzjoni, Triq il-Liċew u Triq il-Lunzjata.
  4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  5. Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
  6. Nitolbu għal ruħ Andrew Moon, Mary Scerri, u Maria Psaila li mietu matul din il-ġimgħa. Aghtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 23 t’April 2023

It-Tielet Ħadd tal-Għid

– Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum fil-quddiesa tal-11.00 am se niċċelebraw bħala Parroċċa waħda u Ħamrun wieħed, id-9 suċċess tal-Ħamrun Spartans.  Għal din il-quddiesa se jattendu s-Sindku u l-Kunsill lokali, Scouts u Girl Guides, Nursery, Kumitat u Players u entitajiet oħra.  L-isports jgħaqqadna u jferraħna.  U huwa xieraq li nifirħu ma dawn ħutna li tant għamlu unur lill-Ħamrun u l-Ħamruniżi.  Ovvajament dawn mhux ġejjin weħidhom imma se jġibu magħhom it-tazza tad-9 rebħa.  Wara l-quddiesa se niltaqgħu fi pjazza Kappillan Muscat biex inkomplu niċċelebraw flimkien.
  2. Matul din Il-ġimgħa  inkompli t-tberik tal-Familji:

It-Tnejn: Inbierek Triq id-Duluri.

It-Tlieta: Inbierek Sqaq No 1 fi triq id-Duluri, Triq Fatati u Triq Ferrovija

L- Erbgħa : Triq il-Franġiskani 

Il-Ħamis: Sqaq il-Għajn, Triq Kappillan Valletta u Triq il-Kunzar

3. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manuel wara il-quddiesa tat-8.15 am. Il-kelliem se jkun soċju tal-museum. Kulhadd huwa mistieden.

4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

5. Il-weekend li ġej huwa JUM IL-KARITA’, għalhekk il-ġbir li jsir fil-quddiesa tas-Sibt u l-Ħadd li ġej se jmur bħala għajnuna lill-opri ta’ karita’ fi ħdan il-Knisja.  F’isem l-Arċisqof ngħid Grazzi lil dawk kollha li joffru l-kontribuzzjoni taghħom bħala għajnuna għal dawk fil-bżonn, kif ukoll lil dawk kollha li joffru ruħhom fil-volontarjat f’dawn l-opri ta’ Karita’. Grazzi.

6. Nitolbu għal ruħ Victor Farrugia u Mary Bartolo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 16 t’April 2023

It-Tieni Ħadd tal-Għid – Festa tal-Ħniena Divina

– Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illejla l-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ nnifsu.  Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.  Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.
  2. Matul din Il-ġimgħa  inkompli t-tberik tal-Familji:

It-Tnejn inbierek Triq Barth.

it-Tlieta nbierek Dun Edgar Vella, Triq  Vitale u Triq Pace Forno.

L- Erbgħa Triq Ġuże’ Maria Camilleri,

Il-Ħamis Triq Ġuże’ Pace u Triq Ġwann Mamo.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Nhar il-Ħadd li ġej, 23 ta’ April, fil-quddiesa tal-11.00 am se niċċelebraw bħala Parroċċa waħda u Ħamrun wieħed, id-9 suċċess tal-Ħamrun Spartans.  Għal din il-quddiesa se jattendu s-Sindku u l-Kunsill lokali, Scouts u Girl Guides, Nursery, Kumitat u Players u entitajiet oħra.  L-isports jgħaqqadna u jferraħna.  U huwa xieraq li nifirħu ma dawn ħutna li tant għamlu unur lill-Ħamrun u l-Ħamruniżi.  Ovvajament dawn mhux ġejjin weħidhom imma se jġibu magħhom it-tazza tad-9 rebħa.  Wara l-quddiesa se niltaqgħu barra biex inkomplu niċċelebraw flimkien, xi ritratt ma jonqosx u nkantaw mal-Innu.

5. Nitolbu għal ruħ Joyce Zammit, Raymond Zahra u Romilda Demanuele, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Avviżi – Il-Ħadd 9 t’April 2023

L-Għid il-Kbir – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tnejn fil-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna magħna rappreżentant ta’ Dar il-Wens li se tieħu l-figolli li ġibtu intom.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentaw ukoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal  ġabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzlai ta’ lejliet id-Duluri. Tajjeb li t-tfal li jkunu hawnhekk preżenti għal din il-quddiesa, jitilgħu huma stess, f’isem it-tfal l-oħra, bl-offerti tagħhom.
  2. Minn nhar it-Tlieta 11 ta’ Aprill se nibda’ t-tberik tal-Familji:  

It-Tlieta. nbierku l-familji fi Triq A.Muscat Azzopardi, Triq Schembri u Triq Adelaide Cini.

L-ErbgħaTriq Alexander .

Il-ĦamisTriq Danny Cremona.  

It-tberik jibda fl-4.00 pm. il-familji qed jiġu avżati .

Infakkarkom li l-iskop tat-tberik huwa sabiex l-ilma li nkunu berikna fil-lejl tal-Għid jasal għand il-familji kollha tal-Parroċċa.  Għalhekk, għalkemm huwa gost għalija li niltaqa’ magħkom, żgur li mhux se nkun nista’ ngħaddi ħin twil ma’ kull familja.  Jekk ikun hemm familji li għandhom bżonn li nitkellmu, nistgħu nagħmlu appuntament għal darb’oħra biex ma nħallux familji jistennew iżżejjed jew nasal tard fid-djar. Grazzi li tifhmu s-sitwazzjoni u tgħinuni.

3. Nhar il-Ħamis se jkun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

4. Nhar il-Ġimgħa  se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa.  Nibdew 7.00pm fis-Sala Parrokkjali. Biljett mingħand il-helpers.

5. Nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina.  Fil-5.30 pm tibda’ siegħa Adorazzjoni.  Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.

6. Nitolbu għal ruħ Doris Cauchi, li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 2 t’April 2023

Ħadd il-Palm – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum, niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9.00 am niltaqgħu fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fejn isir it-tberik tal-Palm u Żebbug u mixja sal-Knisja. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa, tifkira tad-daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm u l-qari tal-Passjoni.
  2. Fil-quddiess ta’ filgħaxija ta’ nhar it-Tnejn, Tlieta u l-Erbgħa nitolbu t-talba tal-Għasar li hija t-talba tal-Knisja bis-salmi.
  3. Nhar It-Tnejn  fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni.
  4. Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka, tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija u tas-saċerdozju.  Filgħodu ma jkunx hawn quddies ghax issir quddiesa waħda fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut. Għalhekk kemm il-Knisja, kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin.
  5. Fis-6.30 pm il-Ħamis, nagħtu bidu għat-tlett ijiem qaddisa tal-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata . Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti fl-10.00 p.m. ikollna siegħa Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni.
  6. Infakkru li nhar il-Ġimgħa l-Kbira hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fid-9.30 am Adorazzjoni għat tfal mill-membri tal-Museum. Il-Knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 p.m. ċelebrazzjoni tal-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
  7. Nhar is-Sibt, IL-VGILI TAL-GĦID IL-KBIR, jum il-Qawmien ta’ Ġesu’ mill-imwiet. Nibdew fit-8.30 p.m bit-tberik tan-nar ġdid.
  8. Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30 am se tkun bis-sehem tat-tfal. Inħeġġeġ it-tfal biex jiġu għal din il-quddiesa li fiha se niċċelebraw lil Ġesu’ ħaj.
  9. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-vara tad-Duluri hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna biex jiġu megħjuna persuni u familji f’diffikulta’.
  10. Bħal kull sena qegħdin niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ ta’ Dar il-wens u d-Dar tal-Providenza, f’quddiesa li ssir it-Tnejn l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 10 t’April fis-6.30 pm.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentaw ukoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal ikunu gabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzjali ta’ lejliet id-Duluri.
  11. Wara l-Għid nibdew nitolbu il-Via Lucis kull nhar ta’ Tlieta, l-Ġimgħa u l-Ħadd. Fil-ġranet l-oħra jintalab ir-Rużarju
  12. Nhar il-Ħamis 13 ta’ April iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għar-Rabat. Biljetti mingħand il-helpers.